LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • td pp. 1651-1662
  • Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni
  • Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni
  • Sottitli
  • 1. Aħħar Jiem, L-​
  • 2. Antenati, Il-​Qima lill-​
  • 3. Armageddon
  • 4. Art
  • 5. Bibbja
  • 6. Demm
  • 7. Destin
  • 8. Dnub
  • 9. Fejqan, Ilsna
  • 10. Festi, Għeluq is-​Snin
  • 11. Fidwa
  • 12. Ġeħova, Alla
  • 13. Ġesù
  • 14. Għoti taʼ Xiehda
  • 15. Ħajja
  • 16. Ħażen, Niket fid-​Dinja
  • 17. Ħolqien
  • 18. Infern (Qabar)
  • 19. Knisja
  • 20. Kronoloġija
  • 21. Magħmudija
  • 22. Marija, Il-​Qima lil
  • 23. Mewt
  • 24. Ministru
  • 25. Oppożizzjoni, Persekuzzjoni
  • 26. Profeti Foloz
  • 27. Reliġjon
  • 28. Ritorn taʼ Kristu
  • 29. Ruħ
  • 30. Rxoxt
  • 31. Sabat
  • 32. Salib
  • 33. Saltna
  • 34. Salvazzjoni
  • 35. Sema
  • 36. Spirtu, Spiritiżmu
  • 37. Taħlit taʼ Twemmin Differenti
  • 38. Talb
  • 39. Tifkira, Quddiesa
  • 40. Trinità
  • 41. Xbihat
  • 42. Xhieda taʼ Ġeħova
  • 43. Xitan, Demonji
  • 44. Żwieġ
Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni
td pp. 1651-1662

Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni

1. Aħħar Jiem, L-​

A. Xi jfisser “l-​aħħar tad-​dinja”

It-​tmiem tas-​sistema dinjija. Mt 24:3; 2Pt 3:5-7; Mk 13:4

Mhux it-​tmiem taʼ l-​art, imma tas-​sistema mill-​agħar. 1Ġw 2:17

Iż-​żmien tat-​tmiem jiġi qabel il-​qerda. Mt 24:14

Il-​ġusti jinħelsu; id-​dinja l-​ġdida tiġi wara. 2Pt 2:9; Ri 7:14-17

B. Irridu nkunu mqajmin għas-​sinjali taʼ l-​aħħar jiem

Alla pprovdielna sinjali għall-​gwida tagħna. 2Ti 3:1-5; 1Te 5:1-4

Id-​dinja mhix tirrealizza s-​serjetà tas-​sinjali. 2Pt 3:3, 4, 7; Mt 24:39

Alla mhux qed idum, imma jagħti twissija. 2Pt 3:9

Premju għal min jibqaʼ mqajjem, attent. Lq 21:34-36

2. Antenati, Il-​Qima lill-​

A. Il-qima lill-​antenati hi għalxejn

L-​antenati huma mejtin, m’huma konxji taʼ xejn. Ek 9:5, 10

L-​ewwel antenati ma jistħoqqilhomx qima. Rum 5:12, 14; 1Ti 2:14

Alla jipprojbixxi qima bħal din. Eżo 34:14; Mt 4:10

B. Il-bnedmin jistgħu jiġu onorati, imma Alla biss meqjum

Iż-​żgħażagħ għandhom jonoraw lil min hu akbar minnhom. 1Ti 5:1, 2, 17; Ef 6:1-3

Imma Alla biss għandu jingħata qima. At 10:25, 26; Ri 22:8, 9

3. Armageddon

A. Il-gwerra t’Alla biex itemm il-​ħażen

Il-​ġnus jiġu miġburin għal Armageddon. Ri 16:14, 16

Alla jiġġieled, billi juża lil Ibnu u lill-​anġli. 2Te 1:6-9; Ri 19:11-16

Kif nistgħu nibqgħu ħajjin. So 2:2, 3; Ri 7:14

B. Mhix kontra l-​imħabba t’Alla

Id-​dinja korrotta għall-​aħħar. 2Ti 3:1-5

Alla paċenzjuż, imma l-​ġustizzja tirrikjedi azzjoni. 2Pt 3:9, 15; Lq 18:7, 8

Il-​ħżiena jitneħħew biex il-​ġusti jiffjorixxu. Pr 21:18; Ri 11:18

4. Art

A. L-iskop t’Alla għall-​art

Ġenna fuq l-​art għal nies perfetti. Ġen 1:28; 2:8-15

L-​iskop t’Alla hu ċert. Is 55:11; 46:10, 11

L-​art timtela b’nies perfetti li jħobbu l-​paċi. Sa 72:7; Is 9:6, 7

L-​art terġaʼ ssir Ġenna permezz tas-​Saltna. Mt 6:9, 10; Ri 21:3-5

B. Qatt ma se tinqered jew titbattal min-​nies

L-​art letterali tibqaʼ għal dejjem. Ek 1:4; Sa 104:5

In-​nies taʼ żmien Noè nqerdu, mhux l-​art. 2Pt 3:5-7; Ġen 7:23

Hemm min se jibqaʼ ħaj fi żmienna skond dan l-​eżempju. Mt 24:37-39

Il-​ħżiena jinqerdu; “folla kbira” tibqaʼ ħajja. 2Te 1:6-9; Ri 7:9, 14

5. Bibbja

A. Il-Kelma t’Alla hi mnebbħa

Irġiel imqanqlin mill-​ispirtu t’Alla biex jiktbu. 2Pt 1:20, 21

Fiha l-​profeziji: Da 8:5, 6, 20-22; Lq 21:5, 6, 20-22; Is 45:1-4

Il-​Bibbja kollha mnebbħa u taʼ benefiċċju. 2Ti 3:16, 17; Rum 15:4

B. Hi gwida prattika għal żmienna

Hu fatali li tinjora l-​prinċipji Bibliċi. Rum 1:28-32

L-​għerf tal-​bniedem ma jiħdilhiex postha. 1Ko 1:21, 25; 1Ti 6:20

Difiża kontra l-​iktar għadu b’saħħtu. Ef 6:11, 12, 17

Tiggwida lill-​bniedem fit-​triq it-​tajba. Sa 119:105; 2Pt 1:19; Pr 3:5, 6

Ċ. Miktuba għall-​popli taʼ kull ġens u razza

Il-​Bibbja bdiet tinkiteb fil-​Lvant. Eżo 17:14; 24:12, 16; 34:27

Il-​provvediment t’Alla mhux biss għall-​Ewropej. Rum 10:11-13; Ga 3:28

Alla jaċċetta bnedmin taʼ kull xorta. At 10:34, 35; Ri 22:17; 7:9, 10

6. Demm

A. It-trasfużjonijiet imorru kontra l-​qdusija tad-​demm

Lil Noè ntqallu li d-​demm hu sagru, hu l-​ħajja. Ġen 9:4, 16

Il-​patt tal-​Liġi pprojbixxa li jittiekel id-​demm. Le 17:14; 7:26, 27

Il-​projbizzjoni ripetuta lill-​Kristjani. At 15:28, 29; 21:25

B. Li ssalva ħajja ma jiġġustifikax il-​ksur tal-​liġi t’Alla

L-​ubbidjenza aħjar mis-​sagrifiċċju. 1Sa 15:22; Mk 12:33

Hu fatali li tpoġġi ħajtek qabel il-​liġi t’Alla. Mk 8:35, 36

7. Destin

A. Il-bniedem mhux gwidat mid-​destin

L-​iskop t’Alla ċert. Is 55:11; Ġen 1:28

L-​individwi jistgħu jagħżlu jekk iridux jaqdu lil Alla. Ġw 3:16; Flp 2:12

8. Dnub

A. X’inhu d-​dnub

Ksur tal-​liġi t’Alla, il-​livell perfett tiegħu. 1Ġw 3:4; 5:17

Il-​bniedem, bħala ħolqien t’Alla, irid jagħtih kont. Rum 14:12; 2:12-15

Il-​Liġi fissret id-​dnub, għamlet lill-​bniedem konxju tiegħu. Ga 3:19; Rum 3:20

Kulħadd midneb; ħadd ma jilħaq il-​livell perfett t’Alla. Rum 3:23; Sa 51:5

B. Għala kulħadd bata mid-​dnub taʼ Adam

Adam għadda l-​imperfezzjoni, il-​mewt lil kulħadd. Rum 5:12, 18

Alla wera ħniena meta ttollera l-​umanità. Sa 103:8, 10, 14, 17

Is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù jpatti għad-​dnubiet. 1Ġw 2:2

Id-​dnub u l-​għemejjel l-​oħrajn kollha tax-​Xitan jispiċċaw. 1Ġw 3:8

Ċ. Il-frotta projbita kienet id-​diżubbidjenza, mhux l-​att sesswali

Is-​siġra ġiet projbita qabel ma nħolqot Eva. Ġen 2:17, 18

Adam u Eva ntqalilhom biex ikollhom it-​tfal. Ġen 1:28

It-​tfal mhux riżultat tad-​dnub, imma tal-​barka t’Alla. Sa 127:3-5

Eva dinbet meta żewġha ma kienx hemm; għamlet taʼ rasha. Ġen 3:6; 1Ti 2:11-14

Adam, bħala l-​kap, irribella kontra l-​liġi t’Alla. Rum 5:12, 19

D. Id-dnub kontra l-​ispirtu qaddis (Mt 12:32; Mk 3:28, 29)

Id-​dnub li writna mhux taʼ dan it-​tip. Rum 5:8, 12, 18; 1Ġw 5:17

Tistaʼ tnikket l-​ispirtu, u madankollu tirkupra. Ef 4:30; Ġk 5:19, 20

Li tipprattika d-​dnub apposta jwassal għall-​mewt. 1Ġw 3:6-9

Alla jiġġudika lil min jagħmel hekk, ineħħilu l-​ispirtu Tiegħu. Eb 6:4-8

M’għandniex nitolbu għal min ma jindimx. 1Ġw 5:16, 17

9. Fejqan, Ilsna

A. Il-fejqan spiritwali għandu benefiċċji permanenti

Il-​mard spiritwali jeqridna. Is 1:4-6; 6:10; Ħo 4:6

Il-​fejqan spiritwali hu l-​inkarigu primarju. Ġw 6:63; Lq 4:18

Ineħħi d-​dnubiet; jagħti l-​hena, il-​ħajja. Ġk 5:19, 20; Ri 7:14-17

B. Is-Saltna t’Alla ġġib fejqan fiżiku permanenti

Ġesù fejjaq il-​mard, xandar il-​barkiet tas-​Saltna. Mt 4:23

Is-​Saltna—mezz taʼ fejqan permanenti. Mt 6:10; Is 9:7

Il-​mewt ukoll se titneħħa għalkollox. 1Ko 15:25, 26; Ri 21:4; 20:14

Ċ. Alla ma japprovax il-​fejqan bil-​fidi fi żmienna

Id-​dixxipli ma fejqux lilhom infushom b’xi miraklu. 2Ko 12:7-9; 1Ti 5:23

L-​għotjiet mirakolużi spiċċaw wara żmien l-​appostli. 1Ko 13:8-11

Il-​fejqan mhux evidenza ċerta tal-​favur t’Alla. Mt 7:22, 23; 2Te 2:9-11

D. Il-fatt li wħud tkellmu bl-​ilsna kien biss temporanju

Kien sinjal; għandna nfittxu għotjiet akbar. 1Ko 14:22; 12:30, 31

L-​għotjiet mirakolużi taʼ l-​ispirtu kellhom jispiċċaw. 1Ko 13:8-10

L-​għeġubijiet m’humiex prova ċerta tal-​favur t’Alla. Mt 7:22, 23; 24:24

10. Festi, Għeluq is-​Snin

A. Għeluq is-​snin u l-​Milied ma kinux ċelebrati mill-​Kristjani tal-​bidu

Min ma kienx aduratur veru kien jiċċelebrahom. Ġen 40:20; Mt 14:6

Jum il-​mewt taʼ Ġesù għandu jitfakkar. Lq 22:19, 20; 1Ko 11:25, 26

Iċ-​ċelebrazzjoni bix-​xalar mhix xierqa. Rum 13:13; Ga 5:21; 1Pt 4:3

11. Fidwa

A. Il-ħajja taʼ Ġesù tħallset bħala ‘fidwa għal kulħadd’

Ġesù ta ħajtu b’fidwa. Mt 20:28

Il-​valur tad-​demm imxerred jipprovdi maħfra għad-​dnub. Eb 9:14, 22

Sagrifiċċju wieħed kien biżżejjed għal dejjem. Rum 6:10; Eb 9:26

Il-​benefiċċji ma jiġux awtomatikament; iridu jiġu aċċettati. Ġw 3:16

B. Kienet prezz ekwivalenti

Adam inħalaq perfett. Dt 32:4; Ek 7:29; Ġen 1:31

Bid-​dnub tilef il-​perfezzjoni għalih u għal uliedu. Rum 5:12, 18

Kien meħtieġ xi ħadd eżatt daqs Adam biex isalva lil uliedu. Sa 49:7; Dt 19:21

Il-​ħajja umana u perfetta taʼ Ġesù bħala fidwa. 1Ti 2:5, 6; 1Pt 1:18, 19

12. Ġeħova, Alla

A. L-isem t’Alla

“Alla” kelma indefinita; il-​Mulej tagħna għandu isem persunali. 1Ko 8:5, 6

Aħna nitolbu biex jitqaddes ismu. Mt 6:9, 10

Ġeħova hu l-​isem t’Alla. Sa 83:18; Eżo 6:2, 3; 3:15; Is 42:8

L-​isem fil-​Bibbja taʼ Karm Żammit. Eżo 6:3; Sa 83:18; Is 12:2; 26:4

Ġesù għarraf l-​isem. Ġw 17:6, 26; 5:43; 12:12, 13, 28

B. L-eżistenza t’Alla

Impossibbli li tara lil Alla u tibqaʼ ħaj. Eżo 33:20; Ġw 1:18; 1Ġw 4:12

M’hemmx għalfejn tara ’l Alla biex temmen. Eb 11:1; Rum 8:24, 25; 10:17

Alla magħruf permezz taʼ l-​affarijiet li ħalaq. Rum 1:20; Sa 19:1, 2

It-​twettiq tal-​profeziji juri li Alla jeżisti. Is 46:8-11

Ċ. L-attributi t’Alla

Alla hu mħabba. 1Ġw 4:8, 16; Eżo 34:6; 2Ko 13:11; Mik 7:18

Jisboq fl-​għerf. Ġob 12:13; Rum 11:33; 1Ko 2:7

Hu ġust, jeżerċita l-​ġustizzja. Dt 32:4; Sa 37:28

Jistaʼ kollox, għandu l-​qawwa kollha. Ġob 37:23; Ri 7:12; 4:11

D. Mhux kulħadd qed jaqdi lill-​istess Alla

It-​triq li tidher li hi tajba mhux dejjem tkun sewwa. Pr 16:25; Mt 7:21

Żewġ toroq, waħda biss tagħti għall-​ħajja. Mt 7:13, 14; Dt 30:19

Ħafna allat imma wieħed biss hu Alla veru. 1Ko 8:5, 6; Sa 82:1

Hu essenzjali għall-​ħajja li tkun taf lill-​Alla l-​veru. Ġw 17:3; 1Ġw 5:20

13. Ġesù

A. Ġesù hu l-​Iben t’Alla u s-​Sultan maħtur

L-​ewwel imwieled t’Alla, użat fil-​ħolqien taʼ l-​affarijiet l-​oħrajn kollha. Ri 3:14; Kol 1:15-17

Magħmul bniedem imwieled minn mara, inqas mill-​anġli. Ga 4:4; Eb 2:9

Twieled mill-​ispirtu t’Alla, destinat għas-​sema. Mt 3:16, 17

Eżaltat iktar minn meta kien jeżisti qabel sar bniedem. Flp 2:9, 10

B. It-twemmin f’Ġesù Kristu essenzjali għas-​salvazzjoni

Kristu hu n-​Nisel imwiegħed t’Abraham. Ġen 22:18; Ga 3:16

Ġesù biss il-​Qassis il-​Kbir, il-​fidwa. 1Ġw 2:1, 2; Eb 7:25, 26; Mt 20:28

Il-​ħajja billi tkun taf lil Alla u lil Kristu, l-​ubbidjenza. Ġw 17:3; At 4:12

Ċ. Hu meħtieġ iktar milli temmen f’Ġesù

Mat-​twemmin irid ikun hemm ukoll l-​għemejjel. Ġk 2:17-26; 1:22-25

Irridu nobduh, nagħmlu x-​xogħol li għamel hu. Ġw 14:12, 15; 1Ġw 2:3

Mhux kulmin juża isem il-​Mulej jidħol fis-​Saltna. Mt 7:21-23

14. Għoti taʼ Xiehda

A. Il-Kristjani kollha jridu jagħtu xiehda, jgħidu l-​aħbar tajba

Jirrikonoxxu lil Ġesù quddiem il-​bnedmin biex jiġu approvati. Mt 10:32

Iridu jkunu nies li jagħmlu l-​Kelma, juru l-​fidi. Ġk 1:22-24; 2:24

Il-​ġodda wkoll għandhom isiru għalliema. Mt 28:19, 20

Dikjarazzjoni pubblika ġġib is-​salvazzjoni. Rum 10:10

B. Iż-żjajjar iridu jsiru ripetutament, għoti taʼ xiehda kontinwu

Trid tingħata t-​twissija dwar it-​tmiem. Mt 24:14

Ġeremija ħabbar tmiem Ġerusalemm għal snin sħaħ. Ġer 25:3

Bħall-​Kristjani tal-​bidu, ma nistgħux nieqfu. At 4:18-20; 5:28, 29

Ċ. Nagħtu xiehda biex inkunu ħelsin mill-​ħtija tad-​demm

Irridu nwissu li riesaq it-​tmiem. Eże 33:7; Mt 24:14

Jekk ma nagħmlux dan inkunu ħatjin tad-​demm. Eże 33:8, 9; 3:18, 19

Pawlu meħlus mill-​ħtija tad-​demm; qal il-​verità kollha. At 20:26, 27; 1Ko 9:16

Isalva lix-​xhud u lil min jismaʼ. 1Ti 4:16; 1Ko 9:22

15. Ħajja

A. Il-ħajja taʼ dejjem ċerta għal min jobdi

Alla, li ma jistax jigdeb, wegħedna l-​ħajja. Tit 1:2; Ġw 10:27, 28

Il-​ħajja eterna ċerta għal min jeżerċita l-​fidi. Ġw 11:25, 26

Il-​mewt se tinqered. 1Ko 15:26; Ri 21:4; 20:14; Is 25:8

B. Il-ħajja fis-​sema limitata għal min hu fil-​ġisem taʼ Kristu

Alla jagħżel il-​membri kif jogħġob lilu. Mt 20:23; 1Ko 12:18

144,000 biss jittieħdu mill-​art. Ri 14:1, 4; 7:2-4; 5:9, 10

Lanqas Ġwanni l-​Għammied ma kellu jkun fis-​Saltna tas-​smewwiet. Mt 11:11

Ċ. Il-ħajja fuq l-​art imwiegħda lil għadd bla limitu, “nagħaġ oħrajn”

Numru limitat maʼ Ġesù fis-​smewwiet. Ri 14:1, 4; 7:2-4

In-​“nagħaġ oħrajn” m’humiex ħut Kristu. Ġw 10:16; Mt 25:32, 40

Ħafna qed jinġabru biex jibqgħu ħajjin fuq l-​art. Ri 7:9, 15-17

Oħrajn jiġu mqajmin għal ħajja fuq l-​art. Ri 20:12; 21:4

16. Ħażen, Niket fid-​Dinja

A. Min hu responsabbli għan-​niket fid-​dinja

Il-​ħakma mill-​agħar tikkaġuna żminijiet ħżiena llum. Pr 29:2; 28:28

Il-​ħakkiem tad-​dinja hu l-​għadu t’Alla. 2Ko 4:4; 1Ġw 5:19; Ġw 12:31

Il-​gwajijiet ġabhom ix-​Xitan, iż-​żmien qasir. Ri 12:9, 12

Ix-​Xitan jintrabat, paċi glorjuża wara. Ri 20:1-3; 21:3, 4

B. Għala hu permess il-​ħażen

Ix-​Xitan sfida l-​lealtà tal-​ħlejjaq lejn Alla. Ġob 1:11, 12

Min juri l-​fidi jingħata opportunità juri li hu leali. Rum 9:17; Pr 27:11

Ix-​Xitan ħareġ taʼ giddieb, il-​kwistjoni trid tiġi setiljata. Ġw 12:31

Min juri l-​fidi jiġi premjat bil-​ħajja taʼ dejjem. Rum 2:6, 7; Ri 21:3-5

Ċ. Iż-żmien imtawwal tat-​tmiem hu provvediment taʼ ħniena

Bħal fi żmien Noè, jieħu ż-​żmien biex tingħata twissija. Mt 24:14, 37-39

Alla mhux qed idum, imma hu ħanin. 2Pt 3:9; Is 30:18

Il-​Bibbja tgħinna nevitaw li ninqabdu fuq sieq waħda. Lq 21:36; 1Te 5:4

Fittex il-​provvediment t’Alla issa għall-​protezzjoni. Is 2:2-4; So 2:3

D. Is-soluzzjoni għan-​niket fid-​dinja mhix ġejja mill-​bnedmin

Il-​bnedmin imbeżżgħin, imħawdin ferm. Lq 21:10, 11; 2Ti 3:1-5

Is-​Saltna t’Alla se tirnexxi, mhux il-​bnedmin. Da 2:44; Mt 6:10

Biex tgħix, fittex issa għall-​paċi mas-​Sultan. Sa 2:9, 11, 12

17. Ħolqien

A. Jaqbel max-​xjenza provata; juri li l-​evoluzzjoni mhix vera

Ix-​xjenza taqbel maʼ l-​ordni tal-​ħolqien. Ġen 1:11, 12, 21, 24, 25

Il-​liġi t’Alla dwar it-​tipi differenti hi vera. Ġen 1:11, 12; Ġk 3:12

B. Il-jiem tal-​ħolqien m’humiex jiem taʼ 24 siegħa

“Jum” jistaʼ jfisser sempliċement perijodu taʼ żmien. Ġen 2:4

Għal Alla jum jistaʼ jkun żmien twil. Sa 90:4; 2Pt 3:8

18. Infern (Qabar)

A. Mhux post letterali taʼ turment bin-​nar

Meta kien qed ibati, Ġob talab li jmur hemmhekk. Ġob 14:13

Post fejn m’hemmx attività. Sa 6:5; Ek 9:10; Is 38:18, 19

Ġesù ġie mqajjem mill-​qabar, mill-​infern. At 2:27, 31, 32; Sa 16:10

L-​infern se jrodd lura lill-​mejtin l-​oħrajn, se jinqered. Ri 20:13, 14

B. In-nar hu simbolu taʼ qerda totali

Il-​qtugħ fil-​mewt hu simbolizzat min-​nar. Mt 25:41, 46; 13:30

Il-​ħżiena li ma jindmux jinqerdu għal dejjem qisu bin-​nar. Eb 10:26, 27

It-​“turment” bin-​nar taʼ Satana hu mewt għal dejjem. Ri 20:10, 14, 15

Ċ. Ir-rakkont taʼ l-​għani u Lazzru mhux prova taʼ turment etern

In-​nar mhux letterali daqskemm m’huwiex ħdan Abraham. Lq 16:22-24

L-​approvazzjoni t’Abraham qiegħda b’kuntrast mad-​dlam. Mt 8:11, 12

Il-​qerda totali taʼ Babilonja msejħa turment bin-​nar. Ri 18:8-10, 21

19. Knisja

A. Knisja spiritwali, mibnija fuq Kristu

Alla ma jgħammarx f’tempji magħmulin mill-​bniedem. At 17:24, 25; 7:48

Il-​knisja vera hi tempju spiritwali taʼ ġebel ħaj. 1Pt 2:5, 6

Kristu, il-​ġebla tax-​xewka; l-​appostli, il-​pedament sekondarju. Ef 2:20

Alla għandu jiġi meqjum bl-​ispirtu u l-​verità. Ġw 4:24

B. Il-knisja ma nbnietx fuq Pietru

Ġesù ma qalx li l-​knisja nbniet fuq Pietru. Mt 16:18

Ġesù identifikat bħala l-​“blata.” 1Ko 10:4

Pietru identifika lil Ġesù bħala l-​pedament. 1Pt 2:4, 6-8; At 4:8-12

20. Kronoloġija

A. L-1914 (E.K.)—Tmiem Żminijiet il-​Ġentili

Linja taʼ slaten tieqaf fis-​607 Q.E.K. Eże 21:25-27

“Sebaʼ żminijiet” biex terġaʼ titwaqqaf is-​saltna. Da 4:32, 16, 17

Sebgħa = 2 × 3 1⁄2 żminijiet, jew 2 × 1,260 jum. Ri 12:6, 14; 11:2, 3

Jum għal kull sena. [Jagħmlu 2,520 sena] Eże 4:6; Nu 14:34

Idumu sakemm tiġi stabbilita s-​Saltna. Lq 21:24; Da 7:13, 14

21. Magħmudija

A. Ħtieġa Kristjana

Ġesù ta l-​eżempju. Mt 3:13-15; Eb 10:7

Simbolu taʼ li tiċħad jew tiddedika lilek innifsek. Mt 16:24; 1Pt 3:21

Hi biss għal min hu kbir biżżejjed biex jitgħallem. Mt 28:19, 20; At 2:41

It-​tgħaddis fl-​ilma hu l-​mod xieraq kif issir. At 8:38, 39; Ġw 3:23

B. Ma tnaddafx id-​dnubiet

Ġesù ma tgħammidtx biex jitnaddfulu dnubietu. 1Pt 2:22; 3:18

Id-​demm taʼ Ġesù jnaddaf id-​dnubiet. 1Ġw 1:7

22. Marija, Il-​Qima lil

A. Marija omm Ġesù, mhux “omm Alla”

Alla m’għandux bidu. Sa 90:2; 1Ti 1:17

Marija kienet omm l-​Iben t’Alla, meta kien fuq l-​art. Lq 1:35

B. Marija ma baqgħetx “verġni għal dejjem”

Iżżewġet lil Ġużeppi. Mt 1:19, 20, 24, 25

Kellha tfal oħrajn minbarra Ġesù. Mt 13:55, 56; Lq 8:19-21

Dawn kien għadhom m’humiex “ħutu spiritwali.” Ġw 7:3, 5

23. Mewt

A. Il-kaġun tal-​mewt

Il-​bniedem kellu bidu perfett, prospett taʼ ħajja bla tmiem. Ġen 1:28, 31

Id-​diżubbidjenza ġabet is-​sentenza tal-​mewt. Ġen 2:16, 17; 3:17, 19

Id-​dnub u l-​mewt għaddew għal fuq it-​tfal kollha taʼ Adam. Rum 5:12

B. Il-kundizzjoni tal-​mejtin

Adam sar ruħ, mhux ngħata ruħ. Ġen 2:7; 1Ko 15:45

Hu l-​bniedem, ir-​ruħ, li jmut. Eże 18:4; Is 53:12; Ġob 11:20

Il-​mejtin m’humiex konxji, ma jafu xejn. Ek 9:5, 10; Sa 146:3, 4

Il-​mejtin reqdin jistennew l-​irxoxt. Ġw 11:11-14, 23-26; At 7:60

Ċ. Impossibbli titkellem mal-​mejtin

Il-​mejtin m’humiex ħajjin m’Alla bħala spirti. Sa 115:17; Is 38:18

Imwissijin biex ma nipprovawx nitkellmu mal-​mejtin. Is 8:19; Le 19:31

Kundannati s-​sħaħar, dawk li jbassru. Dt 18:10-12; Ga 5:19-21

24. Ministru

A. Il-Kristjani kollha għandhom ikunu ministri

Ġesù kien il-​ministru t’Alla. Rum 15:8, 9; Mt 20:28

Il-​Kristjani jsegwu l-​eżempju tiegħu. 1Pt 2:21; 1Ko 11:1

Iridu jippridkaw biex iwettqu l-​ministeru. 2Ti 4:2, 5; 1Ko 9:16

B. Kwalifiki għall-​ministeru

L-​ispirtu t’Alla u għarfien tal-​Kelma Tiegħu. 2Ti 2:15; Is 61:1-3

Nimxu wara l-​mudell taʼ Kristu fl-​ippridkar. 1Pt 2:21; 2Ti 4:2, 5

Alla jħarriġna bl-​ispirtu u bl-​organizzazzjoni. Ġw 14:26; 2Ko 3:1-3

25. Oppożizzjoni, Persekuzzjoni

A. Ir-raġuni għall-​oppożizzjoni lejn il-​Kristjani

Ġesù kien mibgħud, bassar l-​oppożizzjoni. Ġw 15:18-20; Mt 10:22

Min iżomm maʼ prinċipji tajbin jixli lid-​dinja. 1Pt 4:1, 4, 12, 13

Satana, l-​alla taʼ din is-​sistema, jopponi s-​Saltna. 2Ko 4:4; 1Pt 5:8

Il-​Kristjan ma jibżax, Alla jwieżnu. Rum 8:38, 39; Ġk 4:8

B. Il-mara m’għandhiex tħalli lil żewġha jifridha minn Alla

Imwissija; oħrajn jistgħu jinformawh ħażin. Mt 10:34-38; At 28:22

Trid tirrikorri lejn Alla u Kristu. Ġw 6:68; 17:3

Bil-​fedeltà tagħha tistaʼ ssalva lilu wkoll. 1Ko 7:16; 1Pt 3:1-6

Żewġha l-​kap, imma ma jistax jiddettalha lil min tqim. 1Ko 11:3; At 5:29

Ċ. Ir-raġel m’għandux iħalli lil martu żżommu milli jaqdi lil Alla

Irid iħobb lil martu u lill-​familja, jixtiqilhom il-​ħajja. 1Ko 7:16

Responsabbli li jiddeċiedi, jipprovdilhom. 1Ko 11:3; 1Ti 5:8

Alla jħobb lil raġel li jżomm sod mal-​verità. Ġk 1:12; 5:10, 11

Kompromess biex tinżamm il-​paċi jġib id-​diżapprovazzjoni t’Alla. Eb 10:38

Imexxi lill-​familja lejn l-​hena fid-​dinja l-​ġdida. Ri 21:3, 4

26. Profeti Foloz

A. Profeti foloz imbassrin; kienu jeżistu fi żmien l-​appostli

Regola li tiddetermina min huma l-​profeti foloz. Dt 18:20-22; Lq 6:26

Kienu mbassrin; jintgħarfu mill-​frott tagħhom. Mt 24:23-26; 7:15-23

27. Reliġjon

A. Reliġjon waħda biss hi vera

Tama waħda, fidi waħda, magħmudija waħda. Ef 4:5, 13

Inkarigata biex tagħmel dixxipli. Mt 28:19; At 8:12; 14:21

Tingħaraf mill-​frott tagħha. Mt 7:19, 20; Lq 6:43, 44; Ġw 15:8

Imħabba, qbil fost il-​membri. Ġw 13:35; 1Ko 1:10; 1Ġw 4:20

B. Id-duttrina falza kundannata kif inhu xieraq

Ġesù kkundanna d-​duttrina falza. Mt 23:15, 23, 24; 15:4-9

Għamel hekk biex jipproteġi lil min ġie mogħmi. Mt 15:14

Il-​verità ħelsithom biex ikunu dixxipli taʼ Ġesù. Ġw 8:31, 32

Ċ. Essenzjali li tbiddel ir-​reliġjon jekk hemm provi li hi ħażina

Il-​verità teħilsek; turi li ħafna huma żbaljati. Ġw 8:31, 32

L-​Israelin u oħrajn telqu l-​qima li kellhom qabel. Ġoż 24:15; 2Sl 5:17

Il-​Kristjani tal-​bidu biddlu l-​ħarsa tagħhom. Ga 1:13, 14; At 3:17, 19

Pawlu biddel ir-​reliġjon tiegħu. At 26:4-6

Id-​dinja kollha mqarrqa; wieħed irid ibiddel il-​fehma tiegħu. Ri 12:9; Rum 12:2

D. Dak li jidher li hu “tajjeb fir-​reliġjonijiet kollha” ma jfissirx li Alla japprovahom

Alla jistabbilixxi l-​livelli taʼ kif għandna nqimuh. Ġw 4:23, 24; Ġk 1:27

M’humiex tajbin jekk ma jagħmlux dak li jrid Alla. Rum 10:2, 3

“Għemejjel tajbin” jistgħu jiġu rifjutati. Mt 7:21-23

Jintgħarfu mill-​frott tagħhom. Mt 7:20

28. Ritorn taʼ Kristu

A. Ir-ritorn inviżibbli għall-​bnedmin

Qal lid-​dixxipli li d-​dinja ma kinitx se tarah iktar. Ġw 14:19

Id-​dixxipli biss rawh tielaʼ s-​sema; ir-​ritorn simili. At 1:6, 10, 11

Fis-​sema, spirtu inviżibbli. 1Ti 6:14-16; Eb 1:3

Jirritorna bil-​qawwa tas-​Saltna tas-​sema. Da 7:13, 14

B. Jintgħaraf permezz taʼ fatti fiżiċi

Id-​dixxipli staqsew għas-​sinjal tal-​preżenza. Mt 24:3

Il-​Kristjani “jaraw” il-​preżenza permezz taʼ l-​għarfien. Ef 1:18

Ħafna ġrajjiet jifformaw l-​evidenza tal-​preżenza. Lq 21:10, 11

L-​għedewwa “jaraw” meta tiġi fuqhom il-​qerda. Ri 1:7

29. Ruħ

A. X’inhi r-​ruħ

Il-​bniedem hu ruħ. Ġen 2:7; 1Ko 15:45; Ġoż 11:11; At 27:37

L-​annimali wkoll imsejħin erwieħ. Nu 31:28; Ri 16:3; Le 24:18

Ir-​ruħ għandha d-​demm, tiekol, tistaʼ tmut. Ġer 2:34; Le 7:18; Eże 18:4

Il-​bniedem, għax għandu l-​ħajja, jingħad li għandu r-​ruħ. Mk 8:36; Ġw 10:15

B. Id-differenza bejn ir-​ruħ u l-​ispirtu

Il-​ħajja bħala persuna jew ħliqa hi r-​ruħ. Ġw 10:15; Le 17:11

Il-​forza tal-​ħajja li tħaddem ir-​ruħ tissejjaħ “spirtu.” Sa 146:4; 104:29

Meta jmut xi ħadd, il-​forza tal-​ħajja tmur lura għand Alla. Ek 12:7

Alla biss jistaʼ jħaddem il-​forza tal-​ħajja. Eże 37:12-14

30. Rxoxt

A. Tama għall-​mejtin

Dawk kollha fl-​oqbra se jiġu mqajmin. Ġw 5:28, 29

L-​irxoxt taʼ Ġesù hu garanzija. 1Ko 15:20-22; At 17:31

Dawk li jidinbu kontra l-​ispirtu mhux se jqumu. Mt 12:31, 32

Dawk li juru l-​fidi huma żgurati li se jkollhom irxoxt. Ġw 11:25

B. Irxoxt għall-​ħajja fis-​sema jew fuq l-​art

Kulħadd imut f’Adam; jikseb il-​ħajja f’Ġesù. 1Ko 15:20-22; Rum 5:19

Hemm differenza fin-​natura taʼ dawk li jiġu mqajmin. 1Ko 15:40, 42, 44

Dawk maʼ Ġesù jkunu bħalu. 1Ko 15:49; Flp 3:20, 21

Dawk li ma jaħkmux ikunu fuq l-​art. Ri 20:4b, 5, 13; 21:3, 4

31. Sabat

A. Il-Kristjani m’humiex obbligati jħarsu jum is-​Sabat

Il-​Liġi tneħħiet għalkollox bil-​mewt taʼ Ġesù. Ef 2:15

Il-​Kristjani m’humiex obbligati jħarsu s-​Sabat. Kol 2:16, 17; Rum 14:5, 10

Imċanfrin għax ħarsu s-​Sabat, eċċ. Ga 4:9-11; Rum 10:2-4

Idħol fil-​mistrieħ t’Alla bil-​fidi u l-​ubbidjenza. Eb 4:9-11

B. L-osservanza tas-​Sabat meħtieġa biss minn Israel tal-​qedem

Is-​Sabat imħares l-​ewwel darba wara l-​Eżodu. Eżo 16:26, 27, 29, 30

Uniku għal Israel naturali bħala sinjal. Eżo 31:16, 17; Sa 147:19, 20

Is-​snin tas-​Sabat ukoll meħtiġin taħt il-​Liġi. Eżo 23:10, 11; Le 25:3, 4

Is-​Sabat mhux neċessarju għall-​Kristjani. Rum 14:5, 10; Ga 4:9-11

Ċ. Il-mistrieħ tas-​Sabat t’Alla (is-7 jum tal-​“ġimgħa” tal-​ħolqien)

Beda fi tmiem il-​ħolqien fuq l-​art. Ġen 2:2, 3; Eb 4:3-5

Kompla wara żmien Ġesù fuq l-​art. Eb 4:6-8; Sa 95:7-9, 11

Il-​Kristjani jistrieħu mill-​għemejjel taʼ interess persunali. Eb 4:9, 10

Jispiċċa meta s-​Saltna ttemm ix-​xogħol tagħha lejn l-​art. 1Ko 15:24, 28

32. Salib

A. Ġesù mdendel maʼ zokk taʼ l-​esekuzzjoni bħala tmaqdir

Ġesù ġie mdendel maʼ siġra jew zokk taʼ l-​esekuzzjoni. At 5:30; 10:39; Ga 3:13

Il-​Kristjani jridu jissaportu z-​zokk bħala tmaqdir. Mt 10:38; Lq 9:23

B. M’għandux jingħata qima

Hu taʼ tmaqdir li tesponi z-​zokk li miet fuqu Ġesù. Eb 6:6; Mt 27:41, 42

L-​użu tas-​salib fil-​qima hu idolatrija. Eżo 20:4, 5; Ġer 10:3-5

Ġesù hu spirtu, m’għadux msammar maz-​zokk. 1Ti 3:16; 1Pt 3:18

33. Saltna

A. X’se tagħmel is-​Saltna t’Alla għall-​bnedmin

Twettaq ir-​rieda t’Alla. Mt 6:9, 10; Sa 45:6; Ri 4:11

Gvern b’sultan u liġijiet. Is 9:6, 7; 2:3; Sa 72:1, 8

Teqred il-​ħażen, taħkem l-​art kollha. Da 2:44; Sa 72:8

Ħakma t’1,000 sena biex tfejjaq l-​umanità; iġġib Ġenna taʼ l-​art. Ri 21:2-4; 20:6

B. Tibda taħdem waqt li l-​għedewwa taʼ Kristu jkunu għadhom attivi

Wara li ġie mqajjem, Kristu kellu jdum jistenna. Sa 110:1; Eb 10:12, 13

Jieħu l-​poter, jiggwerra kontra Satana. Sa 110:2; Ri 12:7-9; Lq 10:18

Is-​Saltna stabbilita; jiġu l-​gwajijiet għall-​art. Ri 12:10, 12

L-​inkwiet t’issa jfisser li hu l-​waqt li naġixxu favur is-​Saltna. Ri 11:15-18

Ċ. Mhix ‘fil-​qlub,’ mhix żviluppata bl-​isforzi tal-​bnedmin

Is-​Saltna qiegħda fis-​sema, mhux fuq l-​art. 2Ti 4:18; 1Ko 15:50; Sa 11:4

Mhix ‘fil-​qlub’; Ġesù kien qed jindirizza lill-​Fariżej. Lq 17:20, 21

M’hi ebda parti minn din id-​dinja. Ġw 18:36; Lq 4:5-8; Da 2:44

Il-​gvernijiet, il-​livelli tad-​dinja, jinbidlu. Da 2:44

34. Salvazzjoni

A. Is-salvazzjoni tiġi mingħand Alla permezz tas-​sagrifiċċju taʼ fidwa taʼ Ġesù

Il-​ħajja hi l-​għotja t’Alla permezz taʼ Ibnu. 1Ġw 4:9, 14; Rum 6:23

Is-​salvazzjoni hi possibbli biss permezz tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù. At 4:12

L-​għemejjel m’humiex possibbli bi “ndiema fuq is-​sodda tal-​mewt.” Ġk 2:14, 26

Irridu naħdmu kemm nifilħu biex niksbuha. Lq 13:23, 24; 1Ti 4:10

B. “Salvat darba, salvat dejjem” mhux tagħlim Skritturali

Min għandu sehem mill-​ispirtu qaddis jistaʼ jaqaʼ. Eb 6:4, 6; 1Ko 9:27

Ħafna Israelin inqerdu għalkemm salvaw mill-​Eġittu. Ġd 5

Is-​salvazzjoni mhix xi ħaġa li ssir ħabta u sabta. Flp 2:12; 3:12-14; Mt 10:22

Dawk li jduru lura jkunu ħafna agħar minn qabel. 2Pt 2:20, 21

Ċ. Is-“salvazzjoni universali” mhix tagħlim Skritturali

L-​indiema hi impossibbli għal xi wħud. Eb 6:4-6

Alla ma jiħux gost bil-​mewt tal-​ħżiena. Eże 33:11; 18:32

Imma l-​imħabba ma tagħlaqx għajn waħda għall-​inġustizzja. Eb 1:9

In-​nies mill-​agħar se jinqerdu. Eb 10:26-29; Ri 20:7-15

35. Sema

A. 144,000 biss imorru s-​sema

Numru limitat; se jkunu slaten maʼ Kristu. Ri 5:9, 10; 20:4

Ġesù ħejja t-​triq; oħrajn intgħażlu warajh. Kol 1:18; 1Pt 2:21

Ħafna oħrajn se jgħixu fuq l-​art. Sa 72:8; Ri 21:3, 4

144,000 ikollhom pożizzjoni speċjali li ħadd m’għandu. Ri 14:1, 3; 7:4, 9

36. Spirtu, Spiritiżmu

A. X’inhu l-​ispirtu qaddis

Il-​forza attiva t’Alla, mhux persuna. At 2:2, 3, 33; Ġw 14:17

Użat fil-​ħolqien, fl-​ispirazzjoni tal-​Bibbja, eċċ. Ġen 1:2; Eże 11:5

Inissel, jidlek, lill-​membri tal-​ġisem taʼ Kristu. Ġw 3:5-8; 2Ko 1:21, 22

Jagħti l-​qawwa, imexxi lin-​nies t’Alla llum. Ga 5:16, 18

B. Il-forza tal-​ħajja msejħa spirtu

Il-​prinċipju tal-​ħajja, sostnut bin-​nifs. Ġk 2:26; Ġob 27:3

Il-​qawwa fuq il-​forza tal-​ħajja tinsab f’idejn Alla. Ża 12:1; Ek 8:8

Il-​forza tal-​ħajja tal-​bnedmin u tal-​bhejjem hi t’Alla. Ek 3:19-21

L-​ispirtu fdat f’idejn Alla bit-​tama taʼ l-​irxoxt. Lq 23:46

Ċ. L-ispiritiżmu rridu naħarbuh bħala xogħol tad-​demonji

Il-​Kelma t’Alla tipprojbih. Is 8:19, 20; Le 19:31; 20:6, 27

Il-​qari tax-​xorti hu demoniżmu; kundannat. At 16:16-18

Iwassal għall-​qerda. Ga 5:19-21; Ri 21:8; 22:15

L-​astroloġija hi projbita. Dt 18:10-12; Ġer 10:2

37. Taħlit taʼ Twemmin Differenti

A. Alla ma jridniex ningħaqdu maʼ reliġjonijiet oħrajn

Triq waħda biss, hi dejqa, ftit isibuha. Ef 4:4-6; Mt 7:13, 14

Imwissijin li d-​duttrina falza tniġġes. Mt 16:6, 12; Ga 5:9

Kmandati biex inkunu separati. 2Ti 3:5; 2Ko 6:14-17; Ri 18:4

B. Mhux veru li hemm “tajjeb fir-​reliġjonijiet kollha”

Xi wħud għandhom żelu imma mhux fi qbil m’Alla. Rum 10:2, 3

Il-​ħażin iħassar dak li jistaʼ jkun hemm tajjeb. 1Ko 5:6; Mt 7:15-17

Għalliema foloz iġibu l-​qerda. 2Pt 2:1; Mt 12:30; 15:14

Il-​qima nadifa tesiġi devozzjoni esklużiva. Dt 6:5, 14, 15

38. Talb

A. It-talb li jismaʼ Alla

Alla jisimgħu t-​talb tal-​bnedmin. Sa 145:18; 1Pt 3:12

Min ma jimxix mas-​sewwa ma jinstemax jekk ma jbiddilx triqtu. Is 1:15-17

Irridu nitolbu f’isem Ġesù. Ġw 14:13, 14; 2Ko 1:20

Irridu nitolbu fi qbil mar-​rieda t’Alla. 1Ġw 5:14, 15

Il-​fidi hi essenzjali. Ġk 1:6-8

B. Ripetizzjoni fil-​vojt u talb lil Marija jew lill-​“qaddisin” m’humiex validi

Irridu nitolbu lil Alla f’isem Ġesù. Ġw 14:6, 14; 16:23, 24

Kliem ripetut ma jinstemax. Mt 6:7

39. Tifkira, Quddiesa

A. It-Tifkira taʼ l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej

Osservata darba fis-​sena fid-​data tal-​Qbiż. Lq 22:1, 17-20; Eżo 12:14

Tfakkar il-​mewt taʼ Kristu bħala sagrifiċċju. 1Ko 11:26; Mt 26:28

Dawk bit-​tama għas-​sema jieħdu sehem. Lq 22:29, 30; 12:32, 37

Kif wieħed ikun jaf li għandu din it-​tama. Rum 8:15-17

B. Il-quddiesa mhix tagħlim Skritturali

Il-​maħfra tad-​dnubiet teħtieġ it-​tixrid tad-​demm. Eb 9:22

Kristu hu l-​Medjatur waħdieni tal-​patt il-​ġdid. 1Ti 2:5, 6; Ġw 14:6

Kristu fis-​sema; ma jitniżżilx mill-​qassis. At 3:20, 21

M’hemmx għalfejn jiġi ripetut is-​sagrifiċċju taʼ Kristu. Eb 9:24-26; 10:11-14

40. Trinità

A. Alla, il-​Missier, Persuna waħda, l-​akbar fl-​univers

Alla m’huwiex tliet persuni. Dt 6:4; Mal 2:10; Mk 10:18; Rum 3:29, 30

L-​Iben maħluq; Alla kien waħdu qabel. Ri 3:14; Kol 1:15; Is 44:6

Alla l-​ħakkiem taʼ l-​univers f’kull żmien. Flp 2:5, 6; Da 4:35

Alla għandu jiġi eżaltat fuq kollox u fuq kulħadd. Flp 2:10, 11

B. L-Iben inferjuri għall-​Missier qabel u wara li ġie fuq l-​art

L-​Iben ubbidjenti fis-​sema, mibgħut mill-​Missier. Ġw 8:42; 12:49

Ubbidjenti fuq l-​art, il-​Missier akbar. Ġw 14:28; 5:19; Eb 5:8

Eżaltat fis-​sema, xorta għadu sottomess. Flp 2:9; 1Ko 15:28; Mt 20:23

Ġeħova hu l-​kap u l-​Alla taʼ Kristu. 1Ko 11:3; Ġw 20:17; Ri 1:6

Ċ. Alla u Kristu ħaġa waħda

Dejjem f’armonija sħiħa. Ġw 8:28, 29; 14:10

Ħaġa waħda, bħal raġel u mara miżżewġin. Ġw 10:30; Mt 19:4-6

Dawk kollha li jemmnu jridu jkunu ħaġa waħda wkoll. Ġw 17:20-22; 1Ko 1:10

Qima waħda lejn Ġeħova permezz taʼ Kristu għal dejjem. Ġw 4:23, 24

D. L-ispirtu qaddis t’Alla hu l-​forza attiva tiegħu

Hu forza, mhux persuna. Mt 3:16; Ġw 20:22; At 2:4, 17, 33

Mhux persuna fis-​sema m’Alla u Kristu. At 7:55, 56; Ri 7:10

Alla jidderiġih biex iwettaq l-​iskopijiet tiegħu. Sa 104:30; 1Ko 12:4-11

Dawk li jaqdu lil Alla jirċivuh, jiġu gwidati minnu. 1Ko 2:12, 13; Ga 5:16

41. Xbihat

A. L-użu taʼ xbihat, statwi, fil-​qima hu taʼ tmaqdir għal Alla

Ebda xbieha t’Alla m’hi possibbli. 1Ġw 4:12; Is 40:18; 46:5; At 17:29

Il-​Kristjani mwissijin kontra x-​xbihat. 1Ko 10:14; 1Ġw 5:21

Alla għandu jiġi meqjum bl-​ispirtu u l-​verità. Ġw 4:24

B. Il-qima lix-​xbihat kienet fatali għall-​ġens taʼ Israel

Il-​qima lix-​xbihat kienet projbita għal-​Lhud. Eżo 20:4, 5

Ma jisimgħux, ma jitkellmux; min jagħmilhom isir bħalhom. Sa 115:4-8

Kienu taʼ nassa, ġabu qerda. Sa 106:36, 40-42; Ġer 22:8, 9

Ċ. Qima “relattiva” mhix awtorizzata

Alla ma riedx iħalli lil min jagħtih qima “relattiva.” Is 42:8

Alla biss hu “Semmiegħ it-​talb.” Sa 65:1, 2

42. Xhieda taʼ Ġeħova

A. L-oriġini tax-​Xhieda taʼ Ġeħova

Ġeħova stess jidentifika lix-​xhieda tiegħu. Is 43:10-12; Ġer 15:16

Il-​lista taʼ xhieda leali bdiet minn Abel. Eb 11:4, 39; 12:1

Ġesù kien ix-​xhud leali u veru. Ġw 18:37; Ri 1:5; 3:14

43. Xitan, Demonji

A. Ix-Xitan hu persuna spirtu

M’huwiex il-​ħażen f’xi ħadd imma persuna spirtu. 2Ti 2:26

Ix-​Xitan hu persuna daqskemm huma l-​anġli. Mt 4:1, 11; Ġob 1:6

Għamel lilu nnifsu Xitan minħabba xewqa ħażina. Ġk 1:13-15

B. Ix-Xitan hu l-​ħakkiem inviżibbli tad-​dinja

Id-​dinja hi kontrollata minnu bħala l-​alla tagħha. 2Ko 4:4; 1Ġw 5:19; Ri 12:9

Tħalla jibqaʼ jeżisti sakemm tinqataʼ l-​kwistjoni. Eżo 9:16; Ġw 12:31

Għandu jitwaddab fl-​abbiss, imbagħad jinqered. Ri 20:2, 3, 10

Ċ. Id-demonji huma anġli ribellużi

Issieħbu maʼ Satana qabel id-​Dilluvju. Ġen 6:1, 2; 1Pt 3:19, 20

Imbaxxijin, maqtugħin minn kull tidwil. 2Pt 2:4; Ġd 6

Jiġġieldu kontra Alla, jgħakksu lill-​bnedmin. Lq 8:27-29; Ri 16:13, 14

Se jinqerdu maʼ Satana. Mt 25:41; Lq 8:31; Ri 20:2, 3, 10

44. Żwieġ

A. L-għaqda taż-​żwieġ trid tkun onorabbli

Imxebbha maʼ Kristu u l-​għarusa. Ef 5:22, 23

Is-​sodda taż-​żwieġ trid tkun bla tinġis. Eb 13:4

Il-​koppji jingħataw il-​parir biex ma jisseparawx. 1Ko 7:10-16

Pornea hi l-​unika bażi Skritturali għad-​divorzju. Mt 19:9

B. Il-prinċipju taʼ l-​istat taʼ kap irid jiġi rispettat mill-​Kristjani

Ir-​raġel bħala l-​kap irid iħobb u jieħu ħsieb il-​familja. Ef 5:23-31

Il-​mara sottomessa tħobb u tobdi lil żewġha. 1Pt 3:1-7; Ef 5:22

It-​tfal iridu jkunu ubbidjenti. Ef 6:1-3; Kol 3:20

Ċ. Ir-responsabbiltà tal-​ġenituri Kristjani lejn uliedhom

Iridu juruhom imħabba, jagħtuhom ħin u attenzjoni. Tit 2:4

Ma jdejquhomx. Kol 3:21

Jipprovdulhom, inkluż l-​affarijiet spiritwali. 2Ko 12:14; 1Ti 5:8

Jagħtuhom taħriġ għal ħajjithom kollha. Ef 6:4; Pr 22:6, 15; 23:13, 14

D. Il-Kristjani għandhom jiżżewġu biss lil Kristjani

Iżżewġu biss “fil-​Mulej.” 1Ko 7:39; Dt 7:3, 4; Ne 13:26

E. Il-poligamija mhix tagħlim Skritturali

Fil-​bidu r-​raġel kellu jkollu mara waħda biss. Ġen 2:18, 22-25

Ġesù reġaʼ waqqaf dan il-​livell għall-​Kristjani. Mt 19:3-9

Il-​Kristjani tal-​bidu ma kinux jipprattikaw il-​poligamija. 1Ko 7:2, 12-16; Ef 5:28-31

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja