Indokraturi Li Huma Minn Taʼ Quddiem—L-indokratur Li Jippresiedi
1 Li taqdi bħala indokratur fil-kongregazzjoni hija responsabbiltà serja. (Atti 20:28; 1 Tim. 3:1) Dan hu l-ewwel minn serje t’artikli li se jagħtu ħarsa lejn id-diversi dmirijiet taʼ l-anzjani Kristjani sabiex ilkoll kemm aħna nistgħu napprezzaw ix-xogħol importanti li jagħmlu għalina.
2 Is-Soċjetà taħtar lill-indokratur li jippresiedi biex jaqdi għal perijodu taʼ żmien indefinit. Peress li l-indokratur li jippresiedi jikkoordina l-affarijiet, dan jgħin lill-anzjani biex jagħtu attenzjoni xierqa għad-dmirijiet assenjati lilhom. (Organized to Accomplish Our Ministry, paġna 42) Dan x’jinvolvi?
3 L-indokratur li jippresiedi jirċievi l-posta tal-kongregazzjoni u jgħaddiha mill-ewwel lis-segretarju biex jieħu ħsiebha hu. Meta jipprepara għal-laqgħat taʼ l-anzjani, l-indokratur li jippresiedi jikseb suġġerimenti mill-anzjani dwar kwistjonijiet li jkollhom bżonn jiġu diskussi u jagħmel l-aġenda. Jaqdi wkoll bħala ċ-ċêrmen fil-laqgħat taʼ l-anzjani. Meta jittieħdu xi deċiżjonijiet, jara li jiġu esegwiti b’mod xieraq. Hu jieħu ħsieb il-preparazzjoni tal-Laqgħa tas-Servizz u l-iskeda tat-taħditiet pubbliċi. Hu japprova l-avviżi kollha li jsiru lill-kongregazzjoni, jawtorizza l-ħlas taʼ l-ispejjeż normali li jkun hemm, u jiżgura li kull tliet xhur isir l-awditjar tal-kontijiet tal-kongregazzjoni.
4 Bħala ċêrmen, l-indokratur li jippresiedi jikkoordina x-xogħol tal-Kumitat tas-Servizz tal-Kongregazzjoni. Meta student tal-Bibbja jitlob li jiġi rrikonoxxut bħala pubblikatur mhux mgħammed jew meta pubblikatur mhux mgħammed irid jitgħammed, l-indokratur li jippresiedi jirranġa biex l-anzjani jiltaqgħu maʼ l-individwu. L-indokratur li jippresiedi jkun minn taʼ quddiem f’li jipprepara għaż-żjara taʼ l-indokratur tas-circuit sabiex il-kongregazzjoni tistaʼ tibbenefika bi sħiħ mill-ġimgħa t’attività speċjali.
5 Id-dmirijiet taʼ l-indokratur li jippresiedi huma ħafna u varji. Hekk kif jieħu ħsieb ir-responsabbiltajiet tiegħu bl-umiltà u “bil-ħerqa,” ilkoll kemm aħna nistgħu nagħmlu l-parti tagħna billi nikkooperaw maʼ l-anzjani. (Rum. 12:8) Jekk inkunu “ubbidjenti” u “sottomessi” lejn dawk li jieħdu t-tmexxija fostna, dawn jistgħu jwettqu xogħolhom b’iktar ferħ veru.—Lhud 13:17, NW.