-
Il-Letteratura Tagħna Kif Tinkiteb u Tiġi Tradotta?Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
-
-
LEZZJONI 23
Il-Letteratura Tagħna Kif Tinkiteb u Tiġi Tradotta?
Id-Dipartiment tal-Kitba, l-Amerika
Il-Korea t’Isfel
L-Armenja
Il-Burundi
Sri Lanka
Sabiex nagħmlu l-aħjar tagħna biex inxandru l-“aħbar tajba . . . lil kull ġens u tribù u lsien u poplu,” nipproduċu letteratura b’madwar 750 lingwa. (Rivelazzjoni 14:6) Kif jirnexxilna nwettqu dan ix-xogħol taʼ sfida? Nagħmluh bl-għajnuna taʼ kittieba internazzjonali u grupp taʼ tradutturi dedikati—ilkoll Xhieda taʼ Ġeħova.
Il-kitba oriġinali tiġi preparata bl-Ingliż. L-attività tad-Dipartiment tal-Kitba fil-kwartieri ġenerali tagħna qiegħda taħt il-ħarsien tal-Ġemgħa li Tiggverna. Dan id-dipartiment jikkoordina l-inkarigi tal-kittieba li jaqdu fil-kwartieri ġenerali u f’ċerti uffiċċji tal-fergħa. Minħabba li għandna varjetà taʼ kittieba, dan jippermettilna niktbu dwar suġġetti li jeffettwaw lin-nies minn kulturi differenti, u b’hekk il-pubblikazzjonijiet tagħna jingħoġbu min-nies taʼ diversi nazzjonijiet.
Il-kitba tintbagħat lit-tradutturi. Wara li l-kitba tkun ġiet editjata u approvata, din tintbagħat elettronikament lil timijiet taʼ tradutturi madwar id-dinja biex jittraduċu, jiċċekkjaw, u jagħmlu l-qari tal-provi. Jagħmlu sforz biex jagħżlu l-“kliem korrett u veru” ħalli bil-lingwa tagħhom joħroġ it-tifsir kollu tal-Ingliż.—Ekkleżjasti 12:10.
Il-kompjuters iħaffu l-proċess. Kompjuter ma jistax jagħmel ix-xogħol taʼ kittieba u tradutturi umani. Madankollu, ix-xogħol tagħhom jistaʼ jitħaffef billi jużaw dizzjunarji u programmi tal-lingwa u tar-riċerka fuq il-kompjuter. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova ħalqu programm li jismu Multilanguage Electronic Publishing System (MEPS) (sistema elettronika għall-pubblikazzjonijiet b’ħafna lingwi). Dan jippermettilhom idaħħlu l-kitba b’mijiet taʼ lingwi, ipoġġu l-kitba mal-istampi, u jħejju d-dokument għall-istampar.
Għala nagħmlu dan l-isforz kollu, anki għal lingwi li huma mitkellma minn ftit eluf taʼ nies biss? Għax hija r-rieda taʼ Ġeħova “li bnedmin taʼ kull xorta jiġu salvati u jaslu għall-għarfien eżatt dwar il-verità.”—1 Timotju 2:3, 4.
Kif issir il-kitba għall-pubblikazzjonijiet tagħna?
Għala nittraduċu l-letteratura tagħna b’daqstant lingwi?
-
-
Kif Inhu Finanzjat ix-Xogħol Tagħna ta’ Madwar id-Dinja?Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
-
-
LEZZJONI 24
Kif Inhu Finanzjat ix-Xogħol Tagħna taʼ Madwar id-Dinja?
In-Nepal
It-Togo
Il-Britannja
L-organizzazzjoni tagħna tippubblika u tqassam mijiet taʼ miljuni taʼ Bibbji u pubblikazzjonijiet oħra kull sena bla ħlas. Aħna nibnu u nżommu f’kundizzjoni tajba s-Swali tas-Saltna u l-uffiċċji tal-fergħa. Nieħdu ħsieb il-bżonnijiet fiżiċi taʼ eluf taʼ Beteliti u missjunarji, u nipprovdu provvisti t’għajnuna meta jinqalaʼ xi diżastru. Allura għandek mnejn tistaqsi, ‘Dan kollu kif inhu finanzjat?’
Ma nitolbux flus u ma jsir ebda ġbir. Għalkemm ix-xogħol tagħna tal-evanġelizzar jirrikjedi ħafna spejjeż, ma niġbrux flus. Iktar minn seklu ilu, it-tieni ħarġa tar-rivista It-Torri tal-Għassa stqarret li aħna nemmnu li Ġeħova hu l-wieħed li jappoġġana u li aħna “qatt mhu se nittallbu jew nitolbu lin-nies għall-appoġġ”—u dan qatt ma ġara!—Mattew 10:8.
L-attivitajiet tagħna huma appoġġati minn donazzjonijiet volontarji. Ħafna nies japprezzaw ix-xogħol tagħna taʼ tagħlim minn fuq il-Bibbja u jagħtu donazzjonijiet għal dan. Ix-Xhieda nfushom b’ferħ jagħtu mill-ħin, l-enerġija, il-flus, u riżorsi oħrajn tagħhom biex issir ir-rieda t’Alla madwar id-dinja. (1 Kronaki 29:9) Fis-Sala tas-Saltna u fl-assembleat u l-konvenzjonijiet tagħna hemm kaxxi għall-kontribuzzjonijiet għal dawk li jixtiequ jagħtu. Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw ukoll permezz tal-websajt tagħna, jw.org. Fil-maġġorparti, il-flus li nirċievu jiġu mingħand nies li mhumiex sinjuri, simili ħafna għal dik l-armla fil-bżonn li Ġesù tkellem tant tajjeb dwarha minħabba li kienet tefgħet żewġ muniti żgħar fil-kaxxa tat-teżor tat-tempju. (Luqa 21:1-4) Għalhekk, b’mod regulari kulħadd jistaʼ “jwarrab xi ħaġa” biex jagħti “bħalma jkun iddeċieda f’qalbu.” —1 Korintin 16:2; 2 Korintin 9:7.
Aħna konvinti li Ġeħova se jkompli jqanqal qalb dawk li jridu ‘jonorawh bl-affarijiet prezzjużi tagħhom’ biex jappoġġaw ix-xogħol tas-Saltna ħalli r-rieda tiegħu titwettaq.—Proverbji 3:9.
X’jagħmel lill-organizzazzjoni tagħna differenti minn reliġjonijiet oħrajn?
Il-kontribuzzjonijiet volontarji kif jintużaw?
-
-
Is-Swali tas-Saltna—Għala u Kif Jinbnew?Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
-
-
LEZZJONI 25
Is-Swali tas-Saltna—Għala u Kif Jinbnew?
Il-Bolivja
In-Niġerja, qabel u wara
Taħiti
Bħalma juri l-isem Sala tas-Saltna, it-tagħlim prinċipali tal-Bibbja li jiġi diskuss hemm jiffoka fuq is-Saltna t’Alla—it-tema tal-ministeru taʼ Ġesù.—Luqa 8:1.
Huma postijiet taʼ qima vera fil-komunità. Minn dan il-post jiġi organizzat l-ippritkar tal-aħbar tajba tas-Saltna fit-territorju lokali. (Mattew 24:14) Is-Swali tas-Saltna jvarjaw fil-kobor u fl-istruttura tagħhom, imma lkoll mibnijin b’mod sempliċi, u ħafna huma użati minn iktar minn kongregazzjoni waħda. Fis-snin reċenti, bnejna għaxriet taʼ eluf taʼ Swali tas-Saltna ġodda (bejn wieħed u ieħor ħamsa kuljum) sabiex illaħħqu maż-żieda fil-kongregazzjonijiet tagħna. Dan kif inhu possibbli?—Mattew 19:26.
Jinbnew permezz taʼ donazzjonijiet lill-arranġament għall-bini taʼ Swali tas-Saltna. Dawn id-donazzjonijiet jintbagħtu lill-uffiċċju tal-fergħa ħalli l-flus ikunu disponibbli għall-kongregazzjonijiet li jeħtieġu jibnu jew jirranġaw xi Sala tas-Saltna.
Jinbnew minn volontieri li ma jitħallsux u li jiġu minn sfondi differenti. F’ħafna pajjiżi ġew organizzati Gruppi għall-Bini taʼ Swali tas-Saltna. Timijiet taʼ qaddejja u volontieri taʼ kostruzzjoni jmorru minn kongregazzjoni għal oħra fl-istess pajjiż, saħansitra fi nħawi iżolati, biex jgħinu lill-kongregazzjonijiet lokali biex jibnu s-Swali tas-Saltna tagħhom. F’postijiet oħra, Xhieda kwalifikati ġew maħturin biex jieħdu ħsieb il-bini u jirrinnovaw Swali tas-Saltna f’reġjun partikulari. Għalkemm ħafna ħaddiema tas-sengħa mir-reġjun b’mod volontarju jagħtu s-sehem tagħhom f’kull post fejn isir il-bini, il-biċċa l-kbira tal-ħaddiema volontarji jkunu membri tal-kongregazzjoni lokali. L-ispirtu taʼ Ġeħova u l-isforzi ħabrieka tan-nies tiegħu qed jagħmlu dan kollu possibbli.—Salm 127:1; Kolossin 3:23.
Il-postijiet taʼ qima tagħna għala jissejħu Swali tas-Saltna?
Kif inhu possibbli li jinbnew Swali tas-Saltna madwar id-dinja kollha?
-