Għanja 76
Jehovah, l-Aqwa Ħabib Tagħna
1. Jehovah hu leali ferm
U żgur l-aqwa Ħabib.
Hu għamel l-art għalina dar
Fejn ferħ u ħajja ssib.
Għalkemm l-ewwel ġenituri
’L Jehovah injoraw,
Huwa xorta jibqaʼ jħobbna
Jekk f’Jumu nittamaw.
2. Raġel leali kien Ab-rah’m;
B’hekk t’Alla sar ħabib.
Meta Jehovah ippruvah,
Maʼ Alla baqaʼ qrib.
Hu ħass li Alla setaʼ wkoll
Lil Ibnu jirxoxtah;
Talli hu obda lealment,
Jehovah ippremjah.
3. Imbagħ’d Bin Alla ġie fuq l-art
Għax ħabb tant lill-bnedmin;
Ta ħajtu stess b’mewt kerha ferm
Biex niġu mifdijin.
Għalkemm minn Satana ttantat
Biex jikser liġijiet,
Kristu Ġesù leali kien
U baqaʼ sa ma miet.
4. M’hemmx aqwa ħbieb minnhom it-tnejn:
Jehovah u Ġesù.
F’imħabbtu bagħ’t Alla ’l Ġesù
Biex lilna ħeles hu.
Jekk mad-dinja inkunu ħbieb
Ma nibqgħux t’Alla ħbieb:
Irridu nuru lealtà
Biex ferħ ’l Alla jinġieb.