LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb16 Marzu p. 7
  • L-irxoxt—Hu possibbli permezz tal-fidwa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-irxoxt—Hu possibbli permezz tal-fidwa
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • Materjal Simili
  • Tama Vera għall-​Maħbubin Tiegħek li Mietu
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Għalkemm Imnikktin, M’Aħniex Mingħajr Tama
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • L-Uniku Rimedju!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Dawk li Tħobb u Mietu Se Jerġgħu Jgħixu!
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
mwb16 Marzu p. 7

GĦIX BĦALA KRISTJAN

L-​irxoxt—Hu possibbli permezz tal-​fidwa

Wara li l-familja u l-ħbieb jitnikktu ħdejn is-sodda tal-mewt taʼ waħda żagħżugħa, oħtha ssib il-faraġ billi timmedita fuq l-irxoxt li se jkun hemm fil-futur

It-​Tifkira tagħtina opportunità mill-​isbaħ biex nirriflettu dwar il-​barkiet li se jkollna fil-​futur u li huma possibbli permezz tal-​fidwa, bħalma huwa l-​irxoxt. Qatt ma kien l-​iskop taʼ Ġeħova li l-​bnedmin imutu. Huwa għalhekk li wieħed mill-​iktar emozzjonijiet taʼ wġigħ li nesperjenzaw hu n-​niket li nħossu meta jmutilna xi ħadd għażiż. (1Ko 15:26) Ġesù ħassu mweġġaʼ meta ra lid-​dixxipli tiegħu mnikktin minħabba l-​mewt taʼ Lazzru. (Ġw 11:33-​35) Peress li Ġesù hu riflessjoni perfetta taʼ Missieru, nistgħu nkunu ċerti li anki Ġeħova jħossu mweġġaʼ meta jarana mnikktin għax inkunu tlifna lil xi ħadd għażiż fil-​mewt. (Ġw 14:7) Ġeħova qed jistenna bil-​ħerqa ż-​żmien meta se jġib lura mill-​mewt il-​qaddejja tiegħu, u anki aħna għandna nistennew dan bil-​ħerqa.—Ġob 14:14, 15.

Ladarba Ġeħova hu Alla taʼ ordni, huwa raġunevoli li nemmnu li l-​irxoxt se jsir b’ordni. (1Ko 14:33, 40) Minflok ma mmorru funerali, għandu mnejn ikun hemm ħin speċjali li fih nilqgħu lil dawk li jiġu rxoxtati. Timmedita int fuq l-​irxoxt, speċjalment fi żminijiet taʼ niket? (2Ko 4:17, 18) Tirringrazzja lil Ġeħova talli pprovdielna l-​fidwa u talli fl-​Iskrittura qalilna li l-​mejtin se jerġgħu jgħixu?—Kol 3:15.

  • Mill-​ħbieb u l-​qraba tiegħek, lil min b’mod speċjali qed tħares ’il quddiem li terġaʼ tara?

  • Mill-​persunaġġi tal-​Bibbja, int maʼ min b’mod speċjali tixtieq tiltaqaʼ u titkellem?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja