Għanja 42
“Din Hi l-Mogħdija”
1. Leħen Alla jsejjaħ biex timxi fit-triq,
It-triq li Jehovah ta lilek biex tfiq.
Hu għandu mod wieħed biex juri x’irid
U bih ikellimna u jwissi għall-ġid.
Din hija t-triq biex timxi int.
La titnikkirx! Kun int konvint!
B’widnejna stess fil-pront Nisimgħu ċar u tond:
Aqbad it-triq jekk int emmint!
L-ispirtu se jgħinna biex nimxu ’l quddiem
F’mogħdija taʼ tjieba li ġġibilna s-sliem.
2. Il-kliem minn warajna, kemm huwa sabiħ,
Għax l-Għalliem Kbir tagħna l-għan tiegħu urieh.
Nisimgħu bid-deh’n u tassew nagħtu kas,
B’widnejna miftuħa, m’aħniex qatt bi ngħas.
Nimxu fit-triq tal-verità,
Triq taʼ qdusija w umiltà.
Bil-fidi lkoll naraw Li paċi se jkun haw’,
Għax Kristu re taʼ fedeltà.
Ma nissograwx nilwu lejn triq bla unur,
Imma fi triq Alla avvanz nagħmlu żgur.
3. It-triq taʼ Jehovah irridu flimkien
Nuruha kemm nistgħu lin-nies kullimkien.
In-nies li jisimgħu jiġu bħall-ħamiem
Lejn Alla, il-Blata, jistkennu fis-sliem.
Jekk nimxu f’ta’ Jehovah t-triq,
Jeħlisna mix-Xitan qarrieq.
F’toroq taʼ ferħ kotran U f’modi taʼ serħan
Jagħtina l-ħajja l-Kbir Ħallieq.
B’irjusna merfugħa nsegwu lis-Sultan,
B’għajnejn fuq is-Saltna, il-post taʼ serħan.