Għanja 105
Viva l-Ewwel Imwieled taʼ Jehovah!
1. Lil Bin Jehovah nilqgħu
Werriet taʼ Alla sar
Illi mill-bidu dejjem
Jobdi ’l Missieru mar.
Kulma jeżisti għamel
Fuq l-art u fis-smewwiet;
Bħala l-Kelliemi t’Alla
Xandar Jehovah x’ried.
2. Għalkemm kien f’sura t’Alla,
Hu qatt ma pprova jkun
Rivali taʼ Missieru
Jew daqs Jehovah jkun.
Imma b’umiltà niżel
Taʼ bniedem sura ħa
Biex jaqbeż għal Jehovah
U juri l-verità.
3. Għal dan Kristu ġie mgħolli
U Alla tah it-tron
Biex taʼ Jehovah l-isem
Iqaddes bl-isbaħ don.
Hu sejjer f’Armageddon
Jaqbeż għalina żgur,
Lill-egħdewwa jeqridhom
Biex ’l Alla jġib unur.
4. Lil Bin Jehovah viva!
Ngħidu li hu s-Sultan.
Minn dar għal dar inxandru
U nwettqu t’Alla l-għan.
Bi tħassib persunali
Nuru x’irid isir
U nqanqlu wkoll lil ħutna
Jagħtu ’l Iben tifħir.