-
Mistoqsijiet mill-QarrejjaIt-Torri tal-Għassa—2004 | Lulju 15
-
-
Kristu bħala prezz tal-fidwa.a (Mattew 20:28; Ġwanni 3:16; 1 Ġwanni 2:1, 2) Il-Kristjani meta jinħelsu mil-liġi tad-dnub? Waqt li kien qed ikellem lill-Kristjani midlukin, l-appostlu Pawlu qal: “Il-liġi taʼ l-Ispirtu li jagħti l-ħajja fi Kristu Ġesù ħelsitni mil-liġi tad-dnub u tal-mewt.” (Rumani 8:2) Dawk bit-tama taʼ ħajja fis-sema jingħataw dan il-ħelsien meta jiġu midlukin bl-ispirtu qaddis. Għalkemm ġisimhom hu tal-laħam u imperfett, Alla jiddikjarahom ġusti u jadottahom bħala wliedu spiritwali. (Rumani 3:24; 8:16, 17) Għall-midlukin bħala grupp, il-Ġublew beda f’Pentekoste tas-sena 33 E.K.
Xi ngħidu għan-“nagħaġ oħra,” li għandhom il-prospett taʼ ħajja taʼ dejjem fuq l-art? (Ġwanni 10:16) Għan-nagħaġ oħra, ir-Renju t’Elf Sena taʼ Kristu se jkun żmien taʼ restawrazzjoni u ħelsien. Matul dan il-Ġublew Millennjali, Ġesù se japplika l-benefiċċji tas-sagrifiċċju bħala prezz tal-fidwa għall-umanità li temmen, u se jreġġaʼ lura l-effetti tad-dnub. (Apokalissi 21:3, 4) Sat-tmiem tar-Renju t’Elf Sena taʼ Kristu, il-bnedmin se jsiru perfetti u se jeħilsu għalkollox mid-dnub u l-mewt li wirtu. (Rumani 8:21) Ladarba dan jitwettaq, il-Ġublew Kristjan jintemm.
-
-
“L-Għaqli Jagħmel Kollox bi Ħsieb”It-Torri tal-Għassa—2004 | Lulju 15
-
-
“L-Għaqli Jagħmel Kollox bi Ħsieb”
IL-GWIDA mill-Kelma t’Alla, il-Bibbja, hija “egħżeż mid-deheb, mid-deheb l-aktar fin.” (Salm 19:7-10 [19:8-11, NW]) Għala? Għax “tagħlim l-għaref [Jehovah] hu għajn il-ħajja għal min irid jeħles mix-xibka tal-mewt.” (Proverbji 13:14) Meta jiġu applikati, il-pariri mill-Iskrittura mhux biss itejbu l-kwalità taʼ ħajjitna imma jgħinuna nevitaw in-nases li jpoġġuha fil-periklu. Kemm huwa vitali li nfittxu l-għarfien taʼ l-Iskrittura u nżommu maʼ dak li nitgħallmu!
Kif imniżżel fi Proverbji 13:15-25, is-Sultan Salamun taʼ Iżrael tal-qedem ta pariri li jgħinuna naġixxu skond l-għarfien ħalli nkunu nistgħu ngawdu ħajja aħjar u itwal.a Permezz taʼ proverbji qosra, hu jurina kif il-Kelma t’Alla tistaʼ tgħinna nintgħoġbu minn oħrajn, nibqgħu leali fil-ministeru tagħna, ikollna attitudni xierqa lejn id-dixxiplina, u nagħżlu bil-għaqal maʼ min nagħmluha. Hu jikkunsidra wkoll kemm hu għaqli li nħallu wirt għal uliedna kif ukoll li niddixxiplinawhom bl-imħabba.
“Min Hu bil-Għaqal Jirbaħ l-Imħabba”
“Min hu bil-għaqal jirbaħ l-imħabba,” jgħid Salamun, “min jimxi bil-qerq jiġġarraf.” (Proverbji 13:15) L-espressjoni li ntużat fil-lingwa oriġinali għal “bil-għaqal,” jew b’“dehen tajjeb” (NW), “tiddeskrivi l-abbiltà li wieħed ikun prudenti, jieħu deċiżjonijiet tajbin, u jifforma opinjonijiet bi ħsieb,” jgħid xogħol wieħed taʼ referenza. Persuna li jkollha kwalitajiet bħal dawn ma ssibhiex diffiċli biex tirbaħ l-imħabba t’oħrajn u tingħoġob minnhom.
Ikkunsidra kif l-appostlu Pawlu ttratta bl-għaqal u bid-dehen maʼ Filemon, sieħbu Kristjan, meta bagħatlu lura lill-qaddej tiegħu Oneżimu, li kien ħarab u li issa kien sar Kristjan. Pawlu talab bil-ħerqa lil Filemon biex jerġaʼ jilqaʼ lura lil Oneżimu b’qalb tajba, saħansitra daqslikieku kien se jilqaʼ lill-appostlu nnifsu. Fil-fatt, Pawlu offra li jħallas hu jekk Oneżimu kellu jagħti xi ħaġa lil Filemon. Iva, Pawlu setaʼ uża l-awtorità tiegħu u ordna lil Filemon biex jagħmel dak li kien xieraq. Imma l-appostlu għażel li jittratta s-sitwazzjoni bit-tattika u bl-imħabba. Billi għamel hekk, Pawlu ħassu kunfidenti li kien se jikseb il-kooperazzjoni taʼ Filemon u kien se jqanqlu jagħmel saħansitra iktar milli kien mitlub. M’għandniex aħna nittrattaw maʼ sħabna fit-twemmin bl-istess mod?—Filemon 8-21.
Min jimxi bil-qerq, min-naħa l-oħra, jiġġarraf, jew inkella triqtu tkun “ħarxa.” (KŻ) F’liema sens? Skond wieħed studjuż, il-kelma użata hawn tfisser “saħħa jew sodizza, u tirreferi għall-imġiba bla mogħdrija tan-nies il-ħżiena. . . . Min jibqaʼ għall-modi ħżiena tiegħu, b’qalb iebsa u indifferenti għat-tagħlim għaqli taʼ ħaddieħor, qiegħed fi triqtu biex jiġġarraf.”
Salamun ikompli: “L-għaqli jagħmel kollox bi ħsieb, imma l-iblah juri fil-beraħ bluhitu.” (Proverbji 13:16) L-għaqal hawnhekk għandu x’jaqsam maʼ l-għarfien u huwa assoċjat maʼ persuna prudenti, li taħseb l-affarijiet qabel tagħmilhom. Meta xi ħadd għaqli jiġi kritikat inġustament jew saħansitra insultat, dan jikkontrolla kliemu. Hu jitlob lil Alla biex jgħinu juri l-frott taʼ l-ispirtu qaddis ħalli ma jirritax ruħu żżejjed. (Galatin 5:22, 23) Min ikun prudenti ma jħallix lill-persuna l-oħra jew is-sitwazzjoni tikkontrollah. Minflok, jibqaʼ jżomm il-kontroll u jevita l-ġlied li ħafna drabi jinqalaʼ meta persuna tiġi mweġġgħa u jitlgħalha malajr.
L-għaqli jaġixxi wkoll skond l-għarfien meta jieħu deċiżjonijiet. Hu jaf li azzjonijiet għaqlin ma jsirux skond dak li wieħed ifettillu, skond azzjonijiet ibbażati fuq l-emozzjonijiet, jew sempliċement billi jagħmel bħalma jagħmel ħaddieħor. Għalhekk, jieħu l-ħin biex jgħarbel is-sitwazzjoni li tinqalaʼ. Hu jiġbor il-fatti kollha u jara x’għażliet għandu. Imbagħad ifittex fl-Iskrittura u jiddeċiedi liema liġijiet jew prinċipji Bibliċi japplikaw. It-triqat taʼ persuna bħal din jibqgħu dritti.—Proverbji 3:5, 6.
‘Messaġġier Leali Jġib il-Kwiet’
Bħala Xhieda taʼ Jehovah, ġejna fdati bix-xandir taʼ messaġġ mogħti minn Alla. Il-kliem tal-proverbju li jmiss jgħinna nibqgħu leali fit-twettiq taʼ l-inkarigu li għandna. Dan jgħid: “Ambaxxatur ħażin jaqlaʼ
-