TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠEREMIJA 51-52
Il-kelma taʼ Ġeħova titwettaq sal-inqas dettall
Ġeħova bassar b’eżattezza ġrajjiet li kienu se jseħħu fil-futur
Arċier tal-gwardja rjali Persjana
“Sinnu l-vleġeġ”
Il-Medi u l-Persjani kienu arċiera esperti u kienu jużaw il-qaws bħala l-arma prinċipali tagħhom. Huma sinnu l-vleġeġ tagħhom biex jidħlu iktar fil-fond
“L-irġiel setgħanin taʼ Babilonja waqfu jiġġieldu”
Il-Kronaka taʼ Nabonidu tgħid: “L-armata taʼ Ċiru daħlet Babilonja mingħajr battalja.” Dan hu fi qbil mal-profezija taʼ Ġeremija
Il-Kronaka taʼ Nabonidu
“Babilonja ssir borġ ġebel [u] abbandunata għal żmien indefinit”
Mill-539 qabel Kristu, il-glorja taʼ Babilonja qabdet it-triq għan-niżla. Alessandru l-Kbir kellu l-ħsieb li jagħmel lil Babilonja l-belt kapitali tiegħu, imma miet għal għarrieda. Fil-bidu tal-era Kristjana, kien għad hemm komunità taʼ Lhud hemmhekk. Infatti kien għalhekk li l-appostlu Pietru żar Babilonja. Imma sar-rabaʼ seklu wara Kristu, il-belt saret ħerba, u eventwalment ma baqgħetx teżisti