Xellug: Pijuniera tipprietka fil-Korea, 1931; lemin: Għoti taʼ xhieda bil-lingwa tas-sinjali fil-Korea llum
IT-2 SEZZJONI
L-ippritkar tas-Saltna—L-aħbar tajba tixxandar mad-dinja kollha
INT tipprepara għall-ministeru kmieni f’ġurnata meta ma tkunx xogħol. Taħsibha darbtejn għax tħossok xi ftit għajjien. Kemm għandek aptit ġurnata taʼ mistrieħ! Imma titlob dwar dan u tiddeċiedi li tmur. Taħdem m’oħt anzjana u leali, u s-sabar u l-qalb tajba tagħha jmissulek qalbek. U hekk kif taqsam il-messaġġ tal-verità minn dar għal dar, tiftakar li ħutek irġiel u nisa madwar id-dinja qed jaqsmu dan l-istess messaġġ, qed jużaw l-istess letteratura, u lkoll qed tibbenefikaw mill-istess taħriġ. Sakemm tasal id-dar, tħossok mimli enerġija. Imnalla ma qgħadtx id-dar!
Fil-preżent, il-ministeru Kristjan hu x-xogħol prinċipali tas-Saltna t’Alla. Ġesù bassar li x-xogħol tal-ippritkar kien se jkun mifrux ħafna matul l-aħħar jiem. (Mt. 24:14) Il-profezija tiegħu kif twettqet? F’din is-sezzjoni, se neżaminaw in-nies, il-metodi, u l-għodod li kienu tant importanti għall-ministeru Kristjan. Dan il-ministeru qed jgħin lil miljuni madwar id-dinja biex jaraw li s-Saltna t’Alla hi reali.