LEZZJONI NRU. 1
Alla Jistiednek Biex Issir Il-Ħabib Tiegħu
Alla jridek tkun il-ħabib tiegħu. Qatt ħsibt li tista’ tkun il-ħabib ta’ l-akbar Persuna fl-univers? Abraham, li għex żmien twil ilu, kien imsejjaħ il-ħabib t’Alla. (Ġakbu 2:23) Oħrajn imsemmijin fil-Bibbja wkoll gawdew il-ħbiberija t’Alla u ġew imberkin bil-kbir. Illum, nies mill-partijiet kollha ta’ l-art saru ħbieb t’Alla. Int ukoll tista’ tkun il-ħabib t’Alla.
Huwa aħjar li tkun ħabib t’Alla milli ħabib ta’ kwalunkwe bniedem. Alla qatt ma jiddiżappunta lill-ħbieb leali tiegħu. (Salm 18:26 [18:25, New World Translation]) Huwa aħjar li tkun ħabib t’Alla milli tkun sinjur. Meta xi ħadd sinjur imut, flusu jmorru għand ħaddieħor. Madankollu, dawk li jgawdu ħbiberija m’Alla għandhom teżor li ħadd ma jista’ jiħodulhom.—Mattew 6:19.
Xi nies jistgħu jipprovaw iwaqqfuk milli titgħallem dwar Alla. Dawn jistgħu saħansitra jkunu ħbiebek jew membri tal-familja tiegħek. (Mattew 10:36, 37) Jekk oħrajn jidħqu bik jew jhedduk, staqsi lilek innifsek, ‘Jien lil min irrid nogħġob—lil bnedmin jew lil Alla?’ Aħseb ftit: Jekk xi ħadd jgħidlek biex ma tikolx iktar, se tobdih int? Dażgur li le! Għandek bżonn l-ikel biex tgħix. Imma Alla jista’ jagħtik ħajja ta’ dejjem! Mela, qatt tħalli lil xi ħadd iwaqqfek milli titgħallem kif tista’ tkun ħabib t’Alla.—Ġwann 17:3.