LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ssb għanja 206
  • “Ifirħu bit-Tama”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ifirħu bit-Tama”
  • Għannu Tifħir lil Jehovah
  • Materjal Simili
  • Żomm it-Tama Tiegħek Soda
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Fejn Tistaʼ Ssib Tama Vera?
    Stenbaħ!—2004
  • Ittama f’Ġeħova, u Kun Kuraġġuż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • L-Affarijiet li Nittamaw Għalihom Se Jiġru Żgur
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
Ara Iżjed
Għannu Tifħir lil Jehovah
Ssb għanja 206

Għanja 206

“Ifirħu bit-​Tama”

(Rumani 12:12)

1. Lil Alla lkoll nirringrazzjaw

Għax tama taʼ ferħ ningħataw.

It-​tama hi bħal ankra sew,

Din tgħinna sodi nistennew.

It-​tama hi bħal elmu wkoll,

Mis-​sejf taʼ Satana ilkoll

Ipproteġuti u mħarsin

Biex nagħmlu t-​tajjeb, le l-​ħażin.

2. B’dit-tama tagħna ferħanin

Li saħansitra il-​mejtin

Mill-​oqbra se joħorġu żgur

U l-​art issir Ġenna b’kull fjur!

Imbagħ’d għal żmien indefinit

Il-​bnedmin fl-​art se jiksbu ġid,

Provvediment li Alla jġib,

U b’hekk kulħadd ferħ kbir isib.

3. Biex din it-​tama nżommu sod,

Ma nagħmlu l-​ħażen bl-​ebda mod,

Waqt li Kliem Alla nitgħallmuh

Biex talbna jkun dejjem mismugħ.

Dal-ferħ m’oħrajn għandna naqsmuh

Billi l-​messaġġ dlonk inxandruh;

Nħabbru dit-tama, ngħidu l-​għan,

Biex ’l Alla jsib kulmin ħerqan.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja