Għanja 144
Irid Ikollna l-Fidi
1. Lil bosta profeti qal Alla il-kliem
Żmien ilu li l-ħażen żgur li ġej fi tmiem.
U fl-aħħar Hu tkellem b’Ibnu il-maħbub;
Jekk nagħtu sew kasu jeħlisna mid-dnub.
(Kor)
2. Tal-kelma ma nitilfux il-libertà;
Kuraġġ ninħtieġu biex ngħallmu l-verità.
Jekk b’fidi insegwu l-passi tal-Mulej
Jehovah jberikna issa w għal li ġej.
(Kor)
3. Mhux se nerġgħu lura għal qerda mis-Sid,
Anzi b’kuraġġ nagħmlu dak li Alla jrid.
Għalkemm bosta huma l-egħdewwa kefrin,
Il-fidi f’Jehovah se żżommna ħajjin.
(KOR)
Fidi jkollna jrid biex f’li l-Bibbja tgħid nafdaw;
Nibnu l-fidi w fil-gwerra t’Alla insalvaw.
Għandna fidi lkoll flimkien maʼ xogħlijiet?
B’fidi bħal din ħelsien żgur se naraw.