LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 51 p. 126-p. 127 para. 9
  • Qtil waqt ċelebrazzjoni t’għeluq is-snin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qtil waqt ċelebrazzjoni t’għeluq is-snin
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Qtil Waqt Festa taʼ Egħluq is-Snin
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Kull Party Jogħġob lil Alla?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 51 p. 126-p. 127 para. 9
1. Salomè tiżfen fil-festa taʼ għeluq snin Erodi; 2. Salomè ġġib ras Ġwanni l-Battista lil Erodja

KAPITLU 51

Qtil waqt ċelebrazzjoni t’għeluq is-​snin

MATTEW 14:1-​12 MARKU 6:14-​29 LUQA 9:7-​9

  • ERODI JORDNA L-​QTUGĦ TAʼ RAS ĠWANNI L-​BATTISTA

Waqt li l-​appostli taʼ Ġesù qed iwettqu l-​ministeru tagħhom fil-​Galilija, dak li introduċa lil Ġesù m’għandux din il-​libertà. Ġwanni l-​Battista għadu l-​ħabs wara kważi sentejn.

Ġwanni ma kienx iddejjaq jgħid li s-​Sultan Erodi Antipa ma kienx għamel sew meta ħa lil Erodja, il-​mara taʼ Filippu, ħuh mill-​missier, bħala martu. Erodi kien iddivorzja lill-​ewwel mara tiegħu biex jiżżewweġ lil Erodja. Skont il-​Liġi Mosajka, li Erodi jsostni li jsegwi, dan iż-​żwieġ hu adulteruż u illegali. Minħabba t-​twiddiba taʼ Ġwanni, Erodi ordna li Ġwanni jiġi mitfugħ il-​ħabs, forsi għax qagħdet tagħwih Erodja.

Erodi ma jafx x’se jaqbad jagħmel bi Ġwanni, għax in-​nies “iqisuh bħala profeta.” (Mattew 14:5) Iżda Erodja taf tajjeb x’tixtieq tagħmel. Hi qed “iżżomm f’qalbha għalih,” u infatti, il-​ħin kollu tara kif se teħles minnu darba għal dejjem. (Marku 6:19) Sa fl-​aħħar, tiġiha x-​xoqqa f’moxtha.

Ftit qabel il-​Qbiż tas-​sena 32 WK, Erodi jippjana ċelebrazzjoni kbira għal għeluq sninu. L-​uffiċjali u l-​fizzjali tal-​armata prominenti taʼ Erodi, kif ukoll il-​kbarat tal-​Galilija, kollha jattendu. Waqt iċ-​ċelebrazzjonijiet, Salomè, bint Erodja mill-​ewwel raġel tagħha Filippu, tintbagħat biex tiżfen għall-​mistidnin. L-​irġiel jissaħħru biż-​żfin tagħha.

Erodi jieħu pjaċir biż-żfin taʼ Salomè fil-festa taʼ għeluq sninu

Peress li hu kuntent ferm bit-​tifla taʼ martu, Erodi jgħidilha: “Itlobni kulma trid, u nagħtihulek.” Saħansitra jaħilfilha: “Kulma titlobni nagħtihulek, sa nofs is-​saltna tiegħi.” Qabel ma twieġbu, Salomè tmur għand ommha u tistaqsiha: “X’se nitolbu?”—Marku 6:22-​24.

Din hi l-​opportunità li Erodja kienet qed tistenna! Hi bla tlaqliq twiġibha: “Ras Ġwanni l-​għammied.” Minnufih, Salomè tmur lura għand Erodi u tgħidlu: “Irridek tagħtini issa stess fuq platt ras Ġwanni l-​Battista.”—Marku 6:24, 25.

Dan tgħidx kemm inikktu lil Erodi, imma l-​mistidnin tiegħu semgħu l-​ħalfa li għamel lil Salomè. Hu jiddejjaq ma jagħtihiex dak li talbitu, anki jekk dan ifisser li joqtol raġel innoċenti. Għalhekk, Erodi jibgħat suldat il-​ħabs b’istruzzjonijiet tal-​waħx. Is-​suldat ma jdumx ma jiġi lura b’ras Ġwanni fuq platt. Hu jagħtiha lil Salomè, u hi tiħodha għand ommha.

Meta d-​dixxipli taʼ Ġwanni jsiru jafu xi jkun ġara, huma jmorru u jieħdu ġismu biex jidfnuh. Imbagħad imorru jgħidu lil Ġesù b’dan.

Iktar tard, meta Erodi jismaʼ li Ġesù qed ifejjaq lin-​nies u jkeċċi d-​demonji, hu jħossu beżgħan. Hu jibda jaħseb jekk ir-​raġel li qed jagħmel dawn l-​affarijiet—Ġesù—huwiex fil-​fatt Ġwanni l-​Battista “mqajjem mill-​imwiet.” (Luqa 9:7) Allura Erodi Antipa jixtieq ħafna jara lil Ġesù. Dan żgur mhux biex jismaʼ lil Ġesù jipprietka. Minflok, Erodi jrid jiltaqaʼ maʼ Ġesù biex jara jekk dak li qed jaħseb hux sewwa jew le.

  • Ġwanni l-​Battista għala qiegħed il-​ħabs?

  • Erodja kif fl-​aħħar jirnexxilha teħles minn Ġwanni darba għal dejjem?

  • Wara li jmut Ġwanni, Erodi Antipa għala jixtieq jara lil Ġesù?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja