Għanja 87
L-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej
1. Jehovah, Missierna fis-sema,
O dan huwa lejl ferm qaddis!
Ftaħt triq għal serħan fl-erbatax taʼ Nisan;
B’imħabba, ħaqq, għerf, qawwa tqis.
Tal-Qbiż il-ħaruf kien ittiekel
U ġew t’Iżrael meħlusin.
Iktar tard ġie Ġesù b’demmu n-nies jeħles, u
Profeziji b’hekk ġew imwettqin.
2. Ninsabu miġbura quddiemek,
Bħal ngħaġ ġejna lejn il-mergħat.
Nagħtuk kull tifħir għax f’imħabbtek tant kbir
Biex ismek ikun onorat.
Quddiemna hemm mejda mifruxa
B’ħobż ażżmu u wkoll inbid pur.
Huma simboli t-tnejn li jfakkruna għalfejn
Miet għalina Ibnek, O Sinjur.
3. Il-ħobż jixbah sew ġisem
Kristu Li tah biex jifdina ilkoll;
Il-kies tal-inbid jagħti stampa irid
Tad-demm li mid-dnub lilna jħoll.
Inżommu il-Mafkar ġo moħħna
U f’qalbna biex qatt ma ninsew
Kuljum nagħmlu twettieq, kif Kristu wriena t-triq,
U b’hekk niksbu il-ħajja tassew.