LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/09 p. 1
  • Ittra Mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ittra Mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Materjal Simili
  • Merħba għall-Aqwa Mod taʼ Ħajja!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Lest Int Biex Titgħammed?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Daħla
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Min qed imexxi l-​poplu t’Alla llum?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2009
km 3/09 p. 1

Ittra Mingħand il-​Ġemgħa li Tiggverna

Għeżież Xhieda taʼ Ġeħova Sħabna:

Kemm nieħdu gost niktbu lilkom għeżież aħwa! Aħna nħossuna bħall-​appostlu Ġwanni, li qal li hu kien ‘verament iħobb’ lil sħabu fil-​fidi u feraħ li kienu “mexjin fil-​verità.” (2 Ġw. 1, 4) Kemm hi barka l-​verità għalina lkoll! Il-​verità ħelsitna minn Babilonja l-​Kbira u mid-​duttrini u t-​tradizzjonijiet tagħha li jiddiżonoraw lil Alla. L-​ubbidjenza lejn Alla għenitna nsiru nies li juru mħabba, qalb tajba, u ħniena. U l-​verità fetħitilna t-​triq biex ikollna relazzjoni tajba m’Alla kif ukoll il-​prospett taʼ ħajja taʼ dejjem.

Ukoll, kemm aħna grati għall-​ispirtu taʼ Ġeħova li kuljum jiggwidana u jsaħħaħna! Aħna fiduċjużi li ħadtu gost teżaminaw aspetti differenti taʼ dan il-​provvediment taʼ mħabba minn Ġeħova fil-​Konvenzjonijiet Distrettwali reċenti “Gwidati mill-​Ispirtu t’Alla.” Hekk kif il-​kundizzjonijiet tad-​dinja jeħżienu, huwa essenzjali li nistrieħu fuq l-​ispirtu qawwi taʼ Ġeħova biex jidderiġina fil-​jiem kritiċi li għandna quddiemna.

Aħna ċerti li qalbkom tqanqlet meta qrajtu r-​rakkonti eċċitanti fil-​Yearbook dwar ħutna li ssaportew ħafna tbatija minħabba l-​fidi tagħhom. U hija ħaġa taʼ l-​iskantament li naħsbu dwar il-​fatt li meta qamu d-​diffikultajiet ħafna minn dawn l-​uħud leali jew kienu ilhom ftit żmien biss mgħammdin jew inkella lanqas kienu għadhom tgħammdu. Kemm inħobbuhom għal-​lealtà tagħhom u għall-​fatt li żammew maʼ dak li hu sewwa! Verament, l-​eżempju eċċellenti tagħhom isaħħilna d-​determinazzjoni tagħna biex nibqgħu leali lejn is-​Saltna ikun xi jkun l-​inkwiet li nistgħu niffaċċjaw.—1 Tess. 1:6-8.

Aħna nafu, għeżież ħutna, li hemm ħafna problemi, kemm ekonomiċi kif ukoll problemi oħrajn, li tridu tkampaw magħhom biex iżżommu l-​familji tagħkom magħqudin fl-​imħabba. Għal xi wħud minnkom, hi saħansitra taʼ sfida li tappoġġaw regolarment u lealment ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna u attivitajiet neċessarji oħrajn tal-​kongregazzjoni. Din hi r-​raġuni għala, wara ħafna diskussjonijiet u talb, għamilna xi aġġustamenti fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni mill-​1 taʼ Jannar, 2009. Aħna nittamaw li tieħdu vantaġġ minn dan l-​aġġustament sabiex tqattgħu iktar ħin fl-​istudju persunali u tal-​familja tagħkom.

Fid-diversi assembleat u konvenzjonijiet din is-​sena, kien verament taʼ ferħ li tara daqstant uħud li kkwalifikaw għall-​magħmudija. Fosthom kien hemm xi wħud pjuttost żgħar fl-​età. Intom il-​ġenituri taʼ min ifaħħarkom talli qed trabbu lil uliedkom biex ikollhom apprezzament għall-​verità u talli tinkuraġġuhom biex jiddedikaw lilhom infushom ħalli jaqdu lil Ġeħova meta għadhom żgħar. Il-​fatt li dawn l-​uħud żgħar għeżież jiffaċċjaw ħafna sfidi l-​iskola u xorta waħda kkwalifikaw għall-​magħmudija jirrifletti tajjeb ħafna fuq it-​taħriġ li rċivew id-​dar.—Salm 128:1-6.

Irridu nsemmu wkoll iż-​żjieda taʼ min ifaħħarha fix-​xogħol taʼ l-​istudji tal-​Bibbja—u l-​missjunarji u l-​pijunieri speċjali ħabrieka tagħna kellhom sehem kbir f’dan. Ilkoll kemm aħna li naqdu fil-​Ġemgħa li Tiggverna napprezzaw ħafna s-​sehem importanti li għandhom ħutna madwar id-​dinja biex jgħidu “Ejja!” lil uħud taʼ qalb onesta, u biex jistiednu lil dawk kollha li huma għatxana ħalli ‘jieħdu l-​ilma tal-​ħajja b’xejn.’ (Riv. 22:17) Aħna nilqgħu mill-​qalb fil-​fratellanza globali tagħna lill-​289,678 li ssimbolizzaw id-​dedikazzjoni tagħhom bil-​magħmudija taʼ l-​ilma s-​sena li għaddiet!

Hu tajjeb li nibqgħu nfakkru lilna nfusna l-​kliem taʼ l-​appostlu Ġwanni li kiteb: “Id-​dinja tgħaddi u x-​xewqa tagħha wkoll, imma min jagħmel ir-​rieda t’Alla jibqaʼ għal dejjem.” (1 Ġw. 2:17) U aħna qed ngħixu viċin ħafna taż-​żmien meta din id-​dinja se “tgħaddi”! Kemm ikun għaqli li r-​rieda t’Alla u li ‘nibqgħu għassa’ jkunu fl-​ewwel post f’ħajjitna. (Mt. 24:42) Qatt m’hu se jkollna xi dispjaċir min-​naħa tagħna jekk nagħmlu hekk, u se naħsdu l-​benefiċċji tal-​qalb tajba bl-​imħabba taʼ Ġeħova.—Is. 63:7.

Nittamaw li r-​rakkonti li jqanqlu minn ħafna pajjiżi li nsibu f’dan il-​Yearbook se jinkuraġġukom ilkoll biex tpoġġu l-​interessi tas-​Saltna l-​ewwel f’ħajjitkom. Nixtiequ naċċertawkom li intom dejjem fil-​ħsibijiet u fit-​talb tagħna u li nħobbukom ħafna. Jalla Ġeħova jferraʼ fuqkom barkiet għonja.

Ħutkom,

Il-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova

Ittra Mingħand il-​Ġemgħa li Tiggverna

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja