LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Kif Tibda Studji bil-Ktieb X’Tgħallem il-Bibbja?
    Ministeru tas-Saltna—2006 | Jannar
    • Kif Tibda Studji bil-​Ktieb X’Tgħallem il-​Bibbja?

      Ħafna minna kieku nieħdu gost nikkonduċu studji tal-​Bibbja li kieku biss nistgħu nibdew l-​istudju. Il-​ktieb il-​ġdid Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? jistaʼ jgħinna. L-​introduzzjoni f’paġni 3-7 hija disinjata biex iddaħħal lill-​inkwilin f’diskussjoni dwar il-​Bibbja billi tuża l-​ktieb. Anki dawk li għandhom esperjenza limitata fil-​ministeru se jsibuha faċli li jużawh biex jibdew studji.

      ◼ Tistaʼ tipprova dan il-​metodu billi tuża paġna 3:

      Wara li ssemmi xi ġrajja li hemm fl-​aħbarijiet jew xi problema li qiegħda fl-​imħuħ tan-​nies fit-​territorju tiegħek, idderieġi l-​attenzjoni taʼ l-​inkwilin għall-​mistoqsijiet b’tipi grassi f’paġna 3, u stiednu jikkummenta fuqhom. Imbagħad dawwar għal paġni 4-5.

      ◼ Jew forsi tippreferi tibda billi toħroġ xi punti minn paġni 4-5:

      Tistaʼ tgħid, “Ma tkunx xi ħaġa mill-​isbaħ kieku l-​bidliet li jidhru hawn verament iseħħu?” Jew forsi tistaqsi, “Liema minn dawn il-​wegħdi tixtieq li tara titwettaq?” Ismaʼ t-​tweġiba b’attenzjoni.

      Jekk l-​inkwilin juri interess speċjali f’waħda mill-​iskritturi, urih x’tgħallem il-​Bibbja fuq dan is-​suġġett billi tikkunsidra l-​paragrafi li jiddiskutu dik l-​iskrittura. (Ara l-​kaxxa f’din il-​paġna taʼ l-​insert.) Ikkunsidra l-​materjal daqslikieku kien studju tal-​Bibbja. Tistaʼ tagħmel dan f’ħames jew għaxar minuti fl-​ewwel żjara, fuq l-​għatba tal-​bieb.

      ◼ Metodu ieħor hu li tgħin lill-​inkwilin jesprimi ruħu billi tuża paġna 6:

      Idderieġi l-​attenzjoni taʼ l-​inkwilin lejn il-​mistoqsijiet fl-​aħħar tal-​paġna, u staqsi, “Ġieli ħsibt dwar xi waħda minn dawn il-​mistoqsijiet?” Jekk jesprimi interess f’waħda mill-​mistoqsijiet, mur fil-​paragrafi tal-​ktieb li jwieġbu dik il-​mistoqsija. (Ara l-​kaxxa f’din il-​paġna taʼ l-​insert.) Hekk kif tikkunsidraw l-​informazzjoni flimkien, int tkun qed tikkonduċi studju tal-​Bibbja.

      ◼ Tistaʼ tuża paġna 7 biex turi kif isir studju tal-​Bibbja:

      Aqra l-​ewwel tliet sentenzi fil-​paġna u mbagħad mur f’kapitlu 3 u uri kif isir studju billi tuża paragrafi 1-3. Agħmel arranġamenti biex terġaʼ tmur u tiddiskuti t-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet f’paragrafu 3.

      ◼ Kif tiftiehem biex terġaʼ tmur:

      Meta tkun qed tikkonkludi l-​ewwel studju, irranġa biex tkompli d-​diskussjoni. Tistaʼ sempliċement tgħid: “Fi ftit minuti, aħna sirna nafu x’tgħallem il-​Bibbja fuq suġġett importanti. Darb’oħra nistgħu niddiskutu [ħallih b’mistoqsija li se tkun kunsidrata]. Nistaʼ ngħaddi dal-ħin il-​ġimgħa d-​dieħla?”

      Hekk kif nersqu qrib iż-​żmien stabbilit taʼ Ġeħova, hu jkompli jarmana għax-​xogħol li għandna nagħmlu. (Mt. 28:​19, 20; 2 Tim. 3:​17) Ejjew nużaw b’mod effettiv din l-​għodda meraviljuża ġdida biex nibdew studji tal-​Bibbja.

      [Kaxxa f’paġna 3]

      Diskussjoni taʼ l-​Iskritturi f’Paġni 4-5

      ◻ Rivelazzjoni 21:4 (pġi. 27-8, pari. 1-3)

      ◻ Isaija 33:24; 35:​5, 6 (pġ. 36, par. 22)

      ◻ Ġwanni 5:​28, 29 (pġi. 72-3, pari. 17-​19)

      ◻ Salm 72:16 (pġ. 34, par. 19)

      Tweġibiet għall-​Mistoqsijiet f’Paġna 6

      ◻ Għala nsofru? (pġi. 108-9, pari. 6-8)

      ◻ Kif nistgħu nkampaw maʼ l-​ansjetajiet tal-​ħajja? (pġi. 184-5, pari. 1-3)

      ◻ Kif jistaʼ jkollna ħajja tal-​familja iktar ferħana? (pġ. 143, par. 20)

      ◻ X’jiġrilna meta mmutu? (pġi. 58-9, pari. 5-6)

      ◻ Qatt se nerġgħu narawhom l-​għeżież tagħna li mietu? (pġi. 72-3, pari. 17-​19)

      ◻ Kif nistgħu nkunu żguri li Alla se jwettaq il-​wegħdi tiegħu għall-​futur? (pġ. 25, par. 17)

  • Kif Toffri l-Ktieb X’Tgħallem il-Bibbja?
    Ministeru tas-Saltna—2006 | Jannar
    • Kif Toffri l-​Ktieb X’Tgħallem il-​Bibbja?

      Dan l-​insert jinkludi varjetà taʼ suġġerimenti biex noffru l-​ktieb X’Tgħallem il-​Bibbja? Biex tkun l-​iktar effettiv, poġġihom fi kliemek u adatta l-​preżentazzjoni għan-​nies fit-​territorju tiegħek, u sir familjari maʼ punti speċifiċi fil-​ktieb li jistgħu jintużaw bħala bażi għal diskussjoni fuq il-​Bibbja. Preżentazzjonijiet oħra li huma prattiċi għat-​territorju tiegħek jistgħu jintużaw ukoll.​—Ara l-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2005, pġ. 8.

      Alla Ġeħova

      ◼ “Ħafna nies li jemmnu f’Alla jixtiequ jħossuhom eqreb tiegħu. Kont taf li l-​Bibbja tistidinna nersqu eqreb lejh? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Ġakbu 4:8a u paragrafu 20 f’paġna 16.] Din il-​pubblikazzjoni tħejjiet biex tgħin lin-​nies jitgħallmu iżjed dwar Alla billi jużaw il-​kopja tagħhom stess tal-​Bibbja.” Uri l-​mistoqsijiet taʼ introduzzjoni f’paġna 8.

      ◼ “Ħafna nies jitolbu li jitqaddes l-​isem t’Alla. Qatt ħsibt x’inhu dak l-​isem? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Salm 83:19 (Salm 83:​18, NW) u paragrafi 2-3 f’paġna 195.] Dan il-​ktieb jispjega x’tgħallem verament il-​Bibbja dwar Alla Ġeħova u l-​iskop tiegħu għall-​umanità.”

      Armageddon

      ◼ “Meta n-​nies jisimgħu bil-​kelma ‘Armageddon,’ ħafna jaħsbu f’qerda tal-​massa. Kont tistagħġeb kieku kellek tkun taf li Armageddon hi, fil-​fatt, xi ħaġa li għandna nħarsu ’l quddiem għaliha? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Rivelazzjoni 16:​14, 16.] Innota dan il-​kumment dwar kif se tkun il-​ħajja wara Armageddon.” Aqra paġni 82-4, u aqra paragrafu 21.

      Il-​Bibbja

      ◼ “In-​nies taʼ spiss jirreferu għall-​Bibbja bħala l-​Kelma t’Alla. Qatt ħsibt dwar għala ktieb li kien miktub mill-​bnedmin jistaʼ jissejjaħ, bix-​xieraq, il-​Kelma t’Alla? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra t-​2 Pietru 1:​21 u paragrafu 5 f’paġni 19-20.] Din il-​pubblikazzjoni tagħti t-​tweġibiet mill-​Bibbja għal dawn il-​mistoqsijiet.” Uri l-​mistoqsijiet f’paġna 6.

      ◼ “Illum il-​ġurnata, in-​nies għandhom aċċess għal iżjed informazzjoni minn qatt qabel. Iżda fejn taħseb li nistgħu nsibu pariri għaqlin li jistgħu jgħinuna ngħixu ħajja ferħana u li tkun taʼ suċċess? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra t-​2 Timotju 3:​16, 17 u paragrafu 12 f’paġni 22-3.] Din il-​pubblikazzjoni tispjega b’liema mod nistgħu ngħixu ħajja li togħġob lil Alla u li tkun taʼ benefiċċju għalina.” Uri t-​tabella u l-​istampa f’paġni 122-3.

      Id-​Djar

      ◼ “F’ħafna postijiet, li wieħed isib post adegwat fejn jgħix u li jkun raġunevoli fil-​prezz sar iżjed diffiċli. Taħseb li xi darba se jkun hemm djar xierqa għal kulħadd? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Isaija 65:​21, 22 u paragrafu 20 f’paġna 34.] Din il-​pubblikazzjoni tispjega kif se titwettaq din il-​wegħda minn Alla.

      Il-​Familja

      ◼ “Kollha kemm aħna interessati f’li jkollna ħajja tal-​familja hienja. Taqbel int? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-​Bibbja titkellem dwar xi ħaġa li kulħadd fil-​familja jistaʼ jagħmel biex jikkontribwixxi għall-​hena fil-​familja​—jimita lil Alla f’li juri mħabba.” Aqra Efesin 5:​1, 2 u paragrafu 4 f’paġna 135.

      Ġesù Kristu

      ◼ “Ħafna nies madwar id-​dinja semgħu b’Ġesù Kristu. Xi wħud jgħidu li ma kien ħadd ħlief raġel li kien jispikka. Oħrajn jadurawh bħala Alla li Jistaʼ Kollox. Taħseb li huwa importanti x’nemmnu dwar Ġesù Kristu?” Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Ġwanni 17:3 u paragrafu 3 f’paġni 37-8. Idderieġi l-​attenzjoni lejn il-​mistoqsijiet taʼ introduzzjoni, taħt it-​titlu tal-​kapitlu.

      Il-​Gwerer/Il-Paċi

      ◼ “In-​nies, kullimkien, jixxennqu għall-​paċi. Taħseb li t-​tama taʼ paċi fl-​art hija sempliċi ħolma? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Salm 46:​9, 10 (Salm 46:​8, 9, NW).] Din il-​pubblikazzjoni tiddiskuti kif Alla se jwettaq l-​iskop tiegħu u jġib paċi globali.” Uri l-​istampa f’paġna 35, u ikkunsidra paragrafi 17-​21 f’paġni 34, 36.

      Il-​Ħajja taʼ Dejjem

      ◼ “Il-​biċċa l-​kbira tan-​nies jixtiequ li jkollhom saħħa tajba u ħajja twila. Iżda kieku kien possibbli, tkun trid tgħix għal dejjem? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Rivelazzjoni 21:​3, 4 u paragrafu 17 f’paġni 53-4.] Dan il-​ktieb jiddiskuti kif nistgħu niksbu ħajja taʼ dejjem u kif se tkun il-​ħajja meta dik il-​wegħda ssir realtà.”

      Il-​Mewt/L-Irxoxt

      ◼ “Ħafna nies jitħassbu dwar x’jiġri verament fil-​mewt. Taħseb li huwa possibbli għalina li nkunu nafu? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Koħèlet 9:5 u paragrafi 5-6 f’paġni 58-9.] Dan il-​ktieb jispjega wkoll x’se tkun tfisser il-​wegħda mill-​Bibbja dwar l-​irxoxt għal dawk li mietu.” Uri l-​istampa f’paġna 75.

      ◼ “Meta xi ħadd li nħobbu jmut, huwa naturali li nkunu nixtiequ naraw lil din il-​persuna mill-​ġdid. Taqbel int? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ħafna sabu faraġ fil-​wegħda mill-​Bibbja dwar l-​irxoxt. [Aqra Ġwanni 5:​28, 29 u paragrafi 16-​17 f’paġna 72.] Dan il-​kapitlu jwieġeb ukoll dawn il-​mistoqsijiet.” Uri l-​mistoqsijiet taʼ introduzzjoni f’paġna 66.

      Ir-​Reliġjon

      ◼ “Ħafna nies qegħdin iħarsu lejn ir-​reliġjonijiet tad-​dinja bħala l-​kawża tal-​problemi taʼ l-​umanità minflok bħala soluzzjoni. Taħseb li r-​reliġjon qed tidderieġi lin-​nies fid-​direzzjoni t-​tajba? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Mattew 7:​13, 14 u paragrafu 5 f’paġni 145-6.] Dan il-​kapitlu jeżamina sitt karatteristiki li jidentifikaw il-​qima li japprova Alla.” Uri l-​lista f’paġna 147.

      It-​Talb

      ◼ “Qatt ħsibt kif Alla jwieġeb it-​talb? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra l-​1 Ġwanni 5:​14, 15 u paragrafi 16-​18 f’paġni 170-2.] Dan il-​kapitlu jispjega wkoll għaliex għandna nitolbu lil Alla u xi rridu nagħmlu biex hu jismagħna.”

      It-​Traġedji/Is-Sofferenza

      ◼ “Meta sseħħ traġedja, ħafna jiddubitaw jekk Alla jimpurtahx verament min-​nies u jekk jinnotax is-​sofferenza tagħhom. Qatt ħsibt dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra l-​1 Pietru 5:7 u paragrafu 11 f’paġni 11-12.] Din il-​pubblikazzjoni tispjega kif Alla se jneħħi s-​sofferenza taʼ l-​umanità għalkollox.” Uri l-​mistoqsijiet taʼ introduzzjoni f’paġna 106.

      [Kaxxa f’paġna 5]

      Modi Kif Inwieġbu lil Xi Ħadd li Jistaqsi dwar l-​Għoti tal-​Kontribuzzjonijiet

      “Għalkemm il-​letteratura tagħna tiġi offruta bla ħlas, aħna naċċettaw donazzjonijiet żgħar għax-​xogħol tagħna mad-​dinja kollha.”

      “Ix-​xogħol tagħna mad-​dinja kollha jiġi appoġġat minn donazzjonijiet volontarji. Jekk illum tixtieq tagħmel donazzjoni żgħira, jien naċċettaha bil-​qalb kollha.”

  • (1) Mistoqsija, (2) Skrittura, u (3) Kapitlu
    Ministeru tas-Saltna—2006 | Jannar
    • (1) Mistoqsija, (2) Skrittura, u (3) Kapitlu

      Mod sempliċi kif tippreżenta Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? hu billi (1) tqajjem mistoqsija biex tieħu l-​opinjoni taʼ l-​individwu, (2) taqra skrittura adattata, u (3) tiġbed l-​attenzjoni taʼ l-​inkwilin lejn kapitlu fil-​ktieb li jiddiskuti dak is-​suġġett billi taqra l-​mistoqsijiet taʼ introduzzjoni taħt it-​titlu tal-​kapitlu. Jekk l-​inkwilin juri interess, forsi tkun tistaʼ turi kif isir studju tal-​Bibbja billi tuża l-​ewwel paragrafi taʼ dak il-​kapitlu. Dan il-​metodu jistaʼ jintuża biex jinbeda studju meta nagħmlu l-​ewwel żjara jew żjara lura.

      ◼ “Taħseb li huwa possibbli għal sempliċi bnedmin li jsiru jafu lill-​Ħallieq tagħna li jistaʼ kollox, bħalma tgħid hawnhekk il-​Bibbja?” Aqra Atti 17:​26, 27, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 1.

      ◼ “Bil-​problemi kollha li niffaċċjaw illum, taħseb li huwa possibbli li wieħed isib faraġ u tama bħalma hu deskritt hawnhekk?” Aqra Rumani 15:​4, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 2.

      ◼ “Kieku kellek is-​setgħa, tagħmel bidliet bħal dawn?” Aqra Rivelazzjoni 21:​4, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 3.

      ◼ “Taħseb li wliedna xi darba se jgawdu l-​kundizzjonijiet deskritti f’din l-​għanja tal-​qedem?” Aqra Salm 37:​10, 11, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 3.

      ◼ “Taħseb li għad jasal jum meta dan il-​kliem se jitwettaq?” Aqra Isaija 33:​24, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 3.

      ◼ “Qatt ħsibt dwar jekk il-​mejtin jafux x’qegħdin jagħmlu l-​ħajjin?” Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Koħèlet 9:​5, u uri kapitlu 6.

      ◼ “Taħseb li huwa possibbli li xi darba aħna se naraw ’il-maħbubin mejtin tagħna mill-​ġdid, bħalma qal Ġesù f’dawn il-​versi?” Aqra Ġwanni 5:​28, 29, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 7.

      ◼ “Kif taħseb li r-​rieda t’Alla tistaʼ sseħħ fl-​art bħalma hi fis-​sema, kif tgħid dit-talba magħrufa sew?” Aqra Mattew 6:​9, 10, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 8.

      ◼ “Taħseb li aħna qed ngħixu fil-​perijodu taʼ żmien li hu deskritt f’din il-​profezija?” Aqra t-​2 Timotju 3:​1-4, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 9.

      ◼ “Ħafna nies jistaqsu għaliex il-​problemi taʼ l-​umanità donnhom sejrin għall-​agħar. Qatt ikkunsidrajt l-​ispjegazzjoni f’dan il-​vers bħala possibbiltà?” Aqra Rivelazzjoni 12:​9, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 10.

      ◼ “Qatt ħassejt li ridt tweġiba għal mistoqsija bħal din?” Aqra Ġob 21:​7, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 11.

      ◼ “Taħseb li dan il-​parir mill-​Bibbja jistaʼ jgħin lil dawk li japplikawh biex igawdu ħajja tal-​familja hienja?” Aqra Efesin 5:​33, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 14.

      Studju tal-​Bibbja jistaʼ jiġi rapportat meta jkun sar darbtejn wara li tkun urejt lill-​inkwilin kif isir studju u jekk jidher li l-​istudju se jitkompla.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja