LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 12/1 pp. 23-26
  • Fuq l-Għatba t’Attività Akbar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fuq l-Għatba t’Attività Akbar
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Aħħar Pariri Mingħand l-​Istrutturi
  • Missjunarji Antiki Henjin
  • Nies li minn Rajhom Jitqanqlu biex Jiġu Gilgħad
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Imqanqlin Biex Jaqdu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Thennew f’Jehovah u Kunu Ferħanin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Okkażjoni taʼ Ferħ—Il-Gradwazzjoni tal-104 Klassi taʼ Gilgħad
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 12/1 pp. 23-26

Fuq l-​Għatba t’Attività Akbar

“MA KIENX hemm spirtu kompetittiv. Kulħadd xtaq li sħabu kollha jirnexxu,” qalu Richard u Lusia dwar l-​istudenti sħabhom tal-​105 klassi taʼ l-​Iskola taʼ Gilgħad (Watchtower Bible School of Gilead). “Ilkoll kemm aħna differenti ħafna minn xulxin, imma għalina, kull student huwa prezzjuż.” Wieħed minn sħabhom tal-​klassi, Lowell, qabel magħhom, u żied: “Id-​differenzi tagħna ġibduna lejn xulxin.”

Il-klassi, li ggradwat fit-​12 taʼ Settembru, 1998, kienet imżewqa sew. Xi wħud mill-​istudenti kienu qdew bħala pijunieri fi nħawi fejn hemm bżonn kbir taʼ pubblikaturi tas-​Saltna; oħrajn kienu qdew fedelment f’postijiet eqreb lejn darhom. Ftit minnhom, bħal Mats u Rose-Marie, kellhom jaħdmu iebes għal sigħat twal biex itejbu l-​Ingliż tagħhom qabel ma ġew l-​iskola. Ħafna mill-​istudenti kienu ilhom jaħsbu dwar is-​servizz missjunarju minn tfulithom. Koppja minnhom applikat 12-il darba; kemm kienu ferħanin meta rċevew stedina biex jattendu għall-​105 klassi!

L-għoxrin ġimgħa taʼ taħriġ intensiv għaddew bħal ħolma. Qabel ma setgħu jintebħu kemm kien għadda malajr iż-​żmien, l-​istudenti kienu diġà taw l-​aħħar taħriġ bil-​miktub tagħhom, għamlu l-​aħħar rapport orali tagħhom, u kien wasal jum il-​gradwazzjoni.

Iċ-ċêrmen tal-​programm, Albert Schroeder, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah, fakkar lill-​klassi li huma kienu jinsabu “fuq l-​għatba t’attività akbar fil-​qasam taʼ l-​edukazzjoni Biblika,” u kienu se jsegwu lil iktar minn 7,000 oħrajn li kienu marru Gilgħad qabilhom. Hu rrimarka li matul is-​sajf, l-​istudenti kienu gawdew l-​opportunità unika li jassoċjaw maʼ missjunarji li kienu ilhom ħafna snin jaqdu fl-​inkarigu tagħhom meta dawn żaru l-​kwartieri ġenerali fl-​istess żmien li attendew għall-​konvenzjonijiet internazzjonali.

Ħuna Schroeder imbagħad introduċa lil Max Larson, membru tal-​Bethel Operations Committee (il-kumitat li jieħu ħsieb l-​iffunzjonar tad-​djar Betel, il-​faċilitajiet taʼ l-​istampar u affarijiet oħrajn li tippossiedi l-​fergħa taʼ l-​Istati Uniti). Hu żviluppa t-​tema “Edukazzjoni li Twassal għall-​Ħajja taʼ Dejjem.” Ħuna Larson ikkwota Proverbji 1:5, li jgħid: “Jismaʼ wkoll l-​għaref, u jżid l-​għerf tiegħu, u min jifhem jitgħallem aktar.” Biex wieħed ikun missjunarju effettiv, irid ikun tas-​sengħa. Nies tas-​sengħa ssibhom mas-​slaten. (Proverbji 22:29) Wara li kienu ilhom jiġu istruwiti għal ħames xhur, l-​istudenti kienu mgħammrin tajjeb biex jirrappreżentaw lill-​aqwa Slaten, Alla Jehovah u Kristu Ġesù.

Imbagħad kien imiss lil David Olson, mid-​Dipartiment tas-​Servizz, li tkellem dwar is-​suġġett “Għin biex Tferraħ Qalb Jehovah.” Hu staqsa: “X’jistgħu jagħmlu bnedmin imperfetti biex iferrħu qalb Alla?” X’inhi t-​tweġiba? Jistgħu jaqduh fedelment, lealment, u bil-​ferħ. Jehovah jrid li l-​poplu tiegħu jieħu pjaċir jaqdih fis-​servizz tiegħu. Meta nagħmlu r-​rieda t’Alla bil-​ferħ, aħna nferrħulu qalbu. (Proverbji 27:11) Ħuna Olson qara ittra mingħand koppja missjunarja li ggradwat minn Gilgħad fil-​104 klassi. Qegħdin igawduh l-​inkarigu ġdid tagħhom? “Għandna xi 140 pubblikatur,” kitbu huma dwar il-​kongregazzjoni tagħhom, “b’attendenza medja għal-​laqgħat taʼ 250 sa 300. Is-​servizz taʼ l-​għalqa huwa l-​iktar ħaġa li togħġobna. Għandna erbaʼ studji kull wieħed, u xi wħud minnhom diġà qed jattendu għal-​laqgħat.”

Lyman Swingle, tal-​Ġemgħa li Tiggverna, tkellem dwar is-​suġġett “Żmien biex Tieqaf u Tgħodd il-​Barkiet Tiegħek.” It-​taħriġ f’Gilgħad kien ġab miegħu ħafna barkiet. Kien għen lill-​istudenti biex iżidu fl-​għarfien, jikbru fl-​apprezzament għall-​organizzazzjoni taʼ Jehovah, u jikkultivaw kwalitajiet vitali, bħall-​umiltà. “Hija esperjenza li ġġagħlek tkun umli illi tiġi hawnhekk u tqattaʼ l-​ħin tiegħek tismaʼ l-​istruzzjoni,” qal Ħuna Swingle, u żied: “Titlaq minn hawnhekk mgħammar ferm aħjar biex teżalta lil Jehovah.”

“Kemm Huwa Kbir il-​Ferħ Tagħkom​—Allura Għala Tinkwetaw?” kien it-​titlu taʼ taħdita li ngħatat minn Daniel Sydlik, li wkoll huwa membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna. Meta jqumu l-​problemi, fittex gwida mill-​Iskrittura, ħeġġeġ hu. Billi uża versi magħżulin mis-​6 kapitlu taʼ Mattew, Ħuna Sydlik wera biċ-​ċar kif dan jistaʼ jsir. Nuqqas taʼ fidi jistaʼ jġagħalna ninkwetaw dwar affarijiet tal-​ħajja taʼ kuljum, bħall-​ikel u l-​ilbies. Madankollu, Jehovah jaf x’għandna bżonn. (Mattew 6:25, 30) Jekk noqogħdu ninkwetaw, kulma nagħmlu hu li nżidu mat-​taħbit taʼ kuljum. (Mattew 6:34) Mill-​banda l-​oħra, jeħtieġ li jkun hemm ċertu ppjanar. (Qabbel Luqa 14:28.) “Dak li Ġesù ma jridniex nagħmlu hu, mhux li naħsbu bil-​għaqal dwar il-​futur, imma li b’nuqqas t’għaqal noqogħdu ninkwetaw dwaru,” spjega Ħuna Sydlik. “L-​azzjoni hija waħda mill-​aħjar kuri għall-​ansjetà. Meta taħkimna l-​ansjetà, ikun tajjeb għalina li nibdew nitkellmu dwar il-​verità.”

L-​Aħħar Pariri Mingħand l-​Istrutturi

Wara dan, kien hemm taħditiet minn tliet membri tal-​fakultà taʼ Gilgħad. Karl Adams tkellem l-​ewwel, dwar is-​suġġett “X’Se Troddlu Lura lil Jehovah?” It-​taħdita tiegħu kienet ibbażata fuq il-​116-il Salm, li Ġesù għandu mnejn kantah fil-​lejl taʼ qabel mewtu. (Mattew 26:30, nota taʼ taħt) X’għaddielu minn moħħu Ġesù hekk kif kanta l-​kliem: “Xi nrodd lill-​Mulej għall-​ġid kollu li għamel miegħi”? (Salm 116:12) Għandu mnejn qagħad jirrifletti fuq il-​ġisem perfett li Jehovah kien ħejjielu. (Lhud 10:5) L-​għada, kien se joffri dak il-​ġisem bħala sagrifiċċju, u b’hekk jagħti prova taʼ kemm kienet profonda mħabbtu. L-​istudenti tal-​105 klassi kienu daqu t-​tjubija taʼ Jehovah għall-​ħames xhur preċedenti. Issa kienu se juru mħabbithom għal Alla billi jaħdmu iebes fl-​inkarigi missjunarji tagħhom.

Mark Noumair, it-​tieni istruttur taʼ Gilgħad li tkellem, ta dan il-​parir lill-​istudenti: “Komplu Agħmlu Dak li Hu Tajjeb.” Ġużeppi, wara li nbiegħ bħala rsir fl-​Eġittu, issaporta 13-il sena taʼ trattament inġust. Ħalla hu l-​iżbalji t’oħrajn iwaqqfuh milli jaqdi lil Alla? Le, hu kompla jagħmel dak li kien tajjeb. Imbagħad, fiż-​żmien imwaqqat minn Alla, Ġużeppi nħeles mill-​provi tiegħu. F’daqqa waħda, minn ġo ħabs, spiċċa jgħix f’palazz. (Ġenesi, kapitli 37-50) L-​istruttur staqsa lill-​istudenti tiegħu: “Jekk dak li ssibu fl-​inkarigu missjunarju tagħkom m’huwiex dak li qed tistennew, se tieqfu? Se ċċedu għad-​disprament? Jew se tissaportu, bħalma għamel Ġużeppi?”

Finalment, Wallace Liverance, ir-​reġistratur taʼ l-​Iskola taʼ Gilgħad, ikkonduċa diskussjoni vivaċi mal-​membri tal-​klassi fuq it-​tema “Irreklamaw lis-​Sultan u lis-​Saltna.” Xi wħud mill-​istudenti rrakkontaw xi esperjenzi li kellhom waqt l-​ippridkar minn dar għal dar, minn ħanut għal ħanut, u fit-​toroq. Oħrajn tkellmu dwar il-​modi li wżaw biex jagħtu xiehda lil nies li jitkellmu b’lingwa oħra. Jerġaʼ oħrajn urew kif wieħed għandu jippriedka lil nies taʼ sfondi reliġjużi differenti. Il-​gradwati kollha kienu fuq ix-​xwiek biex ikollhom sehem sħiħ fil-​ministeru fl-​għalqa missjunarja.

Missjunarji Antiki Henjin

Il-​parti li kien imiss, intitolata “Ir-​Riżultati taʼ Ferħ li Jiġu mis-​Servizz Missjunarju,” kienet ippreżentata minn Robert Wallen u kienet tikkonsisti minn intervisti maʼ erbaʼ aħwa rġiel mill-​istaff tal-​kwartieri ġenerali li dan l-​aħħar kienu gawdew sħubija edifikanti maʼ missjunarji bl-​esperjenza. Dawn il-​missjunarji mill-​ewwel ammettew li ma kienx faċli għalihom li jitgħallmu lingwa ġdida, li jaġġustaw ruħhom għal kultura oħra, jew li jaddattaw ruħhom għal klima differenti. Kellhom ikampaw ukoll mad-​dwejjaq li kultant kienu jaħkmuhom għax kienu ’l bogħod minn darhom. Xi drabi, qamu problemi taʼ saħħa. Imma waqt li għaddew minn dan kollu, il-​missjunarji żammew attitudni pożittiva, u l-​perseveranza tagħhom ġiet imbierka. Uħud minnhom kienu għenu lil ħafna nies biex jieħdu għarfien dwar Jehovah. Oħrajn kienu kkontribwew b’diversi modi għaż-​żjieda ġenerali tax-​xogħol tas-​Saltna fil-​pajjiżi li jaqdu fihom.

L-aħħar kelliemi kien Carey Barber, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna. Hu rreveda l-​punti prinċipali tal-​programm tal-​konvenzjoni “Il-​Mod taʼ Ħajja t’Alla.” “Il-​programm tal-​konvenzjoni x’effett kellu fuq ir-​relazzjoni tagħkom maʼ Jehovah?” staqsa hu lill-​udjenza tiegħu. Il-​kelliemi kkuntrasta r-​riżultati mberkin taʼ li nsegwu t-​triq t’Alla mat-​tmiem diżastruż li hemm għal dawk li jsegwu t-​triq tad-​dinja. Waqt li rrefera għan-​nuqqas li Mosè kkommetta f’Meriba, hu wissa: “Anki jekk wieħed ikun qeda fedelment għal ħafna snin, Jehovah xorta ma jikkunsidrax ħafif ħafif imqar ksur mhux serju tal-​liġijiet ġusti Tiegħu.” (Numri 20:​2-13) Jalla l-​qaddejja kollha t’Alla kullimkien iżommu qabda soda mal-​privileġġi prezzjużi tagħhom taʼ servizz!

Kien wasal il-​ħin għall-​istudenti biex jirċievu d-​diplomi tagħhom. Imbagħad, rappreżentant tal-​klassi qara ittra t’apprezzament għat-​taħriġ li kienu rċevew l-​istudenti. Wara għanja taʼ konklużjoni u talba mill-​qalb, il-​programm tal-​gradwazzjoni kien spiċċa. Imma, għall-​105 klassi, dan kien għadu biss il-​bidu, għaliex il-​missjunarji l-​ġodda kienu jinsabu “fuq l-​għatba t’attività akbar.”

[Kaxxa f’paġna 23]

Statistiċi tal-​Klassi

Numru taʼ pajjiżi rrappreżentati: 9

Numru taʼ pajjiżi li ġew assenjati fihom: 17

Numru taʼ studenti: 48

Numru taʼ koppji miżżewġin: 24

Età medja: 33

Medja taʼ snin fil-​verità: 16

Medja taʼ snin fil-​ministeru full-time: 12

[Kaxxa f’paġna 24]

Dawn Għażlu s-​Servizz Full-Time

“Meta kont iżgħar, ma kontx nippjana li nsir pijunier,” jgħid Ben, gradwat tal-​105 klassi. “Kont naħseb li dawk biss li għandhom abbiltajiet speċjali u ċirkustanzi ideali setgħu jsiru pijunieri,” iżid hu. “Imma fil-​fatt tgħallimt inħobb is-​servizz taʼ l-​għalqa. Imbagħad, darba minnhom ġieni f’rasi illi li wieħed ikun pijunier ifisser sempliċement li jkollu sehem akbar fil-​ministeru. Kien hemmhekk li rrealizzajt li stajt inkun pijunier.”

“Il-​qaddejja full-time minn dejjem kienu stmati ferm fid-​dar tagħna,” tgħid Lusia. Hi tiftakar l-​eċċitament kbir li kien jaħkem lill-​kongregazzjoni tagħha kull darba li l-​missjunarji kienu jżuruhom. “Meta kont għadni qed nikber,” tgħid hi, “kienet ovvja li s-​servizz full-time kien se jkun fil-​pjanijiet tiegħi.”

Omm Theodis mietet meta hu kellu 15-il sena. “F’dawk il-​mumenti, il-​kongregazzjoni tassew għenitni,” jgħid hu, “u għalhekk staqsejt lili nnifsi, ‘X’nistaʼ nagħmel biex nuri l-​apprezzament tiegħi?’” Dan wasslu biex jidħol fis-​servizz full-time u issa fix-​xogħol missjunarju.

[Stampa f’paġna 25]

Il-​105 Klassi li Ggradwat mill-​Iskola taʼ Gilgħad

Fil-​lista t’hawn taħt, ir-​ringieli huma nnumerati minn quddiem għal wara, u l-​ismijiet f’kull ringiela huma mniżżlin mix-​xellug għal-​lemin

(1) Sampson, M.; Brown, I.; Heggli, G.; Abuyen, E.; Desbois, M.; Pourthié, P. (2) Kassam, G.; Lindberg, R.; Dapuzzo, A.; Taylor, C.; LeFevre, K.; Walker, S. (3) Baker, L.; Pellas, M.; Woggon, E.; Böhne, C.; Asplund, J.; Haile, J. (4) Pourthié, T.; Whittaker, J.; Palmer, L.; Norton, S.; Gering, M.; Haile, W. (5) Walker, J.; Böhne, A.; Groenveld, C.; Washington, M.; Whittaker, D.; Abuyen, J. (6) Gering, W.; Washington, K.; Pellas, M.; Desbois, R.; Heggli, T.; Asplund, Å. (7) Woggon, B.; LeFevre, R.; Taylor, L.; Brown, T.; Groenveld, R.; Palmer, R. (8) Norton, P.; Sampson, T.; Baker, C.; Lindberg, M.; Kassam, M.; Dapuzzo, M.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja