Għanja 119
Inżommu Sodi mat-“Tama Hienja”
1. Il-bniedem ilu għal sekli fi dlam ċappa.
Għal xejn kien qiegħed bħal jiġri wara r-riħ.
Il-ħażin s’issa jidher li jiskappa.
X’niket kbir qiegħed il-bniedem fih!
(Kor)
2. Henjin li nafu għala Jehovah ħalla
Il-ħażen jikber daqstant fost il-bnedmin.
Kristu dalwaqt se jnaddaf l-isem t’Alla
U jagħmel lilna lkoll ferħanin.
(Kor)
3. Fi żmienna qed tinstemaʼ l-proklamazzjoni:
Il-bnedmin f’Alla lkoll għandhom jittamaw.
‘Alla se jeħles lil kull kreazzjoni
Li fih tittama.’ Mela nkantaw:
(KOR)
Ferħ tistaʼ ssib, għax is-Saltna hi qrib;
L - Iben glorjuż tiegħu ħelsien żgur se jġib.
Kollox ninsew; il-gwajiet jitneħħew.
B’dit-tama ferrieħa ejjew nithennew.