LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • be studju 45 p. 240-p. 243 para. 1
  • Tixbihat/Eżempji li Jgħallmu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tixbihat/Eżempji li Jgħallmu
  • Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Materjal Simili
  • “Ma Kienx Ikellimhom Mingħajr Xi Tixbiha”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
  • “Ma Kienx Ikellimhom Bla Tixbihat”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Imita lill-Għalliem Prim
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Għallem bid-Dehen u l-Persważjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
be studju 45 p. 240-p. 243 para. 1

STUDJU 45

Tixbihat/Eżempji li Jgħallmu

X’hemm bżonn tagħmel?

Uża espressjonijiet figurattivi, stejjer, jew esperjenzi reali b’modi li jgħinuk tilħaq il-​miri tiegħek bħala għalliem.

Għala importanti?

Jekk tuża sew dawn l-​għodod tat-​tagħlim tistaʼ ssebbaħ it-​taħdita tiegħek, teffettwa l-​ħajja tan-​nies, u tgħin biex it-​tagħlim ma jintesiex malajr. Jekk tużahom ħażin, dawn jistgħu jtellfu l-​attenzjoni minn tagħlim taʼ valur.

IT-​TIXBIHAT u l-​eżempji huma għodod qawwijin tat-​tagħlim. Dawn spiss jiġbdu u jżommu l-​attenzjoni b’effettività straordinarja. Dawn iqanqlu l-​abbiltajiet tal-​ħsieb. Iqanqlu l-​emozzjonijiet, u b’hekk jistgħu jmissu l-​kuxjenza u jilħqu l-​qalb. Kultant, it-​tixbihat jistgħu jintużaw biex jingħeleb il-​preġudizzju. Dawn huma wkoll għodda effettiva għall-​memorja. Tużahom int fit-​tagħlim tiegħek?

L-​espressjonijiet figurattivi huma tixbihat li ġeneralment jeħtieġu biss ftit kliem; madankollu, jistgħu jagħtuk stampi ħajjin f’moħħok. Meta jintgħażlu bir-​reqqa, ħafna mit-​tifsir tagħhom ikun ċar. Imma għalliem jistaʼ jqawwi l-​valur tagħhom billi jżid spjegazzjoni fil-​qosor. Il-​Bibbja mimlija b’eżempji li tistaʼ titgħallem minnhom.

Ibda bis-​Similitudnijiet u l-​Metafori. Is-​similitudnijiet huma l-​iktar espressjonijiet figurattivi sempliċi. Jekk għadek tibda titgħallem tuża t-​tixbihat, tistaʼ ssibha taʼ għajnuna li tibda b’dawn. Ġeneralment dawn huma introdotti bil-​kliem “bħal” jew “bħalma.” Waqt li jqabblu żewġ affarijiet li huma differenti, is-​similitudnijiet jenfasizzaw xi ħaġa li għandhom komuni bejniethom. Il-​Bibbja mimlija espressjonijiet figurattivi li jużaw affarijiet maħluqin—pjanti, annimali, u ħolqien ċelestjali—kif ukoll l-​esperjenza tal-​bniedem. F’​Salm 1:3, hemm miktub li individwu li jaqra l-​Kelma taʼ Alla regolarment hu “bħal siġra mħawla ħdejn nixxigħat taʼ l-​ilma,” siġra li tagħti l-​frott u ma tidbielx. Il-​wieħed mill-​agħar hu “bħal iljun” li qed jistenna biex jaħtaf il-​priża. (Salm 10:9) Ġeħova wiegħed lil Abraham li nislu kien se jsir “bħall-​kwiekeb tas-​smewwiet” fl-​għadd u “bħar-​ramel li hemm f’xatt il-​baħar.” (Ġen. 22:17) Rigward ir-​relazzjoni mill-​qrib li Ġeħova għamel possibbli bejnu u l-​ġens taʼ Israel, Alla qal: “Bħalma ċinturin jintrabat mal-​ġenbejn taʼ raġel,” hekk ukoll Hu ġiegħel li Israel u Ġuda jintrabtu Miegħu.—Ġer. 13:11.

Il-​metafori wkoll jenfasizzaw xebh bejn żewġ affarijiet differenti ħafna. Imma l-​metafora hi iktar qawwija. Fiha jintqal li xi ħaġa daqslikieku tkun il-​ħaġa l-​oħra, u għalhekk tagħti kwalità taʼ ħaġa lill-​oħra. Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu: “Intom id-​dawl tad-​dinja.” (Mt. 5:14) Meta ddeskriva l-​ħsara li tistaʼ ssir permezz tad-​diskors mhux kontrollat, id-​dixxiplu Ġakbu kiteb: “L-​ilsien hu nar.” (Ġak. 3:6) David għanna lil Ġeħova: “Int il-​blat għoli u l-​fortizza tiegħi.” (Salm 31:3) Metafora li tintgħażel sew ġeneralment teħtieġ ftit spjegazzjoni jew xejn. Hija iktar effettiva minħabba li hi qasira. Stqarrija sempliċi dwar fatt ma tistax tgħin lill-​udjenza tiegħek tiftakar punt daqs kemm tgħinha metafora.

L-​iperbole hi esaġerazzjoni li għandha tintuża bl-​għaqal, inkella tistaʼ tinftiehem ħażin. Ġesù uża din l-​espressjoni figurattiva biex ipinġi stampa li ma tintesiex meta staqsa: “Għala . . . tħares lejn it-​tibna f’għajn ħuk, imma ma tqisx it-​travu li għandek f’għajnek?” (Mt. 7:3) Qabel ma tipprova tuża din l-​espressjoni figurattiva jew espressjonijiet figurattivi oħrajn, tgħallem uża b’mod effettiv is-​similitudnijiet u l-​metafori.

Uża l-​Eżempji. Minflok ma tuża espressjoni figurattiva tistaʼ tagħżel li tuża eżempji bħala għodod biex tgħallem, bħal pereżempju stejjer b’karattri fittizji jew esperjenzi reali. Dawn għandhom it-​tendenza li jiġu enfasizzati żżejjed, allura dak li jkun irid joqgħod attent kif jużahom. Eżempji bħal dawn għandhom jintużaw biss biex jappoġġaw punti li huma tassew importanti, u għandhom jiġu preżentati b’tali mod li l-​punt taʼ istruzzjoni, u mhux sempliċement l-​istorja, jibqaʼ f’moħħ dak li jkun.

Għalkemm mhux l-​eżempji kollha għandhom għalfejn ikunu affarijiet li seħħew fir-​realtà, għandhom jirriflettu l-​attitudnijiet jew is-​sitwazzjonijiet fil-​ħajja reali. Għalhekk, meta għallem dwar kif għandna nħarsu lejn il-​midinbin li jindmu, Ġesù ħareġ il-​punt tiegħu billi tkellem dwar raġel li jifraħ meta jsib in-​nagħġa l-​mitlufa tiegħu. (Lq. 15:1-​7) Meta wieġeb lil wieħed raġel li ma bediex jifhem għalkollox dak li kienet tfisser il-​Liġi meta kkmandat li wieħed għandu jħobb lil għajru, Ġesù rrakkonta storja dwar Samaritan li għen raġel imweġġa’ wara li qassis u Levita naqsu milli jagħtuh l-​għajnuna. (Lq. 10:30-​37) Jekk titgħallem tosserva b’attenzjoni l-​attitudnijiet u l-​għemejjel tan-​nies, tistaʼ titgħallem tuża b’mod effettiv dan il-​metodu taʼ tagħlim.

Il-​profeta Natan irrakkonta sitwazzjoni immaġinarja bħala mezz biex iċanfar lis-​Sultan David. L-​istorja kienet effettiva minħabba li evitat sitwazzjoni li setgħet wasslet lil David biex jirreaġixxi billi jiġġustifika lilu nnifsu. L-​istorja involviet raġel għani li kellu ħafna nagħaġ u raġel taʼ ftit mezzi li kellu biss ħarufa żgħira li kien qed irabbiha b’tenerezza. David innifsu kien ragħaj darba, allura setaʼ jifhem is-​sentimenti taʼ sid il-​ħarufa. David irreaġixxa b’rabja ġusta kontra r-​raġel għani li ħataf il-​ħarufa għażiża tar-​raġel fqir. Imbagħad, Natan bla tlaqliq qal lil David: “Int hu dak ir-​raġel!” Qalb David intlaħqet, u hu nidem sinċerament. (2 Sam. 12:1-​14) Bil-​prattika, int tistaʼ titgħallem tittratta kwistjonijiet emozzjonali b’mod li jilħaq il-​qalb.

Tistaʼ tikseb ħafna eżempji li huma taʼ valur għat-​tagħlim minn ġrajjiet imniżżlin fl-​Iskrittura. Ġesù għamel dan bi ftit kliem meta qal: “Ftakru f’mart Lot.” (Lq. 17:32) Meta ta d-​dettalji dwar il-​preżenza tiegħu, Ġesù rrefera għal “jiem Noè.” (Mt. 24:37-​39) F’​Ebrej kapitlu 11, l-​appostlu Pawlu rrefera għal 16-​il raġel u mara b’isimhom bħala eżempji taʼ fidi. Hekk kif issir midħla sew tal-​Bibbja, se tkun tistaʼ tieħu eżempji qawwijin minn dak li tgħid l-​Iskrittura dwar ġrajjiet u nies imsemmijin fil-​paġni tagħha.—Rum. 15:4; 1 Kor. 10:11.

Kultant tistaʼ ssibha taʼ benefiċċju li ssaħħaħ punt taʼ istruzzjoni permezz taʼ esperjenza li seħħet verament fi żmienna. Madankollu, meta tagħmel dan oqgħod attent li tuża biss esperjenzi verifikati u tevita dawk li jistgħu jimbarazzaw għalxejn lil xi ħadd fl-​udjenza tiegħek jew li jiġbdu l-​attenzjoni lejn suġġett kontroversjali li mhuwiex konness mat-​tema tiegħek. Ftakar ukoll li għandek skop għala qed issemmi l-​esperjenza. Tagħtix dettalji mhux neċessarji li għandhom it-​tendenza li jtellfu l-​attenzjoni mill-​mira tal-​preżentazzjoni tiegħek.

Se Jkun Mifhum? Kwalunkwe tixbiha jew eżempju li tuża għandu jilħaq mira ċara. Se jagħmel dan jekk ma turix kif japplika għas-​suġġett li qed tiddiskuti?

Wara li rrefera għad-​dixxipli tiegħu bħala “d-​dawl tad-​dinja,” Ġesù żied ftit rimarki dwar kif tintuża lampa u r-​responsabbiltà li dan kien jindika li għandhom. (Mt. 5:15, 16) Wara t-​tixbiha tiegħu tan-​nagħġa l-​mitlufa hu kompla b’kumment dwar il-​ferħ li jkun hemm fis-​sema meta midneb juri ndiema. (Lq. 15:7) U wara l-​istorja tiegħu dwar is-​Samaritan it-​tajjeb, Ġesù staqsa lis-​semmiegħ tiegħu mistoqsija diretta u kompla bi ftit pariri diretti. (Lq. 10:36, 37) B’kuntrast, Ġesù spjega t-​tixbihat tiegħu dwar ħafna tipi taʼ ħamrija u dwar is-​sikrana fl-​għalqa lil dawk biss li kienu umli biżżejjed biex jistaqsuh dwarhom, mhux lill-​folol. (Mt. 13:1-​30, 36-​43) Tlett ijiem qabel mewtu, Ġesù rrakkonta tixbiha dwar bdiewa tad-​dwieli qattilin. Hu ma weriex kif tapplika; ma kienx hemm bżonn. “Il-​qassisin ewlenin u l-​Fariżej indunaw li kien qed jgħid għalihom.” (Mt. 21:33-​45) Allura, kemm in-​natura tat-​tixbiha, kemm l-​attitudni tal-​udjenza, u kemm il-​mira tiegħek, ilkoll jeffettwaw jekk hemmx bżonn li jintwera l-​applikar u, jekk iva, sa liema punt dan għandu jsir.

Trid iż-​żmien biex tiżviluppa l-​abbiltà li tuża t-​tixbihat u l-​eżempji b’mod effettiv, imma l-​isforz hu taʼ min jagħmlu. Tixbihat magħżulin sew jilħqu kemm il-​moħħ kif ukoll il-​qalb. Ir-​riżultat hu li l-​messaġġ jingħata b’ċerta saħħa li spiss ma tkunx possibbli bi stqarrija sempliċi dwar il-​fatti.

KIF TAGĦŻEL TIXBIHAT/EŻEMPJI ADATTATI

  • Aqra l-​Bibbja regolarment; ħu nota tat-​tixbihat; immedita fuq il-​valur tal-​eżempji.

  • Int u tosserva d-​dinja taʼ madwarek, f’moħħok orbot l-​attitudnijiet u l-​azzjonijiet tan-​nies mas-​suġġetti li titkellem dwarhom.

  • Iġbor fajl b’tixbihat u eżempji effettivi. Tistaʼ tiġborhom mill-​materjal li taqra, mit-​taħditiet li tismaʼ, jew minn dak li tosserva personalment. Erfagħhom ħalli tużahom fil-​futur.

TAĦRIĠ: Analizza t-​tixbihat misjubin fl-​iskritturi li ġejjin: Isaija 44:9-​20; Mattew 13:44; Mattew 18:21-​35. X’tgħallem kull waħda minnhom? Għala hi effettiva?

Espressjonijiet figurattivi li rrid nuża meta ngħallem

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

Eżempji veri li rrid niftakar u nuża

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja