LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Mistoqsija 13: Il-Bibbja x’tgħid dwar ix-xogħol?
    Introduzzjoni għall-Kelma t’Alla
    • MISTOQSIJA 13

      Il-​Bibbja x’tgħid dwar ix-​xogħol?

      “Rajt lil xi ħadd tas-​sengħa f’xogħlu? Quddiem is-​slaten se joqgħod; ma joqgħodx quddiem nies komuni.”

      Proverbji 22:29

      Raġel qed jaħdem iebes bl-injam

      “Min kien jisraq ħa ma jisraqx iktar, imma minflok ħa jaħdem iebes u jagħmel b’idejh xogħol tajjeb, biex ikollu xi ħaġa x’jagħti lil min hu fil-​bżonn.”

      Efesin 4:28

      “Kull bniedem għandu jiekol u jixrob u jgawdi affarijiet tajbin għax-​xogħol iebes kollu tiegħu. Din hi l-​għotja t’Alla.”

      Ekkleżjasti 3:13

  • Mistoqsija 14: Kif tistaʼ tieħu ħsieb l-affarijiet materjali tiegħek?
    Introduzzjoni għall-Kelma t’Alla
    • MISTOQSIJA 14

      Kif tistaʼ tieħu ħsieb l-​affarijiet materjali tiegħek?

      “Min iħobb id-​divertiment jaqaʼ fl-​għaks; min iħobb l-​inbid u ż-​żejt ma jiksibx rikkezzi.”

      Proverbji 21:17

      “Min jissellef hu l-​qaddej taʼ min isellfu.”

      Proverbji 22:7

      “Min minnkom li jrid jibni torri ma joqgħodx l-​ewwel bil-​qiegħda u jikkalkula l-​ispejjeż, biex jara jekk għandux biżżejjed biex ilestih? Inkella għandu mnejn iqiegħed il-​pedament imma ma jkunx jistaʼ jlestih, u dawk kollha li jarawh jibdew iwaqqgħuh għaċ-​ċajt u jgħidu, ‘Dan ir-​raġel beda jibni imma ma kienx kapaċi jlesti.’”

      Luqa 14:28-​30

      “Meta xebgħu, qal lid-​dixxipli tiegħu: ‘Iġbru l-​bċejjeċ li fadal biex ma jinħela xejn.’”

      Ġwanni 6:12

  • Mistoqsija 15: Kif tistaʼ ssib il-ferħ?
    Introduzzjoni għall-Kelma t’Alla
    • MISTOQSIJA 15

      Kif tistaʼ ssib il-​ferħ?

      Tifla b’ferħ tieħu stampa għand missierha li pinġietlu

      “Aħjar platt ħaxix fejn hemm l-​imħabba milli barri msemmen bil-​mibegħda miegħu.”

      Proverbji 15:17

      “Jien, Ġeħova, jien Alla tiegħek, li ngħallmek għall-​ġid tiegħek, li mmexxik fit-​triq li għandek timxi.”

      Isaija 48:17

      “Henjin dawk li huma konxji tal-​bżonn spiritwali tagħhom, għax tagħhom hi s-​saltna tas-​smewwiet.”

      Mattew 5:3

      “Ħobb lill-​proxxmu tiegħek bħalek innifsek.”

      Mattew 22:39

      “Bħalma tridu li l-​bnedmin jagħmlulkom, agħmlu l-​istess lilhom.”

      Luqa 6:31

      “Henjin dawk li jisimgħu l-​kelma t’Alla u jħarsuha!”

      Luqa 11:28

      “Meta wieħed ikollu bl-​abbundanza, ħajtu ma tiddependix minn dak li għandu.”

      Luqa 12:15

      “Għalhekk, la għandna x’nieklu u biex nitgħattew, għandna nkunu kuntenti b’dawn l-​affarijiet.”

      1 Timotju 6:8

      “Hemm iktar hena meta tagħti milli meta tirċievi.”

      Atti 20:35

  • Mistoqsija 16: Kif tistaʼ tkampa mal-ansjetà?
    Introduzzjoni għall-Kelma t’Alla
    • MISTOQSIJA 16

      Kif tistaʼ tkampa mal-​ansjetà?

      “Ixħet toqlok fuq Ġeħova, u jsostnik. Hu qatt ma jħalli lill-​ġust jogħtor.”

      Salm 55:22

      “Il-​pjanijiet tal-​ħabrieki żgur li jkunu taʼ vantaġġ għalih, imma kulmin jgħaġġel żgur li jiġi fil-​bżonn.”

      Proverbji 21:5

      “Tibżax, għax jien miegħek. Tiċċassax ’l hemm u ’l hawn, għax jien Alla tiegħek. Jien inqawwik. Jien ngħinek verament. Jien inżommok sod tassew b’idi l-​leminija tas-​sewwa.”

      Isaija 41:10

      “Min minnkom billi jkun ansjuż jistaʼ jtawwal għomru mqar bi ftit?”

      Mattew 6:27

      “Għalhekk, qatt tkunu ansjużi dwar l-​għada, għax l-​għada se jkollu l-​ansjetajiet tiegħu. Hu biżżejjed għal kull ġurnata l-​ħażen tagħha.”

      Mattew 6:34

      ‘Aċċertaw ruħkom minn dak li hu iktar importanti.’

      Filippin 1:10

      Omm titlob maʼ bintha qabel ma jieklu

      “Tkunu ansjużi fuq xejn, imma f’kollox b’talb u b’suppliki flimkien maʼ radd il-​ħajr ħallu lil Alla jkun jaf x’teħtieġu; u l-​paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb tgħasses lil qalbkom u l-​qawwa mentali tagħkom permezz taʼ Kristu Ġesù.”

      Filippin 4:6, 7

  • Mistoqsija 17: Il-Bibbja kif tistaʼ tgħin lill-familja tiegħek?
    Introduzzjoni għall-Kelma t’Alla
    • MISTOQSIJA 17

      Il-​Bibbja kif tistaʼ tgħin lill-​familja tiegħek?

      IRĠIEL MIŻŻEWĠIN/MISSIRIJIET

      “L-​irġiel b’dan il-​mod għandhom iħobbu lin-​nisa tagħhom, bħal ġisimhom stess. Min iħobb lil martu jħobb lilu nnifsu, għax ebda bniedem qatt ma bagħad lil ġismu stess; imma jitimgħu u jgħożżu . . . Kull wieħed minnkom għandu jħobb lil martu bħalu nnifsu.”

      Efesin 5:28, 29, 33

      “Missirijiet, iddejqux lil uliedkom, imma ibqgħu rabbuhom fid-​dixxiplina u l-​gwida mentali taʼ Ġeħova.”

      Efesin 6:4

      NISA MIŻŻEWĠIN

      “Il-​mara għandu jkollha rispett profond lejn żewġha.”

      Efesin 5:33

      “Intom nisa miżżewġin, kunu sottomessi lejn żwieġkom bħalma jixraq fil-​Mulej.”

      Kolossin 3:18

      TFAL

      “Tfal, obdu lill-​ġenituri tagħkom f’unjoni mal-​Mulej, għax dan hu sewwa: ‘Onora lil missierek u lil ommok’; li hu l-​ewwel kmand b’wegħda: ‘Biex jaħbatlek tajjeb u ddum żmien twil fuq l-​art.’”

      Efesin 6:1-​3

      “Intom tfal, obdu lill-​ġenituri tagħkom f’kollox, għax dan jogħġob lill-​Mulej.”

      Kolossin 3:20

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja