GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ġeħova għallimna kif inrabbu l-familja
Il-koppji x’jistgħu jitgħallmu minn Missierhom tas-sema, Ġeħova, li se jgħinhom irabbu t-tfal tagħhom b’suċċess? Ara l-vidjow Ġeħova għallimna kif inrabbu l-familja, u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin dwar Abilio u Ulla Amorim:
Dak li huma esperjenzaw meta kienu żgħar, kif għenhom biex ikunu ġenituri tajbin?
Liema memorji sbieħ tat-tfulija għandhom it-tfal tagħhom?
Abilio u Ulla kif ippruvaw japplikaw Dewteronomju 6:6, 7?
Għala huma mhux sempliċement qalu lit-tfal tagħhom x’għandhom jagħmlu?
Kif għenu lit-tfal tagħhom jieħdu deċiżjonijiet tajbin f’ħajjithom?
Peress li dejjem ħeġġew lil uliedhom biex jidħlu fis-servizz full-time, liema sagrifiċċji setaʼ jkollhom bżonn jagħmlu? (bt 178 ¶19)