Għanja 147
Proprjetà speċjali
All’ għandu ħlejjaq ġodda—
Bnedmin mill-art mixtrijin.
U bl-ispirtu ta’ Alla
Saru lkoll midlukin.
(KOR)
Għalik dawn speċjali,
’Lkoll jissejħu b’ismek kbir.
Imħabba juruk dawn,
U b’hekk jippritkaw u jtuk tifħir.
Ġens qaddis t’Alla huma,
Li jgħożżu il-verità.
Minn ġod-dlam Hu sejħilhom;
Dawl tal-għaġeb hu ta.
(KOR)
Għalik dawn speċjali,
’Lkoll jissejħu b’ismek kbir.
Imħabba juruk dawn,
U b’hekk jippritkaw u jtuk tifħir.
B’ħeġġa lin-nagħ’ġ qed jiġbru,
Dax-xogħ’l jagħmluh b’fedeltà.
Jobdu dejjem lill-Kristu
U juruh lealtà.
(KOR)
Għalik dawn speċjali,
’Lkoll jissejħu b’ismek kbir.
Imħabba juruk dawn,
U b’hekk jippritkaw u jtuk tifħir.
(Ara wkoll Is. 43:20b; Mal. 3:17; Kol. 1:13.)