Għanja 8
Nissottomettu Lealment lejn Ordni Teokratika
1. Taʼ Jehovah l-poplu jxandar kullimkien
Din l-aħbar tas-Saltna għax qasir iż-żmien.
L-ordni teokrat’ka jridu jobdu wkoll
U jibqgħu fil-għaqda, lealment ilkoll.
(Kor)
2. Ġesù Kristu Sidna għandu kontroll sħiħ.
Hu jħejji s-suldati, lil kulmin jobdih.
Spiritwali l-gwerra, ejjew ma norqdux.
Bħala grupp fil-għaqda, l-inkwiet ma rridux.
(Kor)
3. Għandna l-“qaddej” t’Alla u spirtu qaddis:
Dawn se jiggwidawna biex innaqqsu l-piż.
Jalla nibqgħu sodi, nogħġbu ’l Alla biss;
Lealment inxandru għerfu kif imiss.
(KOR)
Sottomissjoni, b’dedikazzjoni,
Lil Alla lkoll nagħtuh;
Il-protezzjoni u affezzjoni
Hu jagħtina jekk naqduh.