-
Xi Tfisser Għalina l-Umiltà taʼ ĠeħovaIt-Torri tal-Għassa—2004 | Novembru 1
-
-
Xi Tfisser Għalina l-Umiltà taʼ Ġeħova
DAVID għadda minn ħafna għawġ. Hu ġie maltrattat mis-Sultan Sawl, il-kunjatu għajjur tiegħu. Sawl tliet darbiet ipprova joqtol lil David b’lanza u għal snin sħaħ hu kkaċċjah bla heda, u b’hekk sforzah biex isir refuġjat. (1 Samwel 18:11; 19:10; 26:20) Però, Ġeħova wera li kien maʼ David. Ġeħova mhux biss salvah minn Sawl, iżda wkoll minn taħt idejn għedewwa oħra. Għalhekk, nistgħu nifhmu kif ħassu David meta kanta: “Il-Mulej il-blata tiegħi, il-fortizza u l-ħellies tiegħi. Inti [Ġeħova] tajtni t-tarka tas-salvazzjoni tiegħek; [“l-umiltà,” NW] tiegħek kabbritni.” (2 Samwel 22:2, 36) David kiseb ċerta importanza f’Iżrael. Allura, fiex kienet involuta l-umiltà taʼ Ġeħova?
Meta l-Iskrittura titkellem dwar Ġeħova bħala li hu umli, ma tkunx qed tfisser li hu limitat b’xi mod jew li hu sottomess lejn oħrajn. Minflok, din il-kwalità mill-isbaħ tindika li hu jagħder ħafna lill-bnedmin li jistinkaw ġenwinament biex jiksbu l-approvazzjoni tiegħu, u jurihom ħniena. F’Salm 113:6, 7 naqraw: “[Ġeħova] jħares ’l isfel, lejn is-smewwiet u lejn l-art. Hu li jqajjem mit-trab l-imsejken.” Il-fatt li hu “jħares ’l isfel” ifisser li hu “jitbaxxa ’l isfel biex jara” jew li “hu jumilja Ruħu biex jara.” (Today’s English Version; Young’s Literal Translation of the Holy Bible) Allura, Ġeħova nnifsu ‘tbaxxa’ mis-smewwiet, jew ‘umilja ruħu,’ sabiex jagħti kas taʼ David, individwu imperfett imma umli li xtaq jaqdi lil Alla. Għalhekk, David jiżgurana: “Fil-għoli l-Mulej, iżda jara l-umli.” (Salm 138:6, Saydon) Il-mod kollu ħniena, paċenzja, u mogħdrija li bih Ġeħova ttratta lil David għandu jkun taʼ inkuraġġiment għal dawk kollha li jfittxu li jagħmlu r-rieda t’Alla.
Għalkemm Ġeħova bħala s-Sovran għandu l-ogħla pożizzjoni fl-univers, hu jrid jikkomunika maʼ kull wieħed u waħda minna. Dan jagħtina l-fiduċja li nistgħu nistrieħu fuq l-għajnuna tiegħu li ma taqtaʼ qatt, anki fl-iktar ċirkustanzi diffiċli. M’għandniex għalfejn nibżgħu li se jinsiena. Dwar il-poplu tiegħu taʼ Iżrael tal-qedem, b’mod xieraq Ġeħova jissemma bħala l-wieħed li “meta [kienu] magħkusin ftakar [fihom], għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.”—Salm 136:23.
Bħala qaddejja taʼ Ġeħova llum, aħna wkoll nistgħu ngħaddu minn xi għawġ l-istess bħalma għadda David. Jistaʼ jkun li niffaċċjaw it-twaqqigħ għaċ-ċajt minn dawk li ma jafux lil Alla, jew forsi qed nissieltu maʼ saħħa batuta jew ninsabu mnikktin minħabba l-mewt taʼ xi ħadd maħbub. Hi x’inhi s-sitwazzjoni tagħna, jekk qalbna hi sinċiera, nistgħu nersqu lejn Ġeħova bit-talb u nitolbu għall-ħniena tiegħu. Ġeħova se ‘jitbaxxa’ biex jinnotana u jismaʼ talbna. Is-salmista ispirat kiteb: “Għajnejn il-Mulej lejn il-ġusti, u widnejh miftuħa għall-għajta tagħhom.” (Salm 34:16 [34:15, NW]) Ma titqanqalx qalbek meta timmedita fuq il-kwalità taʼ l-umiltà taʼ Ġeħova li ġġagħlek tħobbu?
[Stampi f’paġna 30]
L-istess bħalma semaʼ t-talb taʼ David, illum Ġeħova hu lest li jismaʼ t-talb tagħna
-
-
Mistoqsijiet mill-QarrejjaIt-Torri tal-Għassa—2004 | Novembru 1
-
-
Mistoqsijiet mill-Qarrejja
Il-kongregazzjoni Kristjana kif tqis il-gula, jew il-kilba għall-ikel?
Il-Kelma t’Alla tikkundanna kemm is-sokor u kemm il-gula bħala mġiba li m’hijiex aċċettabbli għal min jaqdi ’l Alla. Għalhekk, il-kongregazzjoni Kristjana tħares lejn xi ħadd magħruf li jiffanga fl-ikel bħalma tħares lejn xi ħadd li għandu l-vizzju tas-sokor. La s-sakranazz u lanqas min jagħmel għal żaqqu ma jistaʼ jkun parti mill-kongregazzjoni Kristjana.
Proverbji 23:20, 21 jgħid: “Tagħmilhiex maʼ dawk li jlegilgu l-inbid, u maʼ dawk li għandhom kilba għal-laħam; għax l-ikel u x-xorb żejjed iwasslu għall-faqar, u min iħobb l-irqad iċ-ċraret jilbes.” F’Dewteronomju 21:20 naqraw dwar individwu “ma jobdix u stinat,” li taħt il-Liġi Mosajka kien jixraqlu l-mewt. Skond dan il-vers, żewġ karatteristiċi taʼ dan l-individwu ribelluż u nieqes mill-indiema kienu li hu kien “żaqqieq u sakranazz” (Karm Żammit). Jidher ċar li f’Iżrael tal-qedem, il-gula kienet titqies bħala prattika li m’hijiex aċċettabbli għal dawk li xtaqu jaqdu lil Alla.
Madankollu, kif ikun xi ħadd li għandu l-gula, u x’tgħid l-Iskrittura Griega Kristjana dwar dan is-suġġett? Xi ħadd li għandu l-gula hu deskritt bħala “wieħed li għandu d-drawwa jiekol u jixrob bir-regħba u ma jixbaʼ qatt.” Għalhekk, fattur wieħed hu li l-gula
-