LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 54
  • “Ħobż Veru Mis-Sema”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ħobż Veru Mis-Sema”
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Ġesù—“Il-ħobż tal-ħajja”
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Doqtu l-ħobż tal-ħajja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • X’Nitgħallmu mill-Miraklu tal-Ħobż li Għamel Ġesù?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Int Tistaʼ Tgħix għal Dejjem—Kif?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 54

Kapitlu 54

“Ħobż Veru Mis-​Sema”

IL-​ġurnata taʼ qabel kienet tassew mimlija ġrajjiet. Ġesù b’mod mirakoluż temaʼ lil eluf u mbagħad ħarab mill-​attentat tan-​nies biex jagħmluh sultan. Dak il-​lejl hu mexa fuq il-​Baħar imqalleb tal-​Galilija; salva lil Pietru, li beda jegħreq meta hu mexa fuq l-​ilma mqalleb mill-​maltempata; u kkalma l-​mewġ biex isalva lid-​dixxipli tiegħu min-​nawfraġju.

Issa n-​nies li lilhom Ġesù kien tamaʼ b’mod mirakoluż fil-​Grigal tal-​Baħar tal-​Galilija jsibuh ħdejn Kapernahum u jistaqsuh: “Meta ġejt hawnhekk?” Waqt li jċanfarhom, Ġesù jgħid li huma ġew ifittxuh biss għaliex jistennew li jieħdu ikla b’xejn oħra. Hu jħeġġiġhom biex jaħdmu, mhux għal ikel li jgħib, imma għal ikel li jibqaʼ għall-​ħajja taʼ dejjem. Mela n-​nies jistaqsu: “X’se nagħmlu biex naħdmu x-​xogħlijiet t’Alla?”

Ġesù jsemmi biss xogħol wieħed tal-​ogħla valur. “Dan hu x-​xogħol t’Alla,” jispjega hu, “li teżerċitaw fidi fih li lilu Dak bagħat.”

In-nies, madankollu, ma jeżerċitawx fidi f’Ġesù, minkejja l-​mirakli kollha li hu wettaq. Bla ma jittwemmen, saħansitra wara l-​affarijiet meraviljużi kollha li għamel, huma jistaqsu: “X’inti, mela, twettaq bħala sinjal, sabiex aħna narawh u nemmnuk? Liema xogħol qiegħed tagħmel int? Missirijietna tal-​qedem kielu l-​manna fix-​xagħri, bħalma huwa miktub, ‘Hu tahom ħobż mis-​sema biex jieklu.’”

Bi tweġiba għat-​talba tagħhom għal sinjal, Ġesù jagħmlu ċar is-​Sors tal-​provvedimenti mirakolużi, billi jgħid: “Mosè ma takomx il-​ħobż mis-​sema, imma Missieri tassew jagħtikom il-​ħobż veru mis-​sema. Għax il-​ħobż t’Alla huwa l-​wieħed li jinżel mis-​sema u jagħti l-​ħajja lid-​dinja.”

“Mulej,” igħidu n-​nies, “dejjem agħtina dan il-​ħobż.”

“Jien hu l-​ħobż tal-​ħajja,” jispjega Ġesù. “Dak li jiġi għandi mhux se jaqbdu ġuħ assolutament, u dak li jeżerċita fidi fija qatt ma se jaqbdu għatx assolutament. Imma jien għedtilkom, Intom saħansitra rajtuni u madankollu ma temmnux. Dak kollu li jagħtini l-​Missier se jiġi għandi, u dak li jiġi għandi bl-​ebda mod ma se nkeċċih; għaliex jiena nżilt mis-​sema biex nagħmel, mhux ir-​rieda tiegħi, imma r-​rieda taʼ dak li bagħatni. Din hi r-​rieda taʼ dak li bagħatni, li m’għandi nitlef xejn minn dak kollu li tani imma li jien għandi nirxoxtah fl-​aħħar jum. Għax din hi r-​rieda taʼ Missieri, li kulmin jilmaħ lill-​Iben u jeżerċita fidi fih għandu jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.”

Għal dan, il-​Lhud bdew igergru għal Ġesù għaliex hu qal, “Jien hu l-​ħobż li niżel mis-​sema.” Huma ma jaraw xejn fih iktar minn iben taʼ ġenituri umani u għalhekk, l-​istess kif għamlu n-​nies taʼ Nazzaret, huma joġġezzjonaw, billi jgħidu: “M’huwiex dan Ġesù bin Ġużeppi, li missieru u ommu nafuhom aħna? Kif inhu li issa hu jgħid, ‘Jien inżilt mis-​sema’?”

“Ieqfu milli tgemgmu bejnietkom,” iwieġeb Ġesù. “Ebda bniedem ma jistaʼ jiġi għandi jekk il-​Missier, li bagħatni, ma jiġbdux; u jien se nirxoxtah fl-​aħħar jum. Hu miktub fil-​Profeti, ‘U huma lkoll se jkunu mgħallmin minn Jehovah.’ Kulmin samaʼ mill-​Missier u tgħallem, jiġi għandi. Mhux li xi bniedem rah lill-​Missier, ħlief dak li hu minn Alla; dan rah lill-​Missier. Verissmu ngħidilkom, Dak li jemmen għandu l-​ħajja taʼ dejjem.”

Waqt li jkompli, Ġesù jirrepeti: “Jien hu l-​ħobż tal-​ħajja. Missirijietkom tal-​qedem kielu l-​manna fix-​xagħri u madankollu mietu. Dan hu l-​ħobż li jinżel mis-​sema, biex kulħadd jistaʼ jiekol minnu u ma jmutx. Jien hu l-​ħobż ħaj li niżel mis-​sema; jekk xi ħadd jiekol minn dan il-​ħobż hu se jgħix għal dejjem.” Iva, billi jeżerċitaw fidi f’Ġesù, il-​wieħed mibgħut minn Alla, in-​nies jistgħu jkollhom il-​ħajja taʼ dejjem. Ebda manna, jew kwalunkwe ħobż ieħor, ma jistaʼ jipprovdi dak!

Id-diskussjoni dwar il-​ħobż mis-​sema mid-​dehra bdiet ftit wara li n-​nies sabu lil Ġesù ħdejn Kapernahum. Imma din tkompli, u tilħaq il-​quċċata iktar tard waqt li Ġesù qed igħallem f’sinagoga ġo Kapernahum. Ġwann 6:​25-51, 59; Salm 78:24; Isaija 54:13; Mattew 13:​55-57.

▪ Liema ġrajjiet seħħew qabel id-​diskussjoni taʼ Ġesù dwar il-​ħobż mis-​sema?

▪ Minħabba dak li Ġesù għadu kif għamel, għala t-​talba għal sinjal hi daqshekk barra minn lokha?

▪ Il-​Lhud għala jgemgmu meta Ġesù jgħid li hu l-​ħobż veru mis-​sema?

▪ Fejn saret id-​diskussjoni dwar il-​ħobż mis-​sema?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja