Għanja 201
Nifirħu mal-Ġens t’Alla
1. Bl-ippridkar tas-Saltna tagħna
Nħeġġu n-nies biex jgħidu magħna:
“Ejjew intom li għatxana
Tgħallmu kif tal-Bibbja tiksbu l-għana.”
Alla isejħilna
Mill-inkwiet li fih tant ilna
Lejn prospett li se jagħmlilna
Dinja ġdida fejn qlubna jqanqlilna.
(Kor)
2. ‘Ġens qaddis’ hemm tistaʼ tara
Li Jehovah b’Ġesù xtara
U b’dedikazzjoni w ħrara
Il-messaġġ tas-Saltna jiddikjara.
Alla se jżomm idna,
Waqt li lilna nobdu jridna,
Nimitaw lil Kristu Sidna,
Fit-triq t’Alla nibqgħu ngawdu ġidna.
(Kor)
3. Ġewwa art tajba w spazzjuża,
Ħielsa mill-ġlied u glorjuża,
Ara! folla vittorjuża
Fis-servizz taʼ Alla ġeneruża.
M’għandhomx iktar dnewwa;
Lilhom Alla se jkun dewwa;
Mingħand Alla jixtru s-sewwa
Għaliex Kelmtu jobdu lkoll bil-ħlewwa.
(KOR)
Ħa jkun kulħadd ferm ferħan
Mal-“ġens” t’Alla kotran!
Dal-messaġġ inxandruh kullimkien.
Qim biss lil Alla tant kbir.
Agħtih b’leħnek tifħir.
Fuq in-naħa tas-Saltna ħu l-waqfien.