Għanja 208
Għanja taʼ Ferħ
1. Trombi jinstemgħu. Ferħiet jinġemgħu.
L-Iben irjali hu nkurunat.
Ċimbli jindaqqu, Ilbiesi jleqqu,
Waqt li fl-art kollha dal-kliem jingħad:
(Kor)
2. Bl-ippridkar tagħna ’L kulmin jismagħna,
Ħafna resqin lejn Jehovah qrib.
Dawn kant ilissnu Waqt li jitbissmu
Ilkoll flimkien. Dan żgur ferħ iġib!
(Kor)
3. Nagħtu minn butna Biex ngħinu ’l ħutna.
Mal-poplu t’Alla dejjem henjin.
U bil-kant tagħna Ilkoll ferħana
Nfaħħru ’l Jehovah għax hu ħanin.
(KOR)
Dan taʼ Jehovah l-jum. (Kun int ferħan.)
Saltnatu żgur se ddum. (Ifraħ int b’dan.)
Ħa jkun kulħadd ferħan. (B’wiċċu daħqan.)
Infaħħru ’l Alla b’kant ħerqan:
“Int Alla tagħna fis issalvana
Flimkien maʼ Ibnek l’ int ħtart Sultan.”