Għanja 175
Is-Smewwiet Jiddikjaraw il-Glorja t’Alla
1. Is-smewwiet jgħidu l-glorja taʼ Jehovah;
Fix-xogħlijiet taʼ jdejh naraw l-eternità.
Minn jum għal jum isirlu tifħir;
Lejl jgħid lil lejl dwar għerf bla kejl, u maestà.
2. Jehovah għandu liġi l’hi perfetta;
Tiegħu it-tfakkiriet jagħmluna lkoll għaqlin.
L-ordnijiet tiegħu iferrħu l-qalb;
Bil-kmand nadif, u tant tagħrif, aħna mdawlin.
3. Jehovah żgur li pur il-biżaʼ tiegħu;
Il-ħaqq taʼ Alla ġust u kollu verità,
U jiswa ferm iktar minn deh’b fin.
Jagħtik pjaċir, bil-ferħ it-tir f’eternità.
4. Niżżuk ħajr ferm għall-Kelma Mqaddsa tiegħek,
Billi nżommuha żgur se niksbu rigal kbir.
Bil-ħsibijiet u ix-xogħlijiet,
Jalla nogħġbuk għax inħobbuk; nagħtuk tif-ħir.