Għanja 199
“Ix-Xena taʼ did-Dinja Qed Tinbidel”
1. Għalkemm in-nies jagħmlu l-ħsara
U fl-art il-ħażen biss tara,
Nistennew xorta bil-ħrara
Li Alla jtemm dil-viltà.
(Kor)
2. L-egħdewwa bħal klieb jigdmuna,
Bla saħħa jridu jħalluna,
Xorta m’humiex se jdejquna;
Se nirbħu l-eternità.
(Kor)
3. Għalkemm l-egħdewwa jaqilgħu
L-inkwiet u mrar biss jitimgħu,
Mill-Kelma t’Alla nisimgħu
Għax hija il-verità.
(Kor)
4. Did-dinja riesqa lejn tmiemha;
Għax-Xitan qerda dejjiema;
Aħna inħeġġu l-indiema
U ngħixu bil-fedeltà.
(KOR)
Għad li tinbidel tad-dinja x-xena
Alla jagħtina il-hena
Biex ngħixu fis-sigurtà.