LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 22
  • Erbaʼ Dixxipli Jiġu Msejħin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Erbaʼ Dixxipli Jiġu Msejħin
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Erbaʼ dixxipli jsiru sajjieda tal-bnedmin
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Naqdu Bħala Sajjieda tal-Bnedmin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Issielet Kontra l-Biża’ u d-Dubji
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Ġesù jerġaʼ jidher lid-dixxipli tiegħu
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 22

Kapitlu 22

Erbaʼ Dixxipli Jiġu Msejħin

WARA l-​attentat taʼ qtil fuq il-​ħajja taʼ Ġesù ġewwa l-​belt tiegħu Nazzaret, huwa jmur joqgħod fil-​belt taʼ Kapernahum, qrib il-​baħar tal-​Galilija. Dan iwettaq profezija oħra taʼ Isaija. Hija dik li bassret li n-​nies tal-​Galilija li joqogħdu ħdejn il-​baħar kellhom jaraw dawl kbir.

Hekk kif Ġesù jkompli bix-​xogħol dawwali tiegħu taʼ ppridkar tas-​Saltna hawnhekk, hu jsib lil erbgħa mid-​dixxipli tiegħu. Dawn kienu vvjaġġaw miegħu qabel imma kienu marru lura lejn in-​negozju tas-​sajd tagħhom meta rritornaw maʼ Ġesù mill-​Ġudea. Probabbli li Ġesù issa fittixhom hu stess, peress li wasal iż-​żmien li jkollu nies sodi u regulari biex igħinuh u li lilhom setaʼ jħarreġ biex ikomplu l-​ministeru wara li jkun telaq.

Mela hekk kif Ġesù jinsab għaddej bil-​mixi tul ix-​xatt u jara lil Xmun Pietru u lil sħabu jaħslu x-​xbieki tagħhom, hu jmur fuqhom. Huwa jirkeb fuq id-​dgħajsa taʼ Pietru u jitolbu jsalpa ftit. Meta jkunu ħarġu xi ftit ’il barra, Ġesù jpoġġi bil-​qiegħda fid-​dgħajsa u jibda jgħallem lill-​folol fix-​xatt.

Wara dan, Ġesù jgħid lil Pietru: “Iġbed ’il barra sa fejn hu fond u itfgħu x-​xbieki tagħkom għal sajda.”

“Għalliem,” iwieġeb Pietru, “għamilna lejl sħiħ nitħabtu u ma qbadna xejn, imma għall-​istedina tiegħek jien se nniżżel ix-​xbieki.”

Meta jniżżlu x-​xbieki, tant jinqabad ħut li x-​xbieki jibdew jiċċarrtu. B’urġenza l-​irġiel jagħmlu sinjal lil sħabhom f’dgħajsa fil-​qrib biex jiġu jgħinuhom. Ma jdumux ma ż-​żewġ dgħajjes jimtlew b’tant ħut li jibdew jegħrqu t-​tnejn. Hekk kif jara dan, Pietru jaqaʼ quddiem Ġesù u jgħid: “Itlaq minn ħdejja, għaliex jien raġel midneb, Mulej.”

“Ieqaf milli tkun beżgħan,” iwieġeb Ġesù. “Minn issa ’l quddiem int se taqbad nies ħajjin.”

Ġesù jistieden ukoll lil Indrì, ħu Pietru. “Ejjew warajja,” huwa jħeġġiġhom, “u jien se nagħmilkom sajjieda tal-​bnedmin.” Is-​sajjieda sħabhom Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, jingħataw l-​istess stedina, u huma wkoll iwieġbu bla ma joqogħdu jaħsbuha. Għalhekk dawn l-​erbgħa jabbandunaw in-​negozju tas-​sajd tagħhom u jsiru l-​ewwel erbaʼ segwaċi sodi u regulari taʼ Ġesù. Luqa 5:​1-11; Mattew 4:​13-22; Mark 1:​16-20; Isaija 9:​1, 2.

▪ Ġesù għala jsejjaħ lid-​dixxipli tiegħu biex isegwuh, u dawn min huma?

▪ Liema miraklu jbeżżaʼ lil Pietru?

▪ Liema xorta taʼ sajd jistieden Ġesù lid-​dixxipli tiegħu biex jagħmlu?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja