LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb18 Ġunju p. 7
  • Evita l-perikli meta tuża s-social network

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Evita l-perikli meta tuża s-social network
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • Materjal Simili
  • Min Huma l-Ħbieb Online Tiegħek?
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2022
  • Int Kburi Jew Umli?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • It-Teknoloġija Kif Teffettwa Lilek u l-Ħbieb Tiegħek?
    Stenbaħ!—2021
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
mwb18 Ġunju p. 7

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Evita l-perikli meta tuża s-social network

Ġesù jirrifjuta li jbiddel il-ġebel f’ħobż

GĦALA IMPORTANTI: Bħal ħafna għodod, is-​social networks jistgħu jkunu t’għajnuna jew taʼ periklu. Xi Kristjani jagħżlu li ma jużawhomx. Kristjani oħra jużawhom biex iżommu kuntatt mal-​familja u l-​ħbieb. Imma x-​Xitan iridna nużaw is-​social networks b’mod ħażin. Dan jistaʼ jwassal biex inħassru r-​reputazzjoni tagħna u nitilfu l-​ħbiberija li għandna maʼ Ġeħova. Bħal Ġesù, nistgħu nużaw prinċipji mill-​Kelma t’Alla biex nindunaw bil-​perikli u nevitawhom.—Lq 4:4, 8, 12.

PERIKLI LI GĦANDEK TEVITA:

  • Li tuża l-​midja soċjali żżejjed. Li nqattgħu sigħat twal fuq is-​social networks jew il-​midja soċjali jistaʼ jisirqilna ħin prezzjuż li nistgħu nużawh għal Ġeħova

    Prinċipji Bibliċi: Ef 5:15, 16; Flp 1:10

  • Li tara affarijiet dubjużi. Li tħares lejn stampi provokattivi jistaʼ jwasslek għall-​vizzju tal-​pornografija jew l-​immoralità. Li taqra materjal jew bloggs tal-​apostati jistaʼ jdgħajjiflek il-​fidi tiegħek

    Prinċipji Bibliċi: Mt 5:28; Flp 4:8

  • Li tippowstja kummenti jew ritratti mhux xierqa. Peress li l-​qalb hi qarrieqa, persuna tistaʼ titħajjar tippowstja fuq is-​social network ritratti jew kummenti li ma jkunux xierqa. Imma dan jistaʼ jħassar ir-​reputazzjoni taʼ dik il-​persuna jew idgħajfilha l-​fidi tagħha

    Prinċipji Bibliċi: Rum 14:13; Ef 4:29

ARA L-​VIDJOW OQGĦOD ATTENT META TUŻA S-​SOCIAL NETWORK, U MBAGĦAD ARA KIF TISTAʼ TEVITA DAWN IS-​SITWAZZJONIJIET:

Ħalliel li għandu aċċess għal midja soċjali jaf li n-nies taʼ dik id-dar qegħdin vaganza
Xi ħadd li jimpjega n-nies qed jara powst mhux xieraq fuq is-social network tal-persuna li qed jagħmlilha interview
Tistaʼ tara kliem ħażin fuq il-midja soċjali
Xi ħadd li dam sat-tard fuq il-midja soċjali qed isibha diffiċli biex iqum
    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja