Għanja 63
Dejjem Leali
1. Ferm leali lejn Ġeħova,
Imħabbitna rridu ntuh.
Bħala nies tant dedikati,
Kull kmand tiegħu fis nobduh.
Parir tiegħu qatt ma jfalli,
Kulma jgħid ikun eżatt.
Hu leali; Nafdaw lilu.
Ma nitbiegħdu minnu qatt.
2. M’għeżież ħutna lkoll leali,
Fi żmien t’għawġ żgur magħqudin.
Nafdaw dejjem u ħsieb nieħdu,
Fil-kliem u fl-għemil twajbin.
Unur dejjem nagħtu ’l ħutna,
U mill-qalb nirrispettaw.
Ħalli l-Bibbja lkoll tgħaqqadna;
W lilhom qatt nabbandunaw.
3. Meta ħutna imexxuna
Dejjem nuru lealtà.
Hekk kif lilna jidderieġu,
Nobdu mill-qalb, b’fedeltà.
B’hekk il-barka taʼ Ġeħova
Saħħa lkoll tagħtina żgur.
Jekk leali dejjem nibqgħu
T’Alla jkollna il-favur.
(Ara wkoll Salm 149:1; 1 Tim. 2:8; Ebr. 13:17.)