Noffru n-New World Translation
1 “Taʼ min jakkwistaha n-New World [Translation]. Hija vivaċi u tirrappreżenta l-ħajja reali, u ġġiegħel lill-qarrej jaħseb u jistudja. M’hijiex il-prodott taʼ Kritiċi Iktar Għoljin, imma taʼ studjużi li jonoraw lil Alla u lill-Kelma Tiegħu.” Hekk stqarr kummentatur magħruf taʼ l-Ebrajk u l-Grieg. Aħna naqblu miegħu. Kif nistgħu ngħinu lil ħaddieħor ikollu l-istess apprezzament għan-New World Translation meta noffruha flimkien mal-ktieb Għarfien f’Diċembru?
2 Xi nies għandhom mnejn iwieġbu, “Diġà għandi Bibbja. M’għandix bżonn oħra.” L-isfida tagħna hi li ngħinuhom jaraw kif in-New World Translation m’hijiex sempliċement Bibbja kwalunkwe. Hija traduzzjoni litterali bil-lingwa taʼ żmienna li tilħaq b’eżattezza s-sens tat-test oriġinali. Aspett wieħed tas-superjorità tagħha jistaʼ jintwera billi tqabbel il-mod kif jingħataw xi kelmiet bħalma huma “shambles” li tfisser “biċċerija” (King James Version) maʼ “meat market” li tfisser “suq tal-laħam” (New World Translation) fl-1 Korintin 10:25.
3 Madankollu, ftit nies jaqraw il-Bibbja, wisq inqas jifhmu l-prinċipji tagħha għall-ħajja taʼ kuljum. Għandhom bżonn ikunu jafu li l-Kelma t’Alla tistaʼ tinfluwenza lil ħajjithom għall-ġid tagħhom u li jekk isegwu l-pariri tagħha dwar l-onestà, il-moralità, u l-ħajja tal-familja jistgħu jiġu megħjunin ikampaw mal-problemi tal-ġurnata tal-lum. Dan kif jistaʼ jitwettaq?
4 Preżentazzjoni Ssuġġerita: “Taqbel miegħi li fil-ħajja tagħna, minħabba li l-valuri morali taʼ żmienna tant qed jinbidlu bil-ħeffa u minħabba l-inċertezza li teżisti dwar il-ġejjieni tagħna, għandna bżonn gwida taʼ min joqgħod fuqha? [Agħti ċans għat-tweġiba.] Għalkemm hija l-iktar ktieb antik, il-Bibbja tagħti pariri prattiċi għall-għajxien modern u għal ħajja tal-familja hienja.” Imbagħad sib kapitlu 2 fil-ktieb Għarfien, u aqra paragrafu 10 u l-ewwel sentenza taʼ paragrafu 11, inkluż it-2 Timotju 3:16, 17. Jekk jintwera interess, ħalli l-ktieb Għarfien, spjega dwar il-programm tagħna taʼ studju tal-Bibbja fid-dar b’xejn, u offri n-New World Translation. Jekk tħoss li jkun aħjar li tibda l-istudju bil-browxer X’Jirrikjedi, tistaʼ tagħmel hekk. Se ssib iżjed introduzzjonijiet addattati f’paġni 2-7 fil-fuljett Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja.
5 Ħalli nirriflettu l-apprezzament tagħna għan-New World Translation li hi tassew taʼ l-għaġeb. Dan nistgħu nagħmluh billi noffruha biż-żelu f’Diċembru.