Għanja 39
Il-Gwerriera t’Alla Mexjin ’il quddiem
1. Gwerriera t’Alla jimxu
’L quddiem ilkoll flimkien,
Ġieh jagħtu lil Jehovah,
Ixandru kullimkien.
Għalkemm id-dragun l-aħmar
Jattakka lilhom spiss,
Alla jipproteġihom
Għax Lilu jaqdu biss.
2. Il-ġlieda tagħna ħarxa
F’dan taʼ Jehovah l-jum.
Nitkellmu bil-qlubija,
It-tmiem, le, mhux se jdum.
Ġesù bħala l-Kap tagħna
Fil-ġlieda fuq quddiem,
Hu jieħu l-offensiva:
Hu se jkun il-Ħakkiem.
3. Maʼ Alla ’l quddiem nimxu;
Huwa se jirbaħ żgur.
Biż-żelu nibqgħu miegħu,
Nagħtu ’l ismu unur.
La r-rebħa hija ċerta,
Dak l-imwiegħed rigal
Jistenna lill-qalbiena
Li jsegwu dak li qal.