-
Ġuda Baqgħet Ħerba?It-Torri tal-Għassa—2006 | Novembru 15
-
-
Ġuda Baqgħet Ħerba?
IL-BIBBJA bassret li l-art tas-Saltna taʼ Ġuda kellha tiġi mħarbta mill-Babiloniżi u kellha tibqaʼ hekk sakemm il-Lhud jerġgħu lura mill-eżilju. (Ġeremija 25:8-11) L-akbar raġuni li ġġagħalna nemmnu li din il-profezija seħħet tassew insibuha fir-rakkont ispirat xi 75 sena wara li l-ewwel grupp t’eżiljati rritornaw f’arthom. Dan jgħid li “dawk li ħelsu mill-qerda tax-xabla, Nabukodonosor eżiljahom lejn il-Babilonja, u baqgħu suġġetti għalih u għal uliedu, sa ma ġew jaħkmu fuqhom il-Persjani.” U rigward l-art, huwa rapportat li kellha ‘ma tinħadimx iż-żmien kollu tal-ħerba tagħha, sa ma jgħaddu sebgħin sena.’ (2 Kronaki 36:20, 21) Hemm xi evidenza arkeoloġika li ssostni dan?
Fil-ġurnal Biblical Archaeology Review, Ephraim Stern, professur taʼ l-arkeoloġija Palestinjana fl-Università Ebrajka, jgħid: “L-Assirjani u l-Babiloniżi ħarbtu partijiet kbar minn Iżrael tal-qedem, madankollu l-evidenza arkeoloġika dwar il-konsegwenzi tal-konkwisti tagħhom turi żewġ affarijiet differenti ferm.” Hu jispjega: “Waqt li l-Assirjani ħallew evidenza ċara tal-preżenza tagħhom fil-Palestina, hemm nuqqas t’evidenza wara t-tħarbit li ħallew il-Babiloniżi. . . . Ma nsibu ebda evidenza taʼ xi okkupazzjoni sa żmien il-Persjani . . . M’hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li kien hemm xi okkupazzjoni. F’dak iż-żmien kollu, lanqas raħal wieħed li kien meqrud mill-Babiloniżi ma reġaʼ ġie abitat.”
Il-Professur Lawrence E. Stager mill-Università taʼ Harvard jaqbel maʼ dan. “Madwar il-Filistja kollha u iktar tard madwar Ġuda kollha,” hu jgħid, is-sultan Babiloniż “kellu strateġija li jeqred kollox, u b’hekk għamel ħerba sħiħa mill-art fil-punent tax-Xmara Ġordan.” Stager iżid: “Kien biss fi żmien Ċiru l-Kbir, is-suċċessur Persjan tal-Babiloniżi, li reġgħu bdew jinstabu xi evidenzi arkeoloġiċi . . . f’Ġerusalemm u f’Ġuda, fejn ħafna mil-Lhud eżiljati rritornaw f’arthom.”
Iva, il-kelma taʼ Ġeħova rigward li Ġuda kellha tibqaʼ ħerba ġiet imwettqa. Dak li Alla Ġeħova jbassar dejjem iseħħ. (Isaija 55:10, 11) Aħna nistgħu npoġġu fiduċja kompleta f’Ġeħova u fil-wegħdi li nsibu mniżżlin fil-Kelma tiegħu, il-Bibbja.—2 Timotju 3:16.
-
-
Tixtieq li Ssirlek Żjara?It-Torri tal-Għassa—2006 | Novembru 15
-
-
Tixtieq li Ssirlek Żjara?
Saħansitra f’din id-dinja mimlija inkwiet, int tistaʼ tikseb l-hena minn għarfien eżatt mill-Bibbja dwar Alla, is-Saltna tiegħu, u l-iskop meraviljuż tiegħu għall-bnedmin. Jekk tixtieq li jkollok iktar tagħrif jew tixtieq li xi ħadd jiġi għandek biex jagħmillek studju tal-Bibbja bla ħlas, jekk jogħġbok ikteb lix-Xhieda taʼ Ġeħova, IBSA House, Triq il-Waqqafa, Mosta, MST 12, jew fl-indirizz li japplika għalik imniżżel f’paġna 2.
-