Kapitlu 9
Il-Ħajja Bikrija taʼ Ġesù mal-Familja
FIŻ-ŻMIEN li Ġesù qiegħed jikber f’Nazzaret, din hija belt xi ftit jew wisq żgħira, u taʼ mingħajr importanza. Tinsab f’post mimli għoljiet jismu Galilija, ftit ’il bogħod mill-wied sabiħ taʼ Ġeżrael.
Meta Ġesù, li għandu forsi mas-sentejn, jinġieb hawnhekk mill-Eġittu minn Ġużeppi u Marija, hu milli jidher l-uniku iben taʼ Marija. Imma ma jdumx wisq hekk. Maż-żmien, jitwieldu Ġakbu, Ġużeppi, Xmun, u Ġuda, u Marija u Ġużeppi jsiru ġenituri taʼ tfal bniet ukoll. Bil-mod il-mod, Ġesù għandu, tal-inqas, sitt aħwa iżgħar minnu.
Ġesù għandu wkoll nies oħra jiġu minnu. Diġà nafu dwar kuġinuh il-kbir Ġwanni, li joqgħod ħafna mili ’l bogħod fil-Ġudea. Imma tgħix iktar qrib fil-Galilija hemm Salomè, li mid-dehra hi oħt Marija. Salomè hija mart Żebedew, u għalhekk iż-żewġ uliedhom subien, Ġakbu u Ġwanni, huma l-kuġini taʼ Ġesù. Ma nafux jekk, waqt li qed jikber, Ġesù jqattax ħafna żmien maʼ dawn iż-żewġ subien, imma iktar tard isiru ħbieb tal-qalb.
Ġużeppi jkollu jaħdem ħafna biex imantni lill-familja tiegħu li dejjem tikber. Hu mastrudaxxa. Ġużeppi jrabbi lil Ġesù bħal li kieku hu ibnu stess, u għalhekk lil Ġesù jsejħulu “bin il-mastrudaxxa.” Ġużeppi jgħallem lil Ġesù biex ikun mastrudaxxa hu wkoll, u Ġesù malajr jitgħallem. Għalhekk in-nies iktar tard igħidu fuq Ġesù, “Dan hu l-mastrudaxxa.”
Il-ħajja tal-familja taʼ Ġużeppi hi mibnija fuq il-qima t’Alla Jehovah. L-istess bħalma titlob il-Liġi t’Alla, Ġużeppi u Marija jgħallmu lil uliedhom affarijiet spiritwali ‘meta jkunu bil-qiegħda fid-dar, meta jimxu fit-triq, meta jimteddu, u meta jqumu.’ Hemm sinagoga f’Nazzaret, u nistgħu nibqgħu ċerti li Ġużeppi wkoll jieħu lill-familja tiegħu hemmhekk biex jagħtu l-qima tagħhom. Imma bla ebda dubju l-iktar li jieħdu gost jagħmlu hu li jmorru regolarment fuq vjaġġ lejn it-tempju taʼ Jehovah f’Ġerusalemm. Mattew 13:55, 56; 27:56; Mark 15:40; 6:3; Dewteronomju 6:6-9.
▪ Ġesù kemm tal-anqas li għandu ħutu iżgħar minnu, u x’jisimhom x’uħud minnhom?
▪ Min huma tliet kuġini magħrufin sew taʼ Ġesù?
▪ Liema xogħol sekulari jaqbad Ġesù eventwalment, u għala?
▪ Liema struzzjoni vitali jipprovdi Ġużeppi għall-familja tiegħu?