-
“Sejjaħ lill-Irġiel Ixjeħ”It-Torri tal-Għassa—1993 | Awwissu 15
-
-
wiegħda għal bosta snin, Jehovah b’mod figurattiv telaʼ fuq il-Muntanja Sijon u għamel lil Ġerusalemm il-kapitali taʼ saltna tipika b’David bħala s-sultan tagħha. B’tifħir lil Alla, “Dak li Jistaʼ Kollox,” David għolla leħnu biex ikanta: “Int tlajt fil-għoli; ġarrejt lil hinn irsiera; ħadt għotjiet fil-għamla taʼ rġiel.” (Salm 68:14, 18) Tabilħaqq, irġiel meħudin irsiera matul il-konkwista tal-Art Imwiegħda saru disponibbli biex igħinu lil-Leviti fid-dmirijiet tagħhom.—Eżra 8:20.
8 Fl-ewwel seklu E.K., l-appostlu Kristjan Pawlu ġibed l-attenzjoni lejn twettieq profetiku tal-kliem tas-salmista. Kiteb Pawlu: “Lil kull wieħed minna qalb tajba mhix mistħoqqa kienet mogħtija skond kif il-Kristu kejjel il-għotja b’xejn. Għaldaqstant hu jgħid: ‘Meta telaʼ ’l fuq fil-għoli hu ġarr lil hinn irsiera; hu ta għotjiet fi rġiel.’ Issa l-espressjoni ‘telaʼ,’ xi tfisser ħlief li niżel ukoll fir-reġjuni iktar baxxi, jiġifieri, l-art? L-istess wieħed li niżel huwa wkoll il-wieħed li telaʼ ’l fuq ferm mis-smewwiet kollha, biex jistaʼ jagħti milja lill-affarijiet kollha.” (Efesin 4:7-10) Min hu dan “l-istess wieħed”? Ħadd ħlief ir-rappreżentant taʼ Jehovah, David l-Akbar u s-Sultan Messjaniku, Ġesù Kristu. Huwa l-wieħed li Alla rxoxta u eżalta għal “pożizzjoni superjuri.”—Filippin 2:5-11.
9. (a) Min kienu l-għotjiet fi rġiel tal-ewwel seklu? (b) Min huma l-għotjiet fi rġiel tal-lum?
9 Min huma, allura, dawn il-“għotjiet fi rġiel” (jew, “li jikkonsistu fi rġiel”)? Pawlu jispjega li r-Rappreżentant Ewlieni t’Alla “ta xi wħud bħala appostli, xi wħud bħala profeti, xi wħud bħala evanġelizzaturi, xi wħud bħala ragħajja u għalliema, bil-ħsieb li l-qaddisin jiġu aġġustati mill-ġdid, għal xogħol ministerjali, għall-bini tal-ġisem tal-Kristu.” (Efesin 4:11, 12) Is-segwaċi kollha taʼ Kristu li qdew bħala appostli, profeti, evanġelizzaturi, ragħajja, u għalliema għamlu hekk taħt direzzjoni teokratika. (Luqa 6:12-16; Atti 8:12; 11:27, 28; 15:22; 1 Pietru 5:1-3) Fi żmienna, irġiel ixjeħ ikkwalifikati spiritwalment u maħturin bl-ispirtu qaddis jaqdu bħala indokraturi f’xi 70,000 kongregazzjoni tax-Xhieda taʼ Jehovah mad-dinja kollha. Huma l-għotjiet fi rġiel tagħna. (Atti 20:28) Bl-espansjoni mad-dinja kollha tax-xogħol taʼ ppridkar tas-Saltna tkompli b’pass imgħaġġel, iktar u iktar aħwa rġiel qegħdin ‘jirsistu’ u jieħdu fuq spallejhom ir-responsabbiltajiet assoċjati maʼ “kariga taʼ indokratur.” (1 Timotew 3:1) Malli jiġu maħturin, huma wkoll isiru għotjiet fi rġiel.
10. Id-deskrizzjoni minn Isaija tal-kelma “prinċpijiet” kif tixraq lill-irwol tal-anzjani Kristjani llum?
10 Dawn l-anzjani Kristjani, jew għotjiet fi rġiel, jaqblu mad-deskrizzjoni li l-profeta Isaija ta meta bassar l-irwol tal-“prinċpijiet,” l-amministraturi taħt il-ħakma tas-Saltna. Kull wieħed irid ikun “bħal moħba mir-riħ u post taʼ kenn mill-maltempata tax-xita, bħal nixxigħat taʼ ilma f’pajjiż mingħajr ilma, bħad-dell taʼ blata tqila f’art niexfa.” (Isaija 32:1, 2) Dan jirrivela kemm l-indokrar bl-imħabba taʼ dawn l-irġiel maħturin għandu jkun taʼ għajnuna. Kif tistaʼ int tibbenefika minnu kemm tiflaħ?
Nieħdu l-Inizzjattiva
11. Meta nkunu morda spiritwalment, kif nistgħu nirċievu għajnuna?
11 Raġel li jkun qiegħed jegħreq b’mod istintiv igħajjat għall-għajnuna. Ma jaħsibhiex darbtejn. Meta jkun hemm il-ħajja fin-nofs, ħadd ma jkollu bżonn jiġi mqanqal biex igħajjat għall-għajnuna. M’għajjatx is-Sultan David ripetutament għall-għajnuna mingħand Jehovah? (Salm 3:4; 4:1; 5:1-3; 17:1, 6; 34:6, 17-19; 39:12) Meta nkunu morda spiritwalment, forsi qegħdin negħrqu fid-disprament, aħna bl-istess mod induru lejn Jehovah fit-talb u nitolbuh biex jiggwidana permezz tal-ispirtu qaddis tiegħu. (Salm 55:22; Filippin 4:6, 7) Infittxu faraġ mill-Iskrittura. (Rumani 15:4) Nikkonsultaw il-pubblikazzjonijiet Kristjani tal-Watch Tower Society għal parir prattiku. Dan spiss igħinna biex insolvu l-problemi tagħna stess. Jekk inkunu qiesna ġejna megħlubin bid-diffikultajiet, iżda, nistgħu wkoll infittxu l-parir tal-anzjani maħturin tal-kongregazzjoni. Fil-fatt, jistaʼ jkun hemm drabi meta verament ikollna bżonn li ‘nsejħu lill-irġiel ixjeħ.’ Għala ssejjaħ lil anzjani Kristjani? Kif jistgħu huma jgħinu lil dawk li huma fil-bżonn taʼ għajnuna spiritwali?
12-14. (a) Liema hi l-korsa għaqlija li jrid isegwi meta wieħed ikun marid? (b) Skond Ġakbu 5:14, Kristjani ‘morda’ jingħataw parir li jagħmlu liema ħaġa? (ċ) Ġakbu 5:14 jirreferi għal liema xorta taʼ mard, u għala twieġeb hekk?
12 Meta nimirdu, aħna nistrieħu sabiex nagħtu lill-qawwiet taʼ rkuprar tal-ġisem opportunità biex jaġixxu. Imma jekk il-marda tagħna tippersisti, b’mod għaqli nfittxu għajnuna medika kkwalifikata. M’għandniex nagħmlu wkoll l-istess jekk insiru dgħajfin spiritwalment?
13 Innota x’parir jagħtina d-dixxiplu Ġakbu f’dan ir-rigward. Igħid: “Hemm xi ħadd marid fostkom? Ħa jsejjaħ lill-irġiel ixjeħ tal-kongregazzjoni għandu, u ħallihom jitolbu fuqu, billi jidilkuh biż-żejt f’isem Jehovah.” (Ġakbu 5:14) Ġakbu għal liema xorta taʼ mard qiegħed jirreferi hawn? Xi kummentaturi tal-Bibbja jikkonkludu li huwa mard fiżiku, billi jirraġunaw li d-dlik biż-żejt kien prattika medika komuni f’dak iż-żmien. (Luqa 10:34) Huma jemmnu wkoll li Ġakbu kellu f’moħħu fejqan mirakoluż permezz tal-għotja taʼ fejqan. Il-kuntest, iżda, x’jindika?
14 “Ferħan” qiegħed f’kuntrast maʼ li ‘jsofri l-ħażen.’ Dan jimplika li Ġakbu kien qiegħed jiddiskuti mard spiritwali. (Ġakbu 5:13) “Irġiel ixjeħ [anzjani, King James Version] tal-kongregazzjoni,” mhux tobba jew saħansitra dawk li kellhom il-għotja mirakoluża taʼ fejqan, kellhom jiġu msejħin. U x’kellhom jagħmlu? Qal Ġakbu: “Ħalliehom jitolbu fuqu. . . . U t-talba tal-fidi se tfejjaq lill-marid.” (Ġakbu 5:14, 15; qabbel Salm 119:9-16.) Li jagħti prova b’mod konklussiv li Ġakbu qiegħed jirreferi għal mard spiritwali huwa l-fatt li hu jinkuraġġixxi qrara tad-dnubiet f’konnessjoni mal-fejqan ittamat. Jikteb: “Qerru bil-miftuħ id-dnubiet tagħkom lil xulxin u itolbu għal xulxin, biex tkunu tistgħu tiġu mfejqin.” Jekk dnub gravi huwa l-kaġun tal-marda spiritwali, il-wieħed marid jistaʼ jkun mistenni li jfiq biss jekk iwieġeb favorevolment għat-tħeġġiġ ibbażat fuq il-Kelma t’Alla, jindem, u jdur lil hinn mill-korsa midinba tiegħu.—Ġakbu 5:16; Atti 3:19.
15. Liema xorta taʼ azzjoni hi rrikkmandata f’Ġakbu 5:13, 14?
15 Hemm xi ħaġa oħra x’wieħed jinnota mill-parir li jagħti Ġakbu. Meta jkun qiegħed isofri l-ħażen, Kristjan għandu “jissokta fit-talb.” Jekk hu ferħan, “ħalli jkanta s-salmi.” Kull sitwazzjoni—kemm jekk wieħed qiegħed isofri l-ħażen u kemm jekk huwa ferħan—titlob azzjoni. It-talb huwa meħtieġ fuq id waħda, għajjat ferrieħi fuq l-oħra. Mela, allura, x’għandna nistennew meta Ġakbu jistaqsi: “Hemm xi ħadd marid fostkom?” Mill-ġdid hu jirrikkmanda azzjoni pożittiva, iva, li wieħed jieħu l-inizzjattiva. “Ħa jsejjaħ lill-irġiel ixjeħ tal-kongregazzjoni għandu.”—Salm 50:15; Efesin 5:19; Kolossin 3:16.
Kif “l-Irġiel Ixjeħ” Igħinu
16, 17. L-irġiel ixjeħ kif igħinuna napplikaw prinċipji tal-Bibbja?
16 Kultant insibuha diffiċli biex inkunu nafu kif napplikaw prinċipji tal-Bibbja għaċ-ċirkostanzi persunali tagħna. Hawnhekk l-anzjani Kristjani jistgħu jagħtu prova li huma sors imprezzabbli taʼ għajnuna. Per eżempju, huma jitolbu fuq il-wieħed marid spiritwalment u ‘jidilkuh biż-żejt f’isem Jehovah’ billi b’sengħa japplikaw istruzzjoni trankwillizzanti mill-Kelma t’Alla. L-anzjani jistgħu b’hekk jikkontribwixxu ferm għall-irkuprar spiritwali tagħna. (Salm 141:5) Spiss, kulma nkunu neħtieġu huwa konferma li qegħdin nirraġunaw sewwa. Li niftħu qalbna maʼ anzjan Kristjan tal-esperjenza se jsaħħaħ id-determinazzjoni tagħna biex nagħmlu dak li hu sewwa.—Proverbji 27:17.
17 Meta jkunu msejħin biex iżuru, anzjani Kristjani jridu ‘jkellmu b’mod li jikkonsla lill-erwieħ dipressi.’ Huma wkoll se ‘jagħtu appoġġ lid-dgħajfin, u jistabru fit-tul lejn kulħadd.’ (1 Tessalonkin 5:14) Relazzjoni intima u taʼ fehma bħal din bejn “l-irġiel ixjeħ” u “d-dgħajfin” tkun taʼ sinjal tajjeb għal irkuprar sħiħ taʼ saħħa spiritwali.
Responsabbiltà Persunali u Talb
18, 19. Anzjani Kristjani liema rwol għandhom f’konnessjoni maʼ Galatin 6:2, 5?
18 L-anzjani Kristjani jridu jerfgħu fuq spallejhom ir-responsabbiltà tagħhom lejn il-merħla t’Alla. Iridu jkunu taʼ appoġġ. Per eżempju, Pawlu qal: “L-aħwa, saħansitra għalkemm raġel jieħu xi pass falz qabel ma jinduna bih, intom li għandkom kwalifiki spiritwali ppruvaw irranġaw lil raġel bħal dan fi spirtu taʼ ħlewwa, fil-waqt li kull wieħed minnkom iżomm għajn fuqu nnifsu, minħabba l-biżaʼ li inti wkoll tistaʼ tiġi ttantat. Komplu ġorru t-tagħbijiet tqal taʼ xulxin, u b’hekk wettqu l-liġi tal-Kristu.” L-appostlu kiteb ukoll: “Kull wieħed se jġorr it-tagħbija tiegħu stess.”—Galatin 6:1, 2, 5.
19 Kif nistgħu aħna nġorru t-tagħbijiet tqal taʼ xulxin u madankollu nkunu qegħdin inġorru t-tagħbija tagħna stess? Id-differenza fit-tifsir tal-kelmiet Griegi tradotti “tagħbijiet tqal” u “tagħbija” tforni l-muftieħ. Jekk Kristjan jidħol f’diffikultà spiritwali li hija tqila ferm għalih, l-anzjani u mseħbin oħrajn tal-istess twemmin jagħtuh il-għajnuna, u b’hekk igħinuh biex iġorr it-“tagħbijiet tqal” tiegħu. Madankollu, l-individwu nnifsu huwa mistenni li jġorr it-“tagħbija” tiegħu stess taʼ responsabbiltà lejn Alla.a L-anzjani bil-ferħ iġorru “t-tagħbijiet tqal” taʼ ħuthom permezz tal-inkuraġġiment, tal-parir mill-Iskrittura, u tat-talb. Madankollu, l-anzjani ma jiħdulniex it-“tagħbija” persunali tagħna taʼ responsabbiltà spiritwali.—Rumani 15:1.
20. It-talb għala m’għandux jiġi ttraskurat?
20 It-talb huwa essenzjali u m’għandux jiġi ttraskurat. Imma ħafna Kristjani li jkunu morda spiritwalment isibu li t-talb huwa diffiċli. Meta l-anzjani joffru talb tal-fidi għan-nom taʼ wieħed marid spiritwalment, x’ikun il-ħsieb? “Jehovah se jqajmu,” bħal li kieku mill-iskuraġġiment, u se jsaħħu biex isegwi korsa taʼ verità u taʼ tjieba. Kristjan marid spiritwalment jistaʼ jkollu attitudni żballjata imma jistaʼ ma jkunx neċessarjament ikkommetta xi dnub gravi, għax Ġakbu jgħid: “Ukoll, jekk ikun ikkommetta d-dnubiet, dan se jinħafirlu.” Il-parir Skritturali tal-anzjani flimkien mat-talb imħeġġeġ kultant iqanqal lill-wieħed dgħajjef spiritwalment biex jistqarr dnubiet serji li forsi jkun ikkommetta u biex juri spirtu taʼ ndiema. Dan, mill-banda l-oħra, jinvoka maħfra min-naħa t’Alla.—Ġakbu 5:15, 16.
21. (a) Xi Kristjani għala ma jkunux iridu jsejħu lill-irġiel ixjeħ? (b) X’se jiġi kkunsidrat fl-artiklu li jmiss?
21 Iffaċċjati bl-isfida taʼ li jieħdu ħsieb il-qtajja taʼ wħud ġodda li qegħdin jidħlu fil-kongregazzjoni Kristjana, irġiel ixjeħ kuxjenzjużi għandhom ħafna x’jagħmlu f’li jipprovdu indokrar adekwat. Verament, dawn il-għotjiet fi rġiel huma provvediment mill-aħjar mingħand Jehovah biex igħinuna nissaportu f’dawn iż-żminijiet kritiċi. Madankollu, xi Kristjani jżommu lura milli jsejħu l-għajnuna tagħhom, billi jaħsbu li dawn l-aħwa għandhom wisq x’jagħmlu jew huma mgħobbijin iżżejjed bi problemi. L-artiklu li jmiss se jgħinna napprezzaw li dawn l-irġiel huma henjin li jkunu taʼ għajnuna, għax huma minn jeddhom jaqdu bħala sotto-ragħajja fil-kongregazzjoni Kristjana.
-
-
Irgħa l-Merħla t’Alla Għax TridIt-Torri tal-Għassa—1993 | Awwissu 15
-
-
Irgħa l-Merħla t’Alla Għax Trid
“Irgħu l-merħla t’Alla li hemm fil-ħarsien tagħkom, mhux bil-fors, imma għax tridu.”—1 PIETRU 5:2.
1. Għala għandna nistennew li l-anzjani Kristjani ‘jirgħu l-merħla t’Alla għax iridu’?
JEHOVAH jirgħa lin-nies tiegħu għax irid. (Salm 23:1-4) “Ir-ragħaj mill-aħjar,” Ġesù Kristu, għax irid ta l-ħajja umana u perfetta tiegħu għal nies bħal ngħaġ. (Ġwann 10:11-15) Għalhekk, l-appostlu Pietru ħeġġeġ b’qawwa lill-anzjani Kristjani biex ‘jirgħu l-merħla t’Alla għax iridu.’—1 Pietru 5:2.
2. Liema mistoqsijiet jimmeritahom konsiderazzjoni rigward l-attivitajiet tax-xogħol taʼ ragħajja tal-anzjani Kristjani?
2 Ir-rieda hija marka tal-qaddejja t’Alla. (Salm 110:3) Imma iktar mir-rieda taʼ raġel Kristjan hija meħtieġa biex jiġi maħtur
-