LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ix-Xhieda taʼ Jehovah Għala Jibqgħu Jiġu Jħabbtulek?
    It-Torri tal-Għassa—2004 | Frar 15
    • Ix-​Xhieda taʼ Jehovah Għala Jibqgħu Jiġu Jħabbtulek?

      IL-​PERSISTENZA li biha x-​Xhieda taʼ Jehovah jieħdu sehem fil-​ministeru minn dar għal dar hija magħrufa madwar id-​dinja. Xi wħud ma jistgħux jifhmu għala x-​Xhieda jibqgħu jmorru jħabbtulhom, speċjalment jekk qabel ftit li xejn ikunu wrew interess għall-​messaġġ tax-​Xhieda. Żewġ ittri mir-​Russja jgħinuna nifhmu r-​raġuni.

      “Biex ngħid il-​verità,” tammetti Masha, tfajla taʼ 19-il sena minn Khabarovsk, “fil-​passat, lix-​Xhieda taʼ Jehovah kont nevitahom donnu kellhom il-​pesta.” Però, wara li qrat xi kopji tar-​rivisti pubblikati mix-​Xhieda, din biddlet l-​attitudni tagħha. “Dak kollu li qrajt verament kien interessanti u edukattiv,” tikteb Masha, “imma iktar importanti minn hekk, jgħinek tara d-​dinja minn lenti differenti. Bil-​mod il-​mod bdejt nifhem x’inhu l-​iskop tal-​ħajja.”

      Svetlana, minn Ussuriysk, belt madwar 80 km lejn it-​tramuntana taʼ Vladivostok, kitbet: “Għadni kemm bdejt naqra It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Dawn ir-​rivisti huma verament bżonnjużi għall-​ġurnata taʼ llum. Nieħu pjaċir naqra l-​artikli kollha. Verament huma interessanti, informattivi, u edukattivi. Grazzi! Grazzi ħafna talli tinsabu f’din id-​dinja u talli tagħmlu dan ix-​xogħol ħanin u tant bżonnjuż.”

      Ix-Xhieda taʼ Jehovah madwar id-​dinja kollha jieħdu bis-​serjetà l-​mistoqsija li tqanqal il-​ħsieb li staqsa l-​appostlu Pawlu: “[In-nies] kif jistgħu jisimgħu jekk ma jxandrulhomx?” (Rumani 10:14) Għala ma tiħux ftit minuti biex tismaʼ lix-​Xhieda meta jerġgħu jiġu jħabbtulek? Int ukoll għandek mnejn tieħu pjaċir bil-​messaġġ taʼ faraġ li hemm fil-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja.

  • Tixtieq li Ssirlek Żjara?
    It-Torri tal-Għassa—2004 | Frar 15
    • Tixtieq li Ssirlek Żjara?

      Saħansitra f’din id-​dinja mimlija inkwiet, int tistaʼ tikseb l-​hena minn għarfien eżatt mill-​Bibbja dwar Alla, is-​Saltna tiegħu, u l-​iskop meraviljuż tiegħu għall-​bnedmin. Jekk tixtieq li jkollok iktar tagħrif jew tixtieq li xi ħadd jiġi għandek biex jagħmillek studju tal-​Bibbja bla ħlas, jekk jogħġbok ikteb lix-​Xhieda taʼ Jehovah, IBSA House, Triq il-​Waqqafa, il-​Mosta, MST 12, jew fl-​indirizz li japplika għalik imniżżel f’paġna 2.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja