Għanja 220
Il-Ġenna Tagħna: Preżenti u Futura
1. Għażiż Jehovah kif beriktna
B’ġenna spiritwali fl-art;
Bil-laqgħat tagħna, talb u studju
B’tant tagħrif lilna għammart.
Kemm għandna niżżuk ħajr
Għal daqstant barkiet
U fis-servizz tiegħek
X’serħan mill-inkwiet!
L-imħabb’ għalik u dik għal għajrna
Hija l-aqwa fost l-irbit.
Fis-servizz tiegħek kif tgħaqqadna
Sabiex qatt ma jkollna frid!
2. Biex jamministra il-ġustizzja
Int ħtart lil Kristu Sultan.
Hu fuq lemintek mindu ħtartu;
Fuq kollox huwa setgħan.
Infaħħruk Jehovah
Għax magħruf għamilt
L-għan sabiħ li tiġbor
Lil dawk li għażilt.
Ħalli l-kondotta denja tibqaʼ
Tal-aħbar li nippridkaw;
Waqt li wħud bħal ngħag aħna ngħallmu
Ejja nkomplu nissodaw.
3. Meta l-battalja tal-jum il-kbir
Taʼ Jehovah tkun spiċċat,
Kemm ix-Xitan u id-demonji
Fl-abbiss posthom hu żgurat.
Imbagħ’d fil-qaddejja
Tiegħek tkun ftakart
Minn ġol-oqbra jqumu
B’ferħ f’Ġenna tal-Art.
Maż-żmien dawn jilħqu l-perfezzjoni
B’Ibnek il-qassis rebbieħ;
Imbagħ’d għal dejjem tibqaʼ tibgħat
Hawn fuq l-art tant barkiet sbieħ.