LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w12 1/1 p. 10
  • Se Tispiċċa l-Art fl-2012?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Se Tispiċċa l-Art fl-2012?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Materjal Simili
  • Qatt xi darba se tinqered id-dinja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Id-Dinja Tagħna Qatt Se Tinqered?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Il-bniedem se jeqred l-art għalkollox?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • L-Art Qatt Se Tkun Ġenna?
    Stenbaħ!—2008
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
w12 1/1 p. 10

Il-​Qarrejja Tagħna Jistaqsu . . .

Se Tispiċċa l-​Art fl-​2012?

▪ “Raħal Franċiż jimtela b’nies li jemmnu li ġej apokalissi . . . Huma jemmnu li d-​dinja se tispiċċa fil-​21 taʼ Diċembru, 2012, it-​tmiem taʼ perijodu taʼ 5,125 sena fil-​kalendarju tal-​qedem tal-​Maja.”—BBC News.

Minkejja t-​tbassir minn mexxejja reliġjużi li jgħidu lin-​nies li d-​dinja se tintemm, minn uħud li jqisu lilhom infushom xjenzati, u minn oħrajn li jħabbru x’se jiġri fil-​futur, l-​art se tibqaʼ teżisti għal żmien twil ħafna. Iva, l-​art mhix se tispiċċa fl-​2012. Fil-​fatt, il-​pjaneta Art mhux talli se tibqaʼ teżisti wara din is-​sena imma wkoll wara kull sena li tiġi warajha.

Il-​Bibbja tgħidilna: “Ġenerazzjoni tmur u oħra tiġi, imma l-​art tibqaʼ għal dejjem.” (Koħèlet 1:4, Għaqda Biblika Maltija) Ukoll, ikkunsidra xi jfisser Isaija 45:18: “Hekk qal Ġeħova, . . . Dak li sawwar l-​art u li għamilha, Hu li stabbiliha fis-​sod, li ma ħalaqhiex sempliċement għalxejn, li sawwarha biex tkun abitata: ‘Jien Ġeħova, u m’hemm ħadd ieħor.’”

Sejjer missier li jħobb, iqattaʼ ħafna sigħat jiddisinja u jibni dgħajsa żgħira ħalli ibnu jieħu gost jilgħab biha biex imbagħad ikissirha ftit wara li jagħtihielu? Kieku jkun kattiv! Bl-​istess mod, Alla ħalaq l-​art primarjament biex jieħu gost biha l-​ħolqien uman tiegħu. Lill-​ewwel koppja umana, Adam u Eva, Alla qalilhom: “Nisslu u oktru u imlew l-​art u rażżnuha.” Wara dan, “Alla ra kulma kien għamel, u, ara, kien tajjeb ħafna.” (Ġenesi 1:27, 28, 31) Alla ma abbandunax l-​iskop tiegħu għall-​art; mhux se jħalli l-​art tinqered. Rigward dak kollu li wiegħed, Ġeħova b’enfasi qal: “[Kelmti] ma terġax lura lejja mingħajr riżultati, imma żgur tagħmel dak li jogħġobni, u żgur tirnexxi f’dak li bgħattha tagħmel.”—Isaija 55:11.

Madankollu, hija r-​rieda taʼ Ġeħova li ‘jeqred lil dawk li qed jeqirdu l-​art.’ (Rivelazzjoni 11:18) Fil-​Kelma tiegħu, jagħmel din il-​wegħda: “Huma r-​retti li se jgħammru fuq l-​art, u dawk bla ħtija se jibqgħu fiha. Rigward in-​nies mill-​agħar, dawn se jitqaċċtu mill-​art; u t-​tradituri jinqalgħu minnha.”—Proverbji 2:21, 22.

Dan meta se jseħħ? Ebda bniedem ma jaf. Ġesù qal: “Imma dak il-​jum u s-​siegħa ma jafhom ħadd, la l-​anġli fis-​sema u lanqas l-​Iben, ħlief il-​Missier.” (Marku 13:32) Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova ma jipprovawx ibassru meta Alla se jeqred lin-​nies mill-​agħar. Għalkemm huma attenti għas-​“sinjal” tat-​tmiem u jemmnu li l-​umanità qed tgħix fl-​“aħħar jiem” imsemmijin fil-​Bibbja, ma jistgħux ikunu jafu eżattament meta se jseħħ “it-​tmiem.” (Marku 13:4-​8, 33; 2 Timotju 3:1) Dan iħalluh f’idejn Missierhom tas-​sema u Ibnu.

Sadanittant, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jkollhom ħafna x’jagħmlu fl-​ippritkar tal-​aħbar tajba dwar is-​Saltna t’Alla. Din hi l-​gvern tas-​sema li se jaħkem u jbiddel il-​pjaneta Art f’ġenna paċifika, waħda li ‘l-​ġusti se jirtu, u jgħammru fiha għal dejjem.’—Salm 37:29.

[Sors tal-Istampa f’paġna 10]

Image Science and Analysis Laboratory, NASA-​Johnson Space Center

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja