Għanja 61
“Jiena Jehovah”!
1. Isimgħu lis-slaten pagani
Lill-Kbir Jehovah jinjorawh,
Jagħżlu li ma jagħrfuhx bħala s-Sovran u
F’qawwietu jazzardaw jisfidawh.
Imma min hu dak li dejjem għelibhom,
Li ħarbathom u li ġiebhom fix-xejn?
Taʼ min kien dak id-Driegħ li sadd il-ftaħir
U ta lil niesu rebħ’ għal darba tnejn?
(Kor)
2. Ara l-qawwiet tal-art jingħaqdu
Kontra Iben Jehovah wkoll.
’Mma biżaʼ jaqbad ’l irġiel setgħana, waqt
Li l-foqra tal-art jokorbu lkoll.
Ah! Min sejjer jeqred lill-kburin ħarxin
U isalva lill-ġwejdin hawn fuq l-art?
U min se jistabbilixxi Sultan fejn
Ma jkun hemm ebda nkwiet u ġuħ u mard?
(KOR)
Jiena l-Mulej; m’hemmx ieħor għajri.
Jiena l-Mulej; Jehovah ismi hu.
Jien ħtart Sultan fuq l-għolja mqaddsa tiegħi;
Lilu obduh! Ibni Sultan qalbien.