Għanja 122
Inġibu Rwieħna bħala “Wieħed Iżgħar”
1. Ħaqqhom favur dawk illi llum
Jobdu il-kmandamenti.
Ix-xogħ’l taʼ min lil Alla jqim
Hu dejjem abbundanti.
Imma la aħna milqutin
Bid-dnub u mperfezzjoni,
Jinħtieġ nitgħallmu l-umiltà,
Nuru sottomissjoni.
2. ‘Kunu bħala uħud iżgħar,’
Ġesù irrakkomanda.
Din paċi ġġib u unità
U l-barka t’Alla għandha.
Eżempju mill-aħjar tah hu:
Kien ferm il-pjaċir tiegħu
Li lejn Alla jkun sottomess
U jaqdi dejjem miegħu.
3. Bil-għaqal hekk ejjew ilkoll
Unur lil xulxin nuru
U ma ninsewx li Ġesù miet
Għal dawk li lejh iduru.
Taʼ Alla huma ħutna lkoll;
Kulħadd għandu talenti.
Naġixxu bħal uħud iżgħar
U għall-bilanċ attenti.
4. Il-prinċipju taʼ min hu l-kap
Jgħinna biex nagħrfu sewwa
Kif għandna nuru umiltà,
Nuru imħabba w ħlewwa.
L-ispirtu t’Alla qiegħed hemm
Biex jgħin, lilna iqajjem.
Ir-relazzjoni m’Alla żgur
Iż-żommna umlin dejjem.