-
Kif Reġgħet Ġiet Skoperta l-Verità tal-Bibbja?Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
-
-
LEZZJONI 3
Kif Reġgħet Ġiet Skoperta l-Verità tal-Bibbja?
L-Istudenti tal-Bibbja, madwar l-1870
L-ewwel ħarġa tat-Torri tal-Għassa bl-Ingliż, 1879
It-Torri tal-Għassa llum
Il-Bibbja bassret li wara l-mewt taʼ Kristu kellhom iqumu għalliema foloz fost il-Kristjani tal-bidu u kellhom ifixklu l-verità tal-Bibbja. (Atti 20:29, 30) Maż-żmien, hekk ġara eżatt. Huma ħalltu t-tagħlim taʼ Ġesù maʼ ideat reliġjużi pagani, u żviluppat tip taʼ Kristjanità falza. (2 Timotju 4:3, 4) Kif nistgħu nkunu ċerti li llum għandna l-fehma korretta taʼ x’tgħallem verament il-Bibbja?
Wasal iż-żmien biex Ġeħova jirrivela l-verità. Huwa bassar li matul iż-‘żmien tat-tmiem, l-għarfien veru kien se jkun abbundanti.’ (Danjel 12:4) Fl-1870, grupp żgħir taʼ wħud li kienu qed ifittxu l-verità rrikonoxxew li ħafna duttrini tal-knisja ma kinux Skritturali. Allura, huma bdew ifittxu għal fehma tat-tagħlim oriġinali tal-Bibbja, u Ġeħova għenhom jifhmu l-iskritturi.
Uħud sinċiera studjaw il-Bibbja bir-reqqa. B’ħerqa, dawk l-Istudenti tal-Bibbja, dawk taʼ qabilna, użaw metodu taʼ studju li għadna nużaw illum. Huma ddiskutew il-Bibbja suġġett suġġett. Meta ltaqgħu maʼ silta fil-Bibbja li kienet diffiċli biex tifhimha, huma fittxew f’versi oħrajn biex jispjegaw is-silta. Meta waslu għal konklużjoni li taqbel mal-kumplament tal-Iskrittura, niżżluha bil-miktub. Billi ħallew il-Bibbja tinterpreta lilha nfisha, huma reġgħu skoprew il-verità dwar isem Alla u s-Saltna, l-iskop tiegħu għall-bnedmin u għall-art, il-kundizzjoni tal-mejtin, u t-tama tal-qawmien. It-tfittxija tagħhom ħelsithom mill-ħafna twemmin u prattiki foloz.—Ġwanni 8:31, 32.
Sal-1879, l-Istudenti tal-Bibbja indunaw li kien wasal iż-żmien biex jagħmlu l-verità magħrufa maʼ kullimkien. Allura dik is-sena bdew jipproduċu r-rivista li għadna nippubblikaw sal-lum, It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova. Issa qed nippritkaw lin-nies il-veritajiet tal-Bibbja f’240 pajjiż u b’madwar 750 lingwa. L-għarfien eżatt qatt qabel ma kien daqshekk abbundanti!
Wara l-mewt taʼ Kristu, x’ġara bil-verità tal-Bibbja?
Xi ppermettielna nerġgħu niskopru l-verità mill-Kelma t’Alla?
-
-
Għala Ppubblikajna t-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida?Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
-
-
LEZZJONI 4
Għala Ppubblikajna t-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida?
Il-Kongo (Kinshasa)
L-Irwanda
Il-framment taʼ Simmaku tat-tielet jew ir-rabaʼ seklu E.K. li fih l-isem divin f’Salm 69:31
Għal għaxriet taʼ snin, ix-Xhieda taʼ Ġeħova użaw, stampaw, u qassmu diversi verżjonijiet tal-Bibbja. Imma mbagħad rajna l-bżonn li nippubblikaw traduzzjoni ġdida li tgħin aktar lin-nies biex jitgħallmu l-“għarfien eżatt dwar il-verità,” li hija r-rieda t’Alla għal kulħadd. (1 Timotju 2:3, 4) Għalhekk, fl-1950 bdejna noħorġu porzjonijiet mill-Bibbja tagħna b’lingwaġġ modern, it-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida. Din il-Bibbja ġiet tradotta b’mod leali u eżatt b’iktar minn 130 lingwa.
Kien hemm bżonn Bibbja li kienet faċli biex tifhimha. Maż-żmien il-lingwi jinbidlu, u ħafna traduzzjonijiet tal-Bibbja jużaw espressjonijiet li mhumiex ċari jew li m’għadhomx jintużaw u li huma diffiċli biex tifhimhom. Barra minn hekk, instabu manuskritti antiki li huma iktar eżatti u eqreb l-oriġinali. Dan irriżulta f’fehma aħjar tal-Ebrajk, l-Aramajk, u l-Grieg li ntużaw fil-Bibbja.
Kien hemm bżonn traduzzjoni li kienet leali mal-kelma t’Alla. Minflok ma jaqbdu u jbiddlu l-kitba ispirata t’Alla, tradutturi tal-Bibbja għandhom ikunu leali mat-test oriġinali. Però, fil-biċċa l-kbira mill-verżjonijiet, l-isem divin, Ġeħova, mhuwiex użat fl-Iskrittura Mqaddsa.
Kien hemm bżonn Bibbja li tagħti krettu lill-Awtur tagħha. (2 Samwel 23:2) Fit-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida, l-isem Ġeħova reġaʼ tpoġġa fejn jidher għal xi 7,000 darba fl-eqdem manuskritti tal-Bibbja bħalma jidher fl-eżempju t’hawn taħt. (Salm 83:18) Minħabba snin taʼ riċerka diliġenti, huwa taʼ pjaċir li wieħed jaqra din il-Bibbja għax b’mod ċar turi l-ħsieb t’Alla. Kemm jekk għandek it-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida bil-lingwa tiegħek u kemm jekk le, aħna ninkuraġġuk biex ikollok rutina tajba taʼ qari tal-Kelma taʼ Ġeħova kuljum.—Ġożwè 1:8; Salm 1:2, 3.
Għala ddeċidejna li kien hemm bżonn traduzzjoni ġdida tal-Bibbja?
Liema drawwa taʼ kuljum għandu wieħed ikollu jekk irid jitgħallem ir-rieda t’Alla?
-