LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/05 p. 4
  • Ittra Mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ittra Mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 4/05 p. 4

Ittra Mingħand il-​Ġemgħa li Tiggverna

HEKK kif ninsabu fuq l-​għatba tas-​sistema l-​ġdida, huwa urġenti li nibqgħu nistennew lil Ġeħova. (Sof. 3:8) Il-​profeta Danjel stqarr li “Alla . . . jikxef il-​misteri, u [jgħarraf] . . . x’sejjer jiġri fl-​aħħar jiem.” (Dan. 2:28) Xi privileġġ għandna li qed ngħixu fl-​aħħar taʼ dan il-​perijodu li ġie mbassar u li nifhmu s-​sigrieti divini li Ġeħova issa qed jgħarrafna!

Permezz taʼ l-​“ilsir leali u għaqli,” bil-​mod il-​mod Ġeħova kixef l-​iskop tiegħu sabiex jiġbor “folla kbira” t’aduraturi minn madwar id-​dinja matul dawn “l-​aħħar jiem” kollhom inkwiet. (Mt. 24:45; Riv. 7:9; 2 Tim. 3:1) Isaija 2:​2, 3 jiddeskrivi dan iċ-​ċaqliq globali bħala li qed isir “fl-​aħħar jiem.” Kull sena, dan il-​ġbir ikompli jiżdied minkejja t-​taqlib u l-​vjolenza li tant huma mifruxin madwar id-​dinja.

Matul is-​sena 2004, sirna iktar konxji tal-​bżonn li nobdu l-​kliem taʼ Ġesù: “Ishru . . . Kunu lesti.” (Mt. 24:​42, 44) Tabilħaqq, dak li qed jiġri madwar id-​dinja għandu sinifikat kbir għall-​Kristjani li jagħrfu “s-​sinjali taż-​żminijiet” u li jaġixxu skond dawn is-​sinjali. (Mt. 16:​1-3) Bħalma wiegħed fil-​Kelma tiegħu, Ġeħova se jkompli jkun mal-​poplu tiegħu li hu organizzat teokratikament minkejja kwalunkwe oppożizzjoni li jiffaċċja.

Minkejja l-​isforzi li jagħmlu xi wħud biex ifixklu jew iwaqqfu t-​tħabbir tas-​Saltna, ħutna jkomplu jitkellmu l-​verità u jiltaqgħu flimkien. (Atti 5:​19, 20; Ebr. 10:​24, 25) Fir-​Russja, matul Ġunju tas-​sena 2004, qorti taʼ l-​appell f’Moska appoġġa d-​deċiżjoni tal-​Qorti tal-​Maġistrati sabiex tipprojbixxi l-​attivitajiet tax-​Xhieda taʼ Ġeħova u telimina l-​entità legali tagħhom f’din il-​belt. Madankollu, l-​aħwa ma jibżgħux; huma jafu xi jrid minnhom Alla, u huma jobduh bħala Ħakkiem iktar mill-​bniedem. (Atti 5:29) Aħna ċerti li Ġeħova se jidderieġi lill-​qaddejja tiegħu meta jkollhom jiffaċċjaw azzjonijiet legali kontra tagħhom.

F’dawn l-​aħħar ftit snin, aħwa li jgħixu fir-​Repubblika tal-​Ġeorġja tilfu proprjetà, ġew attakkati minn folol vjolenti, u raw il-​letteratura tagħhom tiġi maħruqa. Imma ebda arma kontrihom ma rnexxiet. (Is. 54:17) Matul is-​sena taʼ servizz 2004, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova fil-​Ġeorġja reġgħu ġew rikonoxxuti legalment. Inżammu konvenzjonijiet mingħajr tfixkil, u l-​letteratura tidħol fil-​pajjiż mingħajr problemi taʼ xejn. Ġew rapportati qċaċet ġodda kemm taʼ pubblikaturi u anki t’attendenza għat-​Tifkira.

Aħwa fl-​Armenja, l-​Eritrea, ir-​Repubblika tal-​Korea, l-​Irwanda, u t-​Turkmenistan, ġew mitfugħin il-​ħabs minħabba l-​fidi tagħhom. Minkejja li ġew trattati ħażin, huma jafu r-​raġuni Skritturali għall-​provi tagħhom, u din tgħinhom iżommu l-​integrità tagħhom hekk kif iħarsu lejn Ġeħova għall-​ħelsien.—1 Pt. 1:6; 2 Pt. 2:9.

Hekk kif teżamina r-​Rapport tas-​Sena taʼ Servizz 2004 fil-​ħarġa tat-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Frar, 2005, int se tifraħ minħabba t-​tjubija taʼ Ġeħova. (Salm 31:20 [Salm 31:​19, NW]; 65:12 [Salm 65:​11, NW]) Nittamaw li dan ir-​rapport jinkuraġġik biex tibqaʼ miexi fit-​triq li togħġob lil Alla.—1 Tess. 4:1.

Qed ikomplu jsiru sforzi kbar sabiex jintlaħqu kull xorta taʼ bnedmin bil-​verità. Per eżempju, ġew imħejjijin vidjos, DVDs, u materjal ieħor bil-​lingwa tas-​sinjali kif ukoll pubblikazzjonijiet bil-​Braille sabiex ikunu jistgħu jgħinu spiritwalment lil dawk li huma neqsin mis-​smigħ u mid-​dawl. Ħafna pubblikaturi tas-​Saltna tgħallmu lingwi li huma mitkellma minn immigranti li joqogħdu fit-​territorju tal-​kongregazzjoni tagħhom.

Barra minn hekk, ġew ifformati mijiet taʼ gruppi iżolati f’territorji li hu diffiċli biex jintlaħqu. Uffiċċju wieħed tal-​fergħa għandu madwar 300 grupp iżolat magħmulin minn 7,000 pubblikatur. X’potenzjal hemm biex jiġu fformati kongregazzjonijiet ġodda! Iktar minn hekk, mis-​16,760,607 persuni li din is-​sena attendew għat-​Tifkira, iktar minn 10 miljuni ma kinux Xhieda. Din hija indikazzjoni ċara taʼ kemm għad hemm ħsad li għad irid jinġabar.

Nirringrazzjaw lil Ġeħova għall-​barkiet għonja u l-​mod mimli mħabba li bih jieħu ħsiebna minn jum għal jum. (Prov. 10:22; Mal. 3:10; 1 Pt. 5:7) Hekk kif nimxu ’l quddiem f’unità matul l-​“aħħar jiem,” il-​fiduċja u t-​tama tagħna huma f’Ġeħova. Minkejja l-​problemi li għandna mnejn niffaċċjaw, ejja nieħdu bis-​serjetà l-​kliem taʼ l-​iskrittura għas-​sena 2005: “L-​għajnuna tiegħi ġejja mingħand Ġeħova.” (Salm 121:​2, NW) Jekk jogħġobkom ibqgħu żguri mill-​imħabba u t-​talb tagħna għalikom.

Ħutkom,

Il-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja