Nistudjaw il-Browxer Ibqaʼ Għassa!
Il-kongregazzjonijiet madwar id-dinja kollha se jistudjaw il-browxer Ibqaʼ Għassa matul il-ġimgħat tat-23 taʼ Mejju sa l-20 taʼ Ġunju, 2005, fl-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni. Jekk jogħġbok uża dawn il-mistoqsijiet meta tkun qed tipprepara jew tikkonduċi l-istudju. Waqt l-istudju, aqra l-materjal stampat, u aqra l-iskritturi ċitati skond ma jippermetti l-ħin.
Ġimgħa tat-23 taʼ Mejju
◼ Paġni 3-4: Liema mis-sitwazzjonijiet imniżżlin hawn huma l-iktar li effettwaw lil ħajtek? X’jurik li dawn is-sitwazzjonijiet m’humiex sempliċement ġrajjiet lokali mingħajr ebda sinifikat speċjali?
◼ Paġna 5: X’jikkonvinċik li Alla veru jimpurtah? X’jistaʼ jindika kemm aħna jimpurtana dwar Alla u dwar x’qiegħed jagħmel?
◼ Paġni 6-8: Mattew 24:1-8, 14 x’jgħid dwar it-tifsir tal-kundizzjonijiet tad-dinja bħalissa? Bħalma jintwera mit-2 Timotju 3:1-5, f’liema żmien qed ngħixu bħalissa? Dawn huma l-aħħar jiem taʼ xiex? X’jikkonvinċik li l-Bibbja hija verament il-Kelma t’Alla? X’inhi s-Saltna li nippridkaw dwarha?
◼ Paġni 9-10: Għala għandna nikkunsidraw bir-reqqa d-deċiżjonijiet tagħna taʼ kuljum u l-prijoritajiet tagħna f’ħajjitna? (Rum. 2:6; Gal. 6:7) Hekk kif tikkunsidra l-mistoqsijiet f’paġna 10, liema skritturi li għandhom jgħinuk tara x’għandek tagħmel jiġu f’moħħok?
Ġimgħa tat-30 taʼ Mejju
◼ Paġna 11: Għala għandna nikkunsidraw il-mistoqsijiet li jitqajmu f’din il-paġna b’mod persunali? (1 Kor. 10:12; Efes. 6:10-18) It-tweġibiet tagħna għal dawn il-mistoqsijiet x’jikxfu dwar kemm qed nieħdu bis-serjetà l-parir taʼ Ġesù f’Mattew 24:44?
◼ Paġni 12-14: X’inhi ‘s-siegħa taʼ ġudizzju’ msemmija f’Rivelazzjoni 14:6, 7? X’jinvolvi li ‘tibżaʼ minn Alla u tagħtih glorja’? X’inhi Babilonja l-Kbira, u x’se jsir minnha? Liema azzjoni rigward Babilonja l-Kbira għandna bżonn nieħdu issa? X’tinkludi iktar is-siegħa taʼ ġudizzju mbassra? Kif jeffettwana l-fatt li ma nafux il-“jum u lanqas is-siegħa” taʼ l-esekuzzjoni mbassra t’Alla? (Mt. 25:13)
◼ Paġna 15: X’inhi l-kwistjoni tas-sovranità, u din kif teffettwana individwalment?
◼ Paġni 16-19: X’inhuma s-“smewwiet ġodda” u l-“art ġdida”? (2 Pt. 3:13) Min qed iwiegħed dawn l-affarijiet? X’bidliet se jġibu s-smewwiet ġodda u l-art ġdida? Se nibbenefikaw aħna personalment minnhom?
Ġimgħa tas-6 taʼ Ġunju
◼ Paġni 20-1: Liema twissija biex jaħarbu ta Ġesù lis-segwaċi tiegħu taʼ l-ewwel seklu? (Lq. 21:20, 21) Din il-ħarba meta setgħet issir? Għala kien urġenti li jaħarbu bla dewmien? (Mt. 24:16-18, 21) Ħafna nies għala jinjoraw it-twissijiet? Eluf taʼ nies ġoċ-Ċina u l-Filippini kif swielhom tajjeb li jisimgħu minn twissijiet taʼ min joqgħod fuqhom? Għala huwa saħansitra iktar urġenti li nisimgħu mit-twissija tal-Bibbja dwar tmiem is-sistema dinjija li hawn bħalissa? Meta nqisu din l-urġenza kbira, liema responsabbiltà għandna? (Prov. 24:11, 12)
◼ Paġni 22-3: Fl-1974 fl-Awstralja u fl-1985 fil-Kolombja, ħafna nies għala ma ħadux bis-serjetà t-twissijiet tad-diżastru, u x’kienu r-riżultati? Kif taħseb li kont tirreaġixxi int għal dawk it-twissijiet, u għala? X’jistaʼ juri jekk aħna konniex nisimgħu mit-twissija fi żmien Noè? In-nies għala kienu jridu joqogħdu ġo Sodoma u madwarha? Kif nistgħu nibbenefikaw jekk naħsbu bis-serjetà dwar dak li ġara f’Sodoma?
Ġimgħa tat-13 taʼ Ġunju
◼ Paġni 24-7: Uża l-“Mistoqsijiet dwar l-Istudju” f’paġna 27.
Ġimgħa taʼ l-20 taʼ Ġunju
◼ Paġni 28-31: Uża l-“Mistoqsijiet dwar l-Istudju” f’paġna 31.
Meta nikkunsidraw il-browxer se niġu megħjunin ‘nibqgħu għassa’ u nkunu lesti. Jalla l-ministeru pubbliku tagħna dejjem jirrifletti l-urġenza tal-proklamazzjoni anġelika: “Ibżgħu minn Alla u agħtuh glorja, għax waslet is-siegħa biex jagħmel il-ġudizzju.”—Mt. 24:42, 44; Riv. 14:7.