LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • be p. 71-p. 73 para. 3
  • Kif Tikkomunika bl-Ittri

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tikkomunika bl-Ittri
  • Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kif Tagħti Xhieda bl-​Ittri
  • Kelmtejn Dwar Kif Tifforma l-​Ittra
  • It-​Ton Xieraq
  • Eżempju t’ittra
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Niktbu ittri b’mod tajjeb
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
be p. 71-p. 73 para. 3

Kif Tikkomunika bl-​Ittri

L-​ITTRI tejbu l-​ħajjiet u l-​imġiba taʼ miljuni taʼ nies. Ħafna mill-​kotba tal-​Iskrittura Griega Kristjana oriġinalment kienu ittri. Aħna llum nistgħu niktbu l-​ittri biex nibnu lil uħud ġodda fit-​twemmin, inżommu kuntatt mal-​ħbieb, ninkuraġġixxu lil ħutna li aċċettaw responsabbiltajiet speċjali, insaħħu lil dawk li qed jiffaċċjaw it-​tbatijiet, u ngħaddu informazzjoni meħtieġa biex nieħdu ħsieb attivitajiet tal-​kongregazzjoni.—1 Tess. 1:1-​7; 5:27; 2 Pt. 3:1, 2.

L-​ittri huma wkoll mod effettiv kif tingħata xhieda. F’xi nħawi, ħafna nies jgħixu f’binjiet taʼ appartamenti jew postijiet oħrajn taʼ sigurtà stretta li ma jistgħux jinħadmu bil-​libertà. Xi wħud ma jkunux id-​dar il-​biċċa l-​kbira tal-​ħin, allura ma nsibuhomx meta nagħtu xhieda minn dar għal dar. Oħrajn jgħixu fi nħawi iżolati.

Il-​mard jew il-​maltemp jistaʼ jġiegħlek tingħalaq id-​dar. Jew il-​gvern jistaʼ jagħmel kerfju, jiġifieri, joħroġ liġi li kulħadd irid ikun id-​dar f’ċertu ħin. Tistaʼ forsi tikteb ittra biex tkompli tagħti xhieda lil qarib jew lil xi ħadd li kellimtu b’mod informali? Kellek student tal-​Bibbja li mar jgħix xi mkien ieħor? Ittra mingħandek tistaʼ tkun eżatt dak li għandu bżonn biex iżomm l-​interess spiritwali tiegħu ħaj. Jew forsi tistaʼ taqsam informazzjoni Skritturali adattata maʼ dawk li jkunu għadhom kif iżżewġu, saru ġenituri, jew mitilhom xi ħadd maħbub.

Kif Tagħti Xhieda bl-​Ittri

Meta tikteb biex tagħti xhieda lil xi ħadd li qatt ma ltqajt miegħu, l-​ewwel introduċi lilek innifsek. Tistaʼ tispjega li qed tieħu sehem f’xogħol volontarju internazzjonali. Jekk inhu xieraq, semmi li int wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Għid lill-​individwu għala qed tikteb minflok ma żżuru personalment. Ikteb daqslikieku qed tkellem lill-​individwu wiċċ imb wiċċ. Xorta waħda, fi qbil mad-​direzzjoni biex ‘turi li int attent bħas-​sriep iżda innoċenti bħall-​ħamiem,’ aħseb bis-​serjetà dwar kemm għandek tiżvela informazzjoni dwarek innifsek.—Mt. 10:16.

Fl-​ittra inkludi dak li kont se tgħid lill-​individwu kieku kellek iżżuru. Tistaʼ tadatta l-​introduzzjoni mill-​ktieb Reasoning jew mill-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja jew tuża preżentazzjoni Skritturali minn ħarġa reċenti tal-​Ministeru tas-​Saltna. Tistaʼ tqajjem mistoqsija u tinkuraġġixxi lill-​individwu jaħseb dwarha. Xi pubblikaturi sempliċement jispjegaw li għandna programm bla ħlas li jwieġeb mistoqsijiet Bibliċi u mbagħad isemmu ftit mit-​titli tal-​kapitli taʼ wieħed mill-​kotba li jgħinuna fl-​istudju tal-​Bibbja. F’paġna 73 hemm eżempju taʼ ittra miktuba biex tagħti xhieda. Tistaʼ tagħtik xi ideat, imma jkun tajjeb li tvarja l-​kontenut. Inkella maż-​żmien in-​nies jistgħu jibdew jirċievu l-​istess ittra darba wara l-​oħra.

Xi nies jiddejqu jaqraw ittra twila mingħand xi ħadd li ma jafuhx. Allura forsi jkun għaqli li żżomm l-​ittra tiegħek fil-​qosor. Ikkonkludi l-​ittra tiegħek qabel ma l-​wieħed li jirċiviha jixbaʼ jaqraha. Ikun xieraq li tinkludi invit stampat tal-​laqgħat li jsiru fis-​Sala tas-​Saltna. Tistaʼ tinkludi fuljett, browxer, jew ħarġa tat-​Torri tal-​Għassa jew Stenbaħ! u tispjega li dawn jistgħu jiġu provduti fuq bażi regulari jekk inhu mixtieq. Jew tistaʼ tistaqsi jekk tistax iżżur lill-​individwu f’daru ħalli tkompli tkellmu dwar is-​suġġett li ġie diskuss.

Kelmtejn Dwar Kif Tifforma l-​Ittra

Stampa f’paġna 73

Issa agħti daqqa t’għajn lejn l-​ittra li sservi taʼ eżempju. Innota dan li ġej: (1) Tidher pulita, mhux b’kitba traskurata. (2) Anki jekk jintilef l-​envelop, min jirċievi l-​ittra xorta jkollu l-​isem taʼ min bagħatha u l-​indirizz postali. (3) L-​iskop tal-​ittra ntqal b’mod sempliċi u dirett fl-​ewwel paragrafu. (4) Kull punt prinċipali huwa diskuss f’paragrafu għalih. (5) Fi qbil mal-​iskop tagħha, l-​ittra la hi miktuba kif ġie ġie u lanqas ma hi formali żżejjed.

F’ittra iktar formali, bħal waħda li s-​segretarju tal-​kongregazzjoni jistaʼ jibgħat lill-​uffiċċju tal-​fergħa, l-​isem tal-​kongregazzjoni jkun inkluż, flimkien mal-​isem tas-​segretarju stess, l-​indirizz postali tiegħu, u d-​data. L-​isem u l-​indirizz tal-​individwu jew l-​organizzazzjoni li lilha tkun qed tintbagħtilha l-​ittra għandhom jitniżżlu wkoll. Dan jiġi segwit minn tislija adattata. B’xi lingwi l-​ittra tingħalaq b’espressjoni bħal “Tiegħek” fuq il-​firma. Il-​firma għandha tinkiteb bl-​idejn.

Fi kwalunkwe ittra, oqgħod attent għal kif tispelli, għall-​grammatika, għall-​punteġġatura u, m’għandniex xi ngħidu, ara li tkun pulita u nadifa. Dan se jżid mad-​dinjità tal-​ittra tiegħek u l-​messaġġ li fiha.

Fuq barra tal-​envelop, dejjem ikteb indirizz fejn jistgħu jiktbulek lura—preferibbilment l-​indirizz postali tiegħek stess. Forsi tħoss li ma jkunx għaqli li tagħti l-​indirizz tiegħek stess meta tagħti xhieda bl-​ittri lil min ma tafx. Allura tistaʼ tistaqsi lill-​anzjani jekk jaċċettawx li tuża l-​indirizz tas-​Sala tas-​Saltna lokali ħalli dak li jkun jużah biex jiktiblek lura. L-​indirizz tal-​uffiċċju lokali qatt m’għandu jintuża għal dan l-​iskop, għaliex dan jindika b’mod żbaljat li l-​korrispondenza tiegħek intbagħtet mill-​uffiċċju lokali u dan jistaʼ joħloq konfużjoni. Jekk ma jkun hemm ebda indirizz provdut biex jibagħtu risposta u jkun hemm xi letteratura inkluża, dan ukoll jistaʼ jagħti l-​impressjoni żbaljata li ntbagħtet mill-​uffiċċju lokali.

Kun ċert li twaħħal biżżejjed bolol, speċjalment jekk inkludejt il-​letteratura. Jekk ma tkunx waħħalt bolol biżżejjed, min jirċiviha jistaʼ jkollu jħallas għall-​ammont li ma tkunx ħallast int, u dan itellef mill-​messaġġ tiegħek. Ftakar li f’ħafna pajjiżi meta browxer jew rivista tkun inkluża, ir-​rata postali tkun iktar minn dik meħtieġa għal sempliċi ittra.

It-​Ton Xieraq

Ladarba tkun lestejt l-​ittra tiegħek, aqraha biex teżamina x’fiha. Kif tinstemaʼ? Tinstemaʼ li nkitbet b’mod dħuli u bit-​tattika? L-​imħabba u l-​qalb tajba huma fost il-​kwalitajiet li nistinkaw biex nuru meta nittrattaw maʼ oħrajn. (Gal. 5:22, 23) Jekk tħoss li hemm ton negattiv jew xi ħjiel taʼ pessimiżmu, biddel il-​kliem.

Ittra tistaʼ tmur f’postijiet fejn int ma tistax. Dan il-​fatt biss jagħmilha għodda sinifikanti għall-​ministeru. Ladarba l-​ittra tiegħek tirrappreżenta lilek u l-​valuri tiegħek, aħseb sew dwar dak li tgħid, kif tidher, u kif tinstemaʼ. Tistaʼ tipprovdi eżatt dak li hemm bżonn biex tidderieġi ruħ prezzjuża lejn it-​triq għall-​ħajja, issaħħaħha, jew tinkuraġġiha.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja