LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/11 p. 1
  • Ħa “Jiddi d-Dawl Tagħkom”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħa “Jiddi d-Dawl Tagħkom”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Materjal Simili
  • “Hekk Għandu Jiddi d-Dawl Tagħkom”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Segwi d-Dawl tad-Dinja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Dawl Mingħand Alla Jġib id-Dlam fix-Xejn!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • ‘Id-Dawl Ġie fid-Dinja’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2011
km 5/11 p. 1

Ħa “Jiddi d-​Dawl Tagħkom”

1. X’għandna l-​privileġġ li naqsmu maʼ ħaddieħor?

1 Minn xħin jisbaħ sa ma jidlam, is-​sbuħija tad-​dawl viżibbli ġġib tifħir lil Alla Ġeħova. Madanakollu, Ġesù stieden lid-​dixxipli tiegħu biex ikollhom tip ieħor taʼ dawl—“id-​dawl tal-​ħajja.” (Ġw. 8:12) Il-​fatt li wieħed ikollu dan it-​tidwil spiritwali hu privileġġ speċjali li jġib miegħu responsabbiltajiet serji. Ġesù għallem: “Għandu jiddi d-​dawl tagħkom quddiem il-​bnedmin,” u b’hekk dan id-​dawl ikun taʼ benefiċċju għal oħrajn. (Mt. 5:16) Minħabba d-​dlam spiritwali profond tal-​lum, dan id-​dawl għandu jitqassam lil ħaddieħor. Qatt ma kien hawn bżonn daqshekk kbir għalih! Kif nistgħu aħna, bħal Kristu, inħallu d-​dawl tagħna jiddi?

2. Ġesù kif wera l-​importanza taʼ li naqsmu d-​dawl spiritwali m’oħrajn?

2 Billi Nippritkaw: Ġesù uża l-​ħin, l-​enerġija, u r-​riżorsi tiegħu biex jagħmel id-​dawl tal-​verità magħruf lin-​nies fi djarhom, fil-​pjazez pubbliċi, fuq il-​muntanji—kull fejn setgħu jinstabu. Hu għaraf il-​valur dejjiemi taʼ li jipprovdi tidwil spiritwali veru. (Ġw. 12:46) Biex jilħaq terġaʼ iktar nies, Ġesù ħejja lid-​dixxipli tiegħu biex ikunu “d-​dawl tad-​dinja.” (Mt. 5:14) Huma ħallew id-​dawl tagħhom jiddi billi għamlu l-​ġid mal-​proxxmu tagħhom u billi qassmu veritajiet spiritwali.

3. Kif nistgħu nuru apprezzament ġenwin għad-​dawl tal-​verità?

3 In-​nies t’Alla jieħdu bis-​serjetà r-​responsabbiltà li ‘jibqgħu mexjin bħala wlied id-​dawl,’ u jippritkaw kull fejn jinstabu n-​nies. (Efes. 5:8) Li sempliċement taqra l-​Bibbja jew pubblikazzjonijiet Kristjani oħrajn fejn jistgħu jarawk in-​nies matul brejk tax-​xogħol jew tal-​iskola jistaʼ jiftaħ it-​triq għal diskussjoni Skritturali. B’dan il-​mod, oħt żagħżugħa bdiet studju tal-​Bibbja, u ħalliet kotba maʼ 12 minn sħabha tal-​klassi!

4. Il-​fatt li nħallu ‘d-​dawl tagħna jiddi’ kif jinkludi kondotta eżemplari?

4 Bl-​Għemejjel Tajbin: Li nħallu d-​dawl tagħna jiddi jinvolvi wkoll il-​kondotta tagħna taʼ kuljum. (Efes. 5:9) Fuq ix-​xogħol, fl-​iskola, u f’postijiet pubbliċi oħrajn, il-​kondotta Kristjana tispikka u toħloq opportunitajiet biex jitqassmu veritajiet Bibliċi. (1 Pt. 2:12) Pereżempju, l-​imġiba tajba taʼ tifel taʼ ħames snin qanqlet lill-​għalliema tiegħu biex iċċempel lill-​ġenituri tiegħu. Hi qalet, “Qatt ma rajt tifel li jifhem tant bis-​sħiħ x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin!” Iva, il-​ministeru u l-​kondotta mill-​aħjar tagħna jiġbdu lin-​nies lejn “id-​dawl tal-​ħajja” u jġibu tifħir lil Alla tagħna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja