Għanja 161
Itlob lil Jehovah Kuljum
1. Talb lil Jehovah, dak Semmiegħ it-talb;
Biex jismaʼ talbek offrih int mill-qalb.
Privileġġ kbir li nkellmuh hekk ħelsin;
Bħala Missierna jismagħna f’kull ħin
B’talb lil Jehovah kuljum.
2. Talb lil Jehovah noffru lejl u nhar;
Nitolbu maħfra għal kull dnub li sar.
F’kull tentazzjoni nitolbuh biex jgħin;
Jipproteġina biex ma nibżgħu xejn,
B’talb lil Jehovah kuljum.
3. Talb lil Jehovah fi żmien taʼ hemm kbir
Ferm iserraħna f’dak kollu li jsir.
Nixħtu t-tagħbija tagħna fuq spallejh;
Bi tħannin nibqgħu nersqu dejjem lejh,
F’talb lil Jehovah kuljum.
4. B’talb lil Jehovah uri li int grat;
Faħħru w għid grazzi għal tant nixxigħat
Mingħand Jehovah f’barkiet taʼ kuljum.
Għid int minn qalbek sakemm ħaj iddum
Talb lil Jehovah kuljum.