LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/10 pp. 2-3
  • Oħrajn X’Jitgħallmu Meta Josservawk?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Oħrajn X’Jitgħallmu Meta Josservawk?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Materjal Simili
  • Qed twettaq bis-sħiħ is-servizz tiegħek lil Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Segwi l-Eżempju li Ħalla Ġesù
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inħarrġu lil uħud ġodda
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Nirsistu fil-Ministeru Tagħna
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2010
km 4/10 pp. 2-3

Oħrajn X’Jitgħallmu Meta Josservawk?

1. Id-​dixxipli taʼ Ġesù x’tgħallmu meta osservawh?

1 Ġesù qal: “Ħudu l-​madmad tiegħi fuqkom u tgħallmu minni.” (Mt. 11:29) B’mod ċar, hu għallem lil oħrajn billi ta eżempju tajjeb, u mhux biss bi kliemu. Aħseb dwar dak li tgħallmu d-​dixxipli talli osservaw lil Ġesù. Kien ġentili, qalbu tajba, u jħobb. (Mt. 8:1-​3; Mk. 6:30-​34) Kien umli b’mod ġenwin. (Ġw. 13:2-​5) Hekk kif akkumpanjaw lil Ġesù fil-​ministeru, id-​dixxipli raw li hu kien ħaddiem li ma jgħejja qatt u li kien effettiv f’li jgħallem il-​verità lil oħrajn. (Lq. 8:1; 21:37, 38) Oħrajn kif jiġu effettwati meta josservawna fil-​ministeru?

2. L-​apparenza u l-​imġiba tajba tagħna fil-​ministeru kif jistgħu jħallu impressjoni tajba fuq l-​inkwilini?

2 L-​Inkwilini: L-​ilbies modest, il-​manjieri tajbin, u l-​interess persunali u sinċier tagħna fin-​nies jistaʼ jkollhom effett qawwi fuq l-​inkwilini. (2 Kor. 6:3; Flp. 1:27) Huma jinnotaw li spiss nużaw il-​Bibbja. Oħrajn jibqgħu impressjonati li nisimgħuhom b’rispett meta jitkellmu. Iċċekkinx il-​fatt li jekk nagħtu eżempju tajjeb f’dawn l-​oqsma nistgħu rressqu lin-​nies lejn il-​messaġġ tas-​Saltna.

3. Liema effett pożittiv jistaʼ jkollna fuq ħutna?

3 Ħutna: Aħseb ukoll dwar l-​effett pożittiv li jistaʼ jkollna fuq ħutna. Iż-​żelu tagħna għall-​ministeru jittieħed. Bħalma l-​ħadid isinn il-​ħadid, il-​preżentazzjoni tagħna preparata sew tistaʼ tinkuraġġixxi lil oħrajn biex itejbu s-​sengħa tal-​ippritkar tagħhom. (Prov. 27:17) Id-​diliġenza tagħna, f’li nżommu noti eżatti taʼ dawk li juru interess u mbagħad f’li mmorru lura mill-​ewwel, tistaʼ tqanqal lil oħrajn biex jagħmlu l-​istess. Se nħallu influwenza tajba fuq ħutna jekk inwettqu bis-​sħiħ il-​ministeru tagħna.—2 Tim. 4:5.

4. Minn żmien għal żmien għala għandna nanalizzaw l-​eżempju tagħna?

4 Minn żmien għal żmien għala ma tanalizzax x’tagħmel u x’tgħid u kif teffettwa lil oħrajn permezz tal-​eżempju tiegħek? L-​eżempju mill-​aħjar tagħna se jogħġob lil Ġeħova u jgħinna nħossuna bħall-​appostlu Pawlu meta ddikjara: “Imitaw lili, bħalma jien nimita lil Kristu.”—1 Kor. 11:1.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja